This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0052
2011/52/EU: Council Decision of 18 January 2011 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union, the Swiss Confederation and the Principality of Liechtenstein amending the Additional Agreement between the European Community, the Swiss Confederation and the Principality of Liechtenstein extending to the Principality of Liechtenstein the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on trade in agricultural products
2011/52/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli
2011/52/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli
ĠU L 25, 28.1.2011, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/52(1)/oj
|
28.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Jannar 2011
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli
(2011/52/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Addizzjonali”), daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2007. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim dwar l-Agrikoltura billi jdaħħal anness ġdid, l-Anness 12. |
|
(4) |
L-Unjoni Ewropea, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Svizzera qablu li l-Ftehim Addizzjonali għandu wkoll jiġi emendat biex jittieħed kont tal-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
|
(5) |
Jeħtieġ li l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera, u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, li jemenda l-Ftehim Addizzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim. (3)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta’ prodotti agrikoli, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(2) ĠU L 270, 13.10.2007, p. 6.
(3) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.