EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0055

2011/55/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Jannar 2011 li taħtar tliet membri Svediżi u erba’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 25, 28.1.2011, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/55(1)/oj

28.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Jannar 2011

li taħtar tliet membri Svediżi u erba’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/55/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Kent JOHANSSON, is-Sinjura Maria WALLHAGER NECKMAN u s-Sinjura Kristina ALVENDAL, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Susanna HABY, is-Sur Bernth JOHNSON, is-Sur Jens NILSSON u s-Sinjura Ingela NYLUND WATZ, saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Kent JOHANSSON, Skara kommun

Is-Sinjura Britt-Marie LÖVGREN, Umeå kommun

Is-Sinjura Jelena DRENJANIN, Huddinge kommun

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Martin ANDREASSON, Västra Götalands läns landsting

Is-Sinjura Marie SÄLLSTRÖM, Blekinge läns landsting

Is-Sinjura Marie-Louise RÖNNMARK, Umeå kommun

Is-Sinjura Carin JÄMTIN, Stockholms kommun

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi adottata.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top