EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1258

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1258/2010 tal- 20 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2011, il-prezzijiet ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

ĠU L 343, 29.12.2010, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1258/oj

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1258/2010

tal-20 ta' Diċembru 2010

li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2011, il-prezzijiet ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1) jitlob li għandhom jiġu ffissati l-prezzijiet ta' gwida u l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni għal kull sena tas-sajd biex jiġu ddeterminati l-livelli tal-prezzijiet għal intervent fis-suq għal ċertu prodotti tas-sajd.

(3)

Hija responsabbiltà tal-Kunsill li jiffissal-prezzijiet ta' gwida għal kull prodott u għal kull grupp ta' prodotti elenkati fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u l-prezzijiet tal-Unjoni tal-produtturi għall-prodotti elenkati fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(4)

Abbażi tad-dejta attwali disponibbli fuq il-prezzijiet għall-prodotti ikkonċernati u fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezzijiet ta' gwida għandhom jiżdiedu, jinżammu jew jitnaqqsu għas-sena tas-sajd 2011, skont l-ispeċijiet.

(5)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit prezz tal-Unjoni tal-produtturi għal wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u li jiġu kkalkulati l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-oħrajn permezz tal-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2006 tat-30 ta' Mejju 2006 li jiffissal-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ġeneri Thunnus u Euthynnus  (2).

(6)

Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz tal-produtturi tal-Unjoni għas-sena tas-sajd 2011 għandu jiġi aġġustat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, il-prezzijiet ta' gwida kif ipprovduti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jiġu stabbiliti kif imniżżel fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kif ipprovduti fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jiġu stabbiliti kif imniżżel fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.


ANNESS I

Annessi

Speċijiet

Prodotti elenkati fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Preżentazzjoni kummerċjali

Prezz ta’ gwida

(EUR/tunnellata)

I

1.

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus

Ħut sħiħ

274

2.

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

Ħut sħiħ

574

3.

Mazzola griża (Squalus acanthias)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 090

4.

Gattarell (Scyliorhinus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

704

5.

Redfish (Sebastes spp.)

Ħut sħiħ

1 212

6.

Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 589

7.

Pollakkju (Pollachius virens)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

799

8.

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

956

9.

Merlangu (Merlangius merlangus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

889

10.

Linarda (Molva spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 153

11.

Kavall tal-ispeċi Scomber scombrus

Ħut sħiħ

320

12.

Kavall tal-ispeċi Scomber japonicus

Ħut sħiħ

285

13.

Inċova (Engraulis spp.)

Ħut sħiħ

1 274

14.

Barbun tat-tbajja’(Pleuronectes platessa)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

mill-1.1.2011 sat-30.4.2011

1 026

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

mill-1.5.2011 sal-31.12.2011

1 425

15.

Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

3 318

16.

Lingwata (Lepidorhombus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 342

17.

Barbun (Limanda limanda)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

803

18.

Barbun komuni (Platichthys flesus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

486

19.

Alonga jew tonn tax-xewka twila (Thunnus alalunga)

Ħut sħiħ

2 308

Ħut imnaddaf bir-ras

2 437

20.

Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)

Sħiħa

1 781

21.

xkatlu komuni (Lophius spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 923

Bla ras

6 015

22.

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

2 423

23.

Gambli tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

6 668

Friski jew imkessħin

1 614

24.

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

Sħiħ

1 676

25.

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus)

Sħiħ

5 119

Dnub

3 979

26.

Lingwata (Solea spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

6 843

II

1.

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Iffriżati, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 916

2.

Marlozz tal-ispeċi Merluccius spp.

Iffriżat, sħiħ, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 232

Iffriżat, iffilitjat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 498

3.

Sparidae (sea bream) (Dentex dentex u Pagellus spp.)

Iffriżat, fi kwantitajiet jew fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 447

4.

Pixxispad (Xiphias gladius)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

4 058

5.

Siċċa (Sepia officinalis) (Rossia macrosoma) (Sepiola rondeletti)

Iffriżata, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 915

6.

Qarnit (Octopus spp.)

Iffriżati, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

2 161

7.

Klamari (Loligo spp.)

Iffriżati, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

1 173

8.

Klamar (Ommastrephes sagittatus)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

961

9.

Illex argentinus

Iffriżati, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

873

10.

Gambli tal-familja Penaeidae

 

 

Gambli tal-ispeċi Parapenaeus longirostris

Iffriżati, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

4 072

Speċijiet oħra tal-familja Penaeidae

Iffriżati, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodotti

7 813


ANNESS II

Speċijiet

Prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Piż

Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Prezz Komunitarju tal-produtturi

(EUR/tunnellata)

Tonna safra (Thunnus albacares)

li tiżen aktar minn 10 kilogrammi kull waħda

Sħiħa

1 200

Bla garġi u mnaddfa

 

Oħrajn

 

li ma tiżinx aktar minn 10 kilogrammi kull waħda

Sħiħa

 

Bla garġi u mnaddfa

 

Oħrajn

 

Alonga (Thunnus alalunga)

li tiżen aktar minn 10 kilogrammi kull waħda

Sħiħa

 

Bla garġi u mnaddfa

 

Oħrajn

 

li ma tiżinx aktar minn 10 kilogrammi kull waħda

Sħiħa

 

Bla garġi u mnaddfa

 

Oħrajn

 

Palamit (Katsuwonus pelamis)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Tonn (Thunnus thynnus)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Speċijiet oħra tal-ġeneri Thunnus u Euthynnus

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 


Top