Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0076

2011/76/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ Kitin-glukanu minn Aspergillus niger bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 480)

ĠU L 29, 3.2.2011, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/76(1)/oj

3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2011

dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ Kitin-glukanu minn Aspergillus niger bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 480)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2011/76/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Jannar 2008 il-kumpanija Kitozyme SA għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-Kitin-glukanu minn Aspergillus niger fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fil-5 ta’ Novembru 2008, il-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kienet meħtieġa valutazzjoni addizzjonali.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fit-12 ta’ Marzu 2009. Xi Stati Membri ressqu kummenti addizzjonali.

(4)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fis-27 ta’ Awwissu 2009.

(5)

Fid-9 ta’ Lulju 2010, l-EFSA (il-Bord dwar il-Prodotti Djetetiċi, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji) fl-“Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza ta’ ‘Kitin-Glukanu” bħala ingredjent ġdid tal-ikel’ (2) waslet għall-konklużjoni li l-Kitin-glukanu minn Aspergillus niger kien sikur taħt il-kundizzjonijiet proposti tal-użu u l-livell proposti ta’ teħid.

(6)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-Kitin-glukanu minn Aspergillus niger huwa konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kitin-glukanu mill-Aspergillus niger kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel li għandu jintuża fis-supplimenti tal-ikel b’doża massima ta’ 5 g kuljum.

Artikolu 2

L-isem ta’ Kitin-glukanu minn Aspergillus niger awtorizzat b’din id-Deċiżjoni fuq it-tikkettar tal-oġġett tal-ikel li jikkontjeni lilu għandu jkun “Kitin-glukanu minn Aspergillus niger”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Kitozyme SA, Rue Haute Claire, 4, Parc Industriel des Hauts-Sarts, Zone 2, 4040 Herstal, Belgium.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2010; 8(7): 1687.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' KITIN-GLUKANU MILL-MIĊELJU ASPERGILLUS NIGER

Deskrizzjoni:

Il-Kitin-glukanu jinkiseb mill-miċelju tal-Aspergillus niger, huwa trab isfar ċar, mingħajr riħa u ġieri. Għandu kontenut ta' materja niexfa ta' 90 % jew aktar.

Il-Kitin-glukanu huwa magħmul l-biċċa l-kbira minn żewġ polisakkaridi:

il-Kitin, magħmul minn unitajiet li jirrepetu rwieħhom ta' N-aċetil-D-glukosamin (CAS nr.: 1398-61-4);

il-beta(1,3)-glukanu, magħmul minn unitajiet li jirrepetu rwieħhom ta' D-glukożju (CAS nr.: 9041-22-9).

Speċifikazzjoni ta' apos; Kitin-glukanu minn Aspergillus niger

Telf fit-tnixxif

≤ 10 %

Kitin-Glukanu

≥ 90 %

Proporzjon ta' Kitin u Glukanu

30:70 għal 60:40

Irmied

≤ 3 %

Lipidi

≤ 1 %

Proteini

≤ 6 %


Top