Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0054

    2011/54/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru Latvjan u membru supplenti Latvjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 25, 28.1.2011, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/54(1)/oj

    28.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 25/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-24 ta’ Jannar 2011

    li taħtar membru Latvjan u membru supplenti Latvjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2011/54/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Latvjan,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Ainārs ŠLESERS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Sergejs DOLGOPOLOVS sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sur Dainis TURLAIS, Rīgas domes, Drošības, kārtības un korupcijas novēršanas jautājumu komitejas priekšsēdētājs

    u

    (b)

    bħala membru supplenti:

    Is-Sur Viktors GLUHOVS, Rīgas domes deputāts, Pilsētas attīstības komitejas loceklis

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    FAZEKAS S.


    (1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


    Top