EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0041

2011/41/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2011 li taħtar tliet membri Olandiżi u sitt membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 19, 22.1.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/41(1)/oj

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2011

li taħtar tliet membri Olandiżi u sitt membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/41/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Il-postijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti b’segwitu għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Annemarie JORRITSMA-LEBBINK, is-Sinjura Luzette WAGENAAR-KROON u s-Sur Rob BATS.

(3)

Il-postijiet ta’ erba’ membri supplenti saru vakanti b’segwitu għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Ellie FRANSSEN, is-Sur Job COHEN, is-Sinjura Rinda DEN BESTEN u s-Sur Hendrikus DE LANGE.

(4)

Il-postijiet ta’ żewġ membri supplenti ser isiru vakanti b’segwitu tal-ħatra tas-Sur Hans KOK u s-Sur Henk KOOL bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur H.A.J. (Hans) KOK, Burgemeester (Sindku ta’ ‘t Hof van Twente)

Is-Sur H.P.M (Henk) KOOL, Wethouder (alderman tal-Aja)

Is-Sur S.B. (Sipke) SWIERSTRA, Gedeputeerde (membru tal-Kunsil Eżekuttiv) tal-Provinċja ta’ Drenthe

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur H.A.J. (Henk) AALDERINK, Burgemeester (Sindku ta’ Bronckhorst)

Is-Sur (Jean Paul) GEBBEN, Burgemeester (Sindku ta’ Renkum)

Is-Sur J.P.W. (Jan Willem) GROOT, Wethouder (alderman ta’ Amstelveen)

Is-Sinjura L.W.C.M. (Loes) van der MEIJS, Wethouder (alderman ta’ Doetinchem)

Is-Sur N.A. (André) van de NADORT, Burgemeester (Sindku ta’ Ten Boer)

Is-Sur F. (Frank) de VRIES, Wethouder (alderman ta’ Groningen)

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011.

Ghall-Kunsill

Il-President

Gy. MATOLCSY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22, u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top