Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0156

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/156/PESK tal- 10 ta' Marzu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU L 64, 11.3.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015D1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/156/oj

    11.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 64/29


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/156/PESK

    tal-10 ta' Marzu 2011

    li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 31(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi kif elenkati fl-Anness IV għal dik id-Deċiżjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu inklużi fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MARTONYI J.


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


    ANNESS

    Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni dwar l-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Is-Sur Mustafa Zarti

    twieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijak (Nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016)

    Assoċjat mill-qrib mar-reġim u l-viċi kap eżekuttiv tal-“LibyanInvestiment Authority”, membru tal-bord tan-National Oil Corporation, kap tal-kumpannija taż-żejt “Tamoil” u viċi president tal-First Energy Bank fil-Baħrejn.

     (1)


    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Central Bank of Libya (CBL)

     

    Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

     (1)

    2.

    Libya Africa Investment Portfolio

    Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripoli, Libya

    Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

     (1)

    3.

    Libyan Foreign Bank

     

    Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

     (1)

    4.

    Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB)

    Tajora, Tripli, Libja Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mill-Kumitat Ġenerali tal-Poplu Libjan

    Tel: +218 21 369 1840,

    Fax: +218 21 369 6447

    http://www.hib.org.ly

    Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

     (1)

    5.

    Libyan Investment Authority (LIA, magħrufa wkoll bħala Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO))

    I Fateh Tower Office No.99 22nd Floor, Borgaida Street, Tripoli, 1103 Libya,

    Phone: 218 21 336 2091,

    fax: 218 21 336 2082,

    www.lia.ly

    Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

     (1)


    (1)  Data tal-Adozzjoni


    Top