EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0042

2011/42/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 19, 22.1.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/42(1)/oj

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li taħtar membru Pollakk u membru Pollakk supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/42/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Pollakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jerzy KROPIWNICKI sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Post ta’ membru supplenti ser isir vakanti wara l-ħatra tas-Sur Tadeusz TRUSKOLASKI bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Tadeusz TRUSKOLASKI, Prezydent Miasta Bialegostoku

u

(b)

bħala membru supplenti:

Pawel ADAMOWICZ, Prezydent Miasta Gdańska

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top