Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0096

    2011/96/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Frar 2011 rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mir-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 759)

    ĠU L 38, 12.2.2011, p. 42–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/96(1)/oj

    12.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 38/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta’ Frar 2011

    rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mir-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2007

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 759)

    (It-test Rumen biss huwa awtentiku)

    (2011/96/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas-7 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għal miżuri qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali konkluż mar-Rumanija fit-2 ta’ Frar 2001 u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 tat-8 ta’ Marzu 2007 dwar miżuri li jikkonċernaw il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali u l-Ftehim ta’ Finanzjament Annwali li saru taħt il-programm Sapard u t-tranżizzjoni minn Sapard għall-iżvilupp rurali (3), flimkien mal-Ftehimiet ta’ Finanzjament Multiannwali kif imsemmi fl-Anness II, il-punt 1 ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ikkonkludiet ftehimiet ta’ finanzjament multiannwali (MAFAs) li jistipulaw il-qafas tekniku, legali u amministrattiv għall-eżekuzzjoni tal-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali (Sapard) mar-Rumanija.

    (2)

    L-Artikolu 11 tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFAs jipprovdi għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni. Dik id-dispożizzjoni tibqa’ tapplika għar-Rumanija, skont ir-Regolament (KE) Nru 248/2007.

    (3)

    Il-limiti taż-żmien, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti meħtieġa, mogħtija lill-pajjiżi li jirċievu finanzjament skadew.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)5524 tat-30 ta’ Settembru 2008 approvat il-kontijiet tal-Bulgarija u l-Kroazja. Madankollu, minħabba li l-analiżi tat-tagħrif supplementari mitlub lir-Rumanija kienet għadha għaddejja, id-deċiżjoni rigward il-kontijiet ta’ dan il-pajjiż ma setgħetx tiġi adottata f’dan l-istadju.

    (5)

    Sadanittant it-tagħrif supplementari ġie sottomess. Il-kontrolli li twettqu jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija Sapard.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni hija adottata abbażi tat-tagħrif tal-kontabilità. Ma tippreġudikax il-possibbiltà li l-Kummissjoni sussegwentement tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjamanet tal-UE nefqa mhux imġarrba skont ir-Regolament (KE) Nru 2222/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kontijiet tal-Aġenzija Sapard, li tinsab fit-territorju tar-Rumanija, li jirrigwardaw nefqa ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-2007 huma ddikjarati hawnhekk.

    Artikolu 2

    In-nefqa u l-finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2007, kif iddikjarat fil-31 ta’ Diċembru 2007, u l-assi miżmuma minn dan il-Pajjiż Benefiċjarju f’isem l-UE fil-31 ta’ Diċembru 2007, li se jiġu approvati skont din id-Deċiżjoni, huma stipulati fl-Anness.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Dacian CIOLOŞ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87.

    (2)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 5.

    (3)  ĠU L 69, 9.3.2007, p. 5.


    ANNESS

    Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Agenzija Sapard Rumena

    Sena finanzjarja 2007

    Nefqa u finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2007 kif iddikjarat fil-31 ta' Diċembru 2007

    (l-Ammonti kollha f’euro)

    Pajjiż Benefiċjarju

    Dikjarazzjoni D2

    Kontribuzzjoni tal-UE

    Sena finanzjarja 2007

    Kontribuzzjoni tal-UE approvata b'din id-deċiżjoni

    Kontribuzzjoni tal-UE mhux approvata b'din id-deċiżjoni

    Total b + c

    Aġġustamenti (1)

    Finanzjament riċevut mill-UE (D1)

    Differenza li trid

    tiġi rkuprata jew imħallsa Sena finanzjarja 2007 (2)

     

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g = d - e - f

    Ir-Rumanija

    260 601 503,20

    260 601 503,20

    0,00

    260 601 503,20

    39 204,26

    260 464 956,44

    97 342,50  (3)


    Assi miżmuma mill-Pajjiżi Benefiċjarji f'isem l-UE fil-31 ta' Diċembru 2007

    (l-Ammonti kollha f’euro)

    Pajjiż Benefiċjarju

    KONT F'EURO

    bilanċ approvat b'din id-deċiżjoni

    KONT F'EURO

    bilanċ mhux approvat b'din id-deċiżjoni

    DEBITURI

    Approvati b'din id-deċiżjoni

    DEBITURI

    mhux approvati b'din id-deċiżjoni

     

    h

     

    i

     

    Ir-Rumanija

    815 476,50

    0,00

    2 735 476,31  (4)

    0,00


    (1)  Dan l-ammont jirrappreżenta l-aġġustamenti li saru mill-awtorijiet Rumeni fin-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 matul il-perjodi sussegwenti, minħabba l-ammonti rkuprati għall-miżura 3.3.

    (2)  Dan l-ammont jirrappreżenta d-differenza matematika bejn l-ammont approvat u dak irrimborsat għas-sena finanzjarja 2007, mingħajr ma jqis l-avvanzi mħallsa fis-snin ta' qabel. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma jintrabtux li jirkupraw jew iħallsu kwalunkwe ammont fid-data ta' din id-deċiżjoni.

    (3)  Id-differenza ta' (EUR –97 342,50) hija r-riżultat matematiku ta' (EUR 97 452,16) li jirrappreżentaw in-nefqa ddikjarata iżda mhux irrimborsata mill-Kummissjoni wara l-evalwazzjoni tar-rapporti tal-prestazzjoni l-ġdida għall-miżura 3.3, ta' (EUR – 92,69) li jirrappreżentaw korrezzjonijiet li saru mill-awtoritajiet Rumeni fl-2007 għal D1 2006, ta' (EUR – 18,36) minħabba l-użu skorett tar-rata ta' skambju għal tliet irkupri kif spjegat mis-CB, u ta' (EUR 1,39) biex jinġiebu sal-eqreb ċifra.

    (4)  L-ammonti ma jqisux l-imgħax dovut fuq id-debiti.


    Top