EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0071

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

ĠU L 28, 2.2.2011, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/71(1)/oj

2.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/71/PESK

tal-31 ta’ Jannar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1).

(2)

Meta titqies il-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jeħtieġ li jiżdiedu persuni u entitajiet oħra mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b), għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.”.

Artikolu 2

Il-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

 

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Is-Sur Philippe Henry Dacoury-Tabley

 

Gvernatur tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

2.

Is-Sur Denis N’Gbé

Imwieled fis-6 ta' Settembru 1956, f'Danane;

numru tal-passaport: PS-AE/094GD07 (jiskadi fis-26 ta' Lulju 2012)

Diretur Nazzjonal tal-Côte d’Ivoire tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

3.

Is-Sur Ibrahim Ezzedine

Imwieled fil-5 ta' Frar 1968, f'Bariche (il-Libanu);

numru tal-passaport: 08AB14590 (jiskadi fl-4 ta' Ottubru 2014)

Imprenditur; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

4.

Is-Sur Roland Dagher

Imwieled fit-8 ta' Mejju 1952, f'Bamako (Mali);

numru tal-passaporti: PD-AE/075FN01 (jiskadi fis-16 ta' Jannar 2011) 08AA15167 (jiskadi fl-1 ta' Diċembru 2013)

Imprenditur, membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali: jikkontribwixxi għall-finanzjament illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

5.

Is-Sur Oussou Kouassi

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956, f'Oumé;

numru tal-passaporti: PD-AE/016EU09 (jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2009) 08AA80739 (jiskadi fit-12 ta' Lulju 2014)

Direttur Ġenerali tal-Ekonomija: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

6.

Is-Sur Ossey Eugène Amonkou

Imwieled fit-13 ta' Lulju 1960, f'Akoupé;

numru tal-passaport: 04LE10026 (jiskadi fid-19 ta' Ġunju 2011)

Direttur Ġenerali tal-Bank Nazzjonali tal-Investiment (BNI): persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo


B.   Entitajiet

 

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Caisse d’Epargne de Côte d’Ivoire

SIEGE SOCIAL

Abidjan-Plateau, Immeuble SMGL,

11 Avenue Joseph Anoma, 01 BP 6889 Abidjan 01 RCI Tel.: +225 20 25 43 00

Fax: +225 20 25 53 11 SWIFT: CNCGCIAB - Email: info@caissepargne.ci

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

2.

Banque de l’Habitat de Côte d’Ivoire (BHCI)

22 Avenue Joseph Anoma - 01

BP 2325 Abidjan 01 Côte d’Ivoire

Tel.: +225 20 25 39 39 - Fax.: +225 20 22 58 18

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo


Top