EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0102

2011/102/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Frar 2011 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fl-Italja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 753)

ĠU L 42, 16.2.2011, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/102(1)/oj

16.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fl-Italja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 753)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2011/102/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32(8) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/396/KE (2), 2009/87/KE (3), 2010/62/KE (4) approvaw, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas ħlief għall-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA”.

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (5) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar imħallsin għas-sena finanzjarja kkonċernata, jiġifieri l-2007, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni se tnaqqas dak l-ammont minn jew iżżidu mal-pagament ta’ kull xahar marbut mal-infiq li sar fit-tieni xahar wara dak li fih tittieħed id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet irid jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit tal-UE jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella mudell li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2008. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji min-nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk it-total tal-ispejjeż li jkunu saru diġà u dawk li aktarx isiru jaqbeż l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru mhux possibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit tal-UE għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti mhumiex ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u konsegwentement għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjonijiet 2008/396/KE, 2009/87/KE u 2010/62/UE.

(7)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-UE nfiq li ma sarx skont ir-regoli UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA” dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, b’dan qed jiġu approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew pagabbli lil kull Stat Membru kkonċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Taljana hija destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 33.

(3)  ĠU L 33, 3.2.2009, p. 38.

(4)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 11.

(5)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

SENA FINANZJARJA 2007

AMMONTI LI JRIDU JIĠU RKUPRATI MILL-ISTATI MEMBRI JEW IMĦALLSA LILHOM

SM

 

2007 - Nefqa/Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis u sospenzjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Pagamenti li saru lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru (2)

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru skont id-deċiżjoni 2008/396/KE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru skont id-deċiżjoni 2009/87/KE

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru skont id-deċiżjoni 2010/62/KE

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas (+) lill-Istat membru (2)

approvat

mhux approvat

nefqa/dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

i

i′

i′′

j = h – i – i′ – i′′

IT

EUR

4 626 504 872,47

0,00

4 626 504 872,47

–27 293 119,73

– 114 581 208,51

4 484 630 544,23

4 607 194 902,42

– 122 564 358,19

– 122 564 358,19

0,00

0,00

0,00


SM

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond taz-zokkor

Artikolu 32 (= e)

Total (= h)

Nefqa (4)

Dħul assenjat (4)

 

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

k

l

m

n

o

p = k + l + m + n + o

IT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk ikkunsidrati fis-sistema ta' pagamenti, li magħhom b'mod partikolari hemm miżjuda l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' osservazzjoni għall-iskadenzi stabbiliti f'Awissu, Settembu u Ottubru 2007.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu l-ammont li jrid jiġi kkunsidrat hu, it-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata Kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mhux approvata (Kol.b).

Rata tal-kambju applikabbli: Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(3)  Jekk il-parti tad-dħul assenjat tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, din trid tkun iddikjarata taħt 05 07 01 06.

(4)  Jekk il-parti tad-dħul assejat għall-Fond taz-zokkor ikun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, din trid tkun iddikjarata taħt 05 06 16 02

NB: Nomenklatura 2011: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803


Top