EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1204

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1204/2010 tas- 16 ta’ Diċembru 2010 li jemenda għall-142 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 333, 17.12.2010, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1204/oj

17.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2010

tas-16 ta’ Diċembru 2010

li jemenda għall-142 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta’ Diċembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna naturali waħda fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u fit-30 ta' Novembru 2010 emenda żewġ annotazzjonijiet fil-lista.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2010

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

David O'SULLIVAN

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’:

(a)

‘Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso (alias (a) Fahd al-Quso, (b) Fahd Mohammed Ahmen Al-Quso, (c) Abu Huthaifah, (d) Abu Huthaifah al-Yemeni, (e) Abu Huthaifah al-Adani, (f) Abu al-Bara, (g) Abu Huthayfah al-Adani, (h) Fahd Mohammed Ahmed al-Awlaqi, (i) Huthaifah al-Yemeni (j) Abu Huthaifah al-Abu al-Bara, (k) Fahd Mohammed Ahmad al-Kuss). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 12.11.1974. Post tat-twelid: Aden, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Jemeni 2043, (b) Jaħdem għal Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija u jmexxi ċellula fil-Provinċja Xabwa, il-Jemen. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 7.12.2010.’

(2)

L-annotazzjoni ‘Mondher Ben Mohsen Ben Ali Al-Baazaoui (ukoll Hamza). Indirizz: Via di Saliceto 51/9, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 18.3.1967. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: K602878 (Passaport Tuneżin maħruġ fil- 5.11.1993, skada fid- 9.6.2001). Tagħrif ieħor: Ġie estradit lejn Franza fl- 4.9.2003. Id-data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003’taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Mondher Ben Mohsen Ben Ali Al-Baazaoui (ukoll (a) Manza Mondher, (b) Hanza Mondher, (c) Al Yamani Noman, (d) Hamza, (e) Abdellah). Indirizz: 17 Boulevard Soustre, 04000 Digne-les-Bains, Franza. Data tat-twelid: (a) 18.3.1967, (b) 18.8.1968, 28.5.1961. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: K602878 (Passaport Tuneżin maħruġ fil- 5.11.1993, skada fid- 9.6.2001). Tagħrif ieħor: Ġie estradit mill-Italja lejn Franza fl- 4.9.2003. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.’

(3)

‘Zelimkhan Ahmedovich Yandarbiev (ukoll Abdul-Muslimovich). Indirizz: Triq Derzhavina 281-59, Grozny, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa. Data tat-twelid: 12.9.1952. Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Vydrikh, id-distrett ta' Shemonaikhinsk (Verkhubinsk), (ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-) Kazakhstan. Nazzjonalità: Russa Nru tal-passaport: (a) 43 Nru 1600453, (b) 535884942 (passaport barrani Russu), (c) 35388849 (passaport barrani Russu). Informazzjoni oħra: (a) l-indirizz huwa dak ta' qabel, (b) inqatel fid-19.2.2004.’ taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’ għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

‘Zelimkhan Ahmedovich Yandarbiev (ukoll (a) Hussin Mohamed Dli Tamimi (b) Abdul-Muslimovich (c) Яндарбиев Зелимхан Ахмедович (Абдулмуслинович). Indirizz: Triq Derzhavina 281, appartament 59, Grozny, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa. Data tat-twelid: 12.9.1952. Post tat-twelid: Il-villaġġ Vydrikha, id-distrett Shemonaikhinskiy (qabel Verkhubinskiy), ir-reġjun tal-Kazakhstan tal-Lvant, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Kazakhstan, URSS. Nazzjonalità: Russa Nru tal-passaport: (a) 43 Nru 1600453, (b) 535884942 (passaport barrani Russu), (c) 35388849 (passaport barrani Russu). Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet f'Doha, il-Qatar fit-13.2.2004. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.’


Top