EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0135

2011/135/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Marzu 2011 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1174) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 57, 2.3.2011, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/135(1)/oj

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Marzu 2011

li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1174)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/135/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE (2) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat (DMF) ma jitqegħdux fis-suq u lanqas ma jkunu disponibbli.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jkun ta’ iktar minn sena.

(3)

Il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE (3) għal perjodu addizzjonali ta’ sena. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa u n-nuqqas ta’ miżura permanenti li tindirizza l-prodotti tal-konsumatur li fihom id-DMF, jeħtieġ li tiġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE għal 12-il xahar oħra.

(4)

Id-Deċiżjoni 2009/251/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tad-Direttiva Nru 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/251/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Perjodu tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-15 ta’ Marzu 2012.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2011 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21.


Top