Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0095

    2011/95/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Frar 2011 li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu (notifikata bid-dokument numru C(2011) 750)

    ĠU L 38, 12.2.2011, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/95(1)/oj

    12.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 38/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta’ Frar 2011

    li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 750)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (2011/95/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-Artikolu 43, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-punt B.IV, il-paragrafu 1, tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjal, il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jiġi vvalutat permezz ta’ metodi ta’ klassifikazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, u dawn il-metodi jistgħu jkunu biss metodi ta’ valutazzjoni pprovati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew iktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni hija soġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għall-iżbalji statistiċi fil-valutazzjoni. Definizzjoni ta’ din it-tolleranza tinsab fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (2).

    (2)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa tal-fehma li l-aġġornament tal-formula nazzjonali huwa assolutament meħtieġ sabiex jitqies il-proċess tat-trobbija matul l-aħħar 20 sena. L-aħħar aġġornament tal-ekwazzjoni għal-laħam dgħif tal-istrument tal-klassifikazzjoni (HGP-2) imur lura għall-1989 u kien awtorizzat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/51/KEE (3).

    (3)

    Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għalhekk talab lill-Kummissjoni tawtorizza metodu wieħed għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fit-territorju tiegħu, u ppreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, u indika l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan il-metodu, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu, u l-ekwazzjoni użata għall-valutazzjoni tal-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

    (4)

    L-eżami ta’ din it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dan il-metodu ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Dan il-metodu ta’ klassifikazzjoni għalhekk għandu jiġi awtorizzat fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

    (5)

    L-ebda modifika fl-apparat jew fil-metodu ta’ klassifikazzjoni ma tista’ tiġi awtorizzata ħlief permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida adottata fid-dawl tal-esperjenza miksuba. Għal din ir-raġuni, din l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi rrevokata.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 89/51/KEE għandha għalhekk titħassar. Madankollu, minħabba ċirkustanzi tekniċi waqt l-introduzzjoni ta’ apparat ġdid u ekwazzjoni ġdida, il-metodu għall-klassifikazzjoni ta’ karakassi tal-majjal awtorizzat bid-Deċiżjoni 89/51/KEE għandu jibqa’ japplika sat-28 ta’ Frar 2011.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-użu tal-metodu li ġej huwa b’dan awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal skont il-punt B.IV, il-paragrafu 1, tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: l-apparat imsejjaħ “Hennessy Grading Probe (HGP 4)” u l-metodu ta’ valutazzjoni marbut miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fl-Anness.

    Artikolu 2

    Ma għandhomx jiġu awtorizzati modifiki fl-apparat jew fil-metodu ta’ valutazzjoni.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 89/51/KEE hija rrevokata.

    Madankollu, sat-28 ta’ Frar 2011, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jista’ jkompli japplika l-metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal awtorizzat bid-Deċiżjoni 89/51/KEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Dacian CIOLOŞ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.

    (3)  ĠU L 20, 25.1.1989, p. 31.


    ANNESS

    Metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    1.

    Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal għandha ssir bl-użu tal-apparat bl-isem “Hennessy Grading Probe (HGP 4)”.

    2.

    L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u ta’ 6,3 millimetri fix-xafra fil-quċċata tas-sonda) li jkun fiha photodiode (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO) u photodetector tat-tip Silonex SLCD-61N1 u li jkollu distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-qisien għandhom jiġu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-HGP 4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter imqabbad miegħu.

    3.

    Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

    LMP = 62,49268 - 0,94725·F + 0,16604·M

    4.

    fejn:

    LMP

    =

    il-perċentwali tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

    F

    =

    il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 7 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

    M

    =

    il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal F.

    Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramma.


    Top