This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1237
Regulation (EU) No 1237/2010 of the European Parliament and of the Council of 15 December 2010 amending Council Regulation (EC) No 2187/2005 as regards the prohibition of highgrading and restrictions on fishing for flounder and turbot in the Baltic Sea, the Belts and the Sound
Regolament (UE) Nru 1237/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound
Regolament (UE) Nru 1237/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound
ĠU L 348, 31.12.2010, pp. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1241
|
31.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/34 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1237/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (3) jistabbilixxi miżuri tekniċi speċifiċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, u b’mod partikolari jistabbilixxi restrizzjonijiet fuq is-sajd għal ċerti speċijiet, daqsijiet tax-xbieki u żoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 (4) jipprovdi għall-projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva u għar-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali. |
|
(3) |
Din il-projbizzjoni u dawn ir-restizzjonijiet huma miżuri tekniċi ta' natura permanenti li m’għandhomx jiġu inklużi aktar fil-qafas regolatorju li jistabbilixxi l-opportunitajiet annwali tas-sajd. Minn Jannar 2011, huma għandhom għalhekk jiġu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005. |
|
(4) |
It-terminu “Komunità” użat fit-termini leġiżlattivi tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għandu jinbidel wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni kontinwa tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 15a Projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) Kwalunkwe speċi li hija suġġetta għal kwota li tinqabad matul l-operazzjonijiet tas-sajd għandha tittella’ abbord il-bastiment u sussegwentement tinħatt l-art sakemm dan ma jmurx kontra l-obbligi previsti fir-regolamenti tal-Unjoni dwar is-sajd li tistabbilixxi miżuri tekniċi, ta' kontroll u ta' konservazzjoni, b’mod partikolari f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (*1) |
|
(2) |
Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 18a Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali 1. Iż-żamma abbord tal-ispeċijiet ta' ħut li ġejjin għandha tkun ipprojbita meta dawn jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi msemmijin hawn taħt:
2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi u b’irkaptu simili bid-daqs ta' malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti ta' malji ta' 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta' barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu l-art f’limitu ta' 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew tinħatt l-art matul il-perijodi ta' projbizzjoni msemmijin fil-paragrafu 1.” |
|
3. |
Fl-Artikolu 26(1) u (2), in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit bin-nom “Unjoni”, jew l-aġġettiv korrispondenti, u għandhom isiru kwalunkwe aġġustamenti grammatikali meħtieġa b’konsegwenza ta' din is-sostituzzjoni. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
(1) Opinjoni tal-15 ta' Settembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010.