Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32010R1245

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1245/2010 tal- 21 ta’ Diċembru 2010 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

    ĠU L 338, 22.12.2010, p. 37—39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Estatuto jurídico do documento Já não está em vigor, Data do termo de validade: 31/12/2011; Imħassar b' 32011R1354

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1245/oj

    22.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/37


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1245/2010

    tal-21 ta’ Diċembru 2010

    li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tas-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2011. Id-dazji u l-kwantitajiet għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi li jkunu fis-seħħ fis-sena 2011.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, minn naħa oħra (2) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta' 2 000 tunnellata b'żieda ta' 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċilì u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2011.

    (3)

    Ċerti kwoti huma definiti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u li jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2011 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati, huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti ta’ piż ta' karkassi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni.

    (5)

    B’deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), il-kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ikunu ġestiti f'konformità mal-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

    (6)

    Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jirrevokaw ir-rekwiżit għas-sigurtà ta' oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolaritajiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika.

    (7)

    Għandu jiġi ċċarat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

    (8)

    Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, differenza li tiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.

    (9)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2009 tal-15 ta' Diċembru 2009 li jiftaħ il-kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2010, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (5) ma jibqax jintuża fl-aħħar tas-sena 2010. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni tal-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ, u għal-laħam tal-mogħoż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.

    Artikolu 2

    Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi NM, il-pajjiżi tal-oriġini, elenkati skont il-grupp tal-pajjiż, u n-numri tas-serje huma stipulati fl-Anness.

    Artikolu 3

    1.   Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għall-piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

    2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

    (a)

    għal annimali ħajjin: 0,47;

    (b)

    għall-ħaruf bla għadam u għal-laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;

    (c)

    għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż bla għadam, għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

    (d)

    għal prodotti tal-laħam bl-għadam: 1,00.

    “Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

    Artikolu 4

    Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux japplika. M’hemmx bżonn ta’ liċenzji ta' importazzjoni.

    Artikolu 5

    1.   Biex wieħed jibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, għandha titressaq lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni prova valida tal-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat kif ukoll dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati.

    L-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi deteminata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni.

    2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

    (a)

    fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

    (b)

    fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

    il-kodiċi NM (tal-anqas l-ewwel erba’ ċifri),

    in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,

    il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;

    (c)

    fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

    Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija preżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru wieħed tas-serje.

    Artikolu 6

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2009 huwa mħassar.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Dacian CIOLOŞ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1.

    (3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p.7.

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (5)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 73.


    ANNESS

    LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi) KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦALL-2011

    Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

    Kodiċi NM

    Dazju “Ad valorem”

    %

    Dazju speċifiku

    EUR/100 Kg

    Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

    Oriġini

    Volum fis-sena f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi

    Annimali ħajjin

    (Koeffiċjent = 0.47)

    Mingħajr Għadam ħaruf (1)

    (Koeffiċjent = 1.67)

    Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (2)

    (Koeffiċjent = 1.81)

    Karkassa u laħam bl-għadam

    (Koeffiċjent = 1.00)

    1

    0204

    Żero

    Żero

    09.2101

    09.2102

    09.2011

    L-Arġentina

    23 000

    09.2105

    09.2106

    09.2012

    L-Awstralja

    18 786

    09.2109

    09.2110

    09.2013

    In-New Zealand

    227 854

    09.2111

    09.2112

    09.2014

    L-Urugwaj

    5 800

    09.2115

    09.2116

    09.1922

    Iċ-Ċilì

    6 600

    09.2121

    09.2122

    09.0781

    In-Norveġja

    300

    09.2125

    09.2126

    09.0693

    Il-Groenlandja

    100

    09.2129

    09.2130

    09.0690

    Il-Gżejjer Faeroe

    20

    09.2131

    09.2132

    09.0227

    It-Turkija

    200

    09.2171

    09.2175

    09.2015

    Oħrajn (3)

    200

    2

    0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60

    Żero

    Żero

    09.2119

    09.2120

    09.0790

    l-Islanda

    1 850

    3

    0104 10 30

    0104 10 80

    0104 20 90

    10  %

    Żero

    09.2181

    09.2019

    Erga omnes  (4)

    92


    (1)  U laħam tal-gidi.

    (2)  U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.

    (3)  “Oħrajn” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, għajr il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

    (4)  “Erga omnes” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


    Início