Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1043

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1043/2010 tal- 15 ta’ Novembru 2010 li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

ĠU L 299, 17.11.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1043/oj

17.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1043/2010

tal-15 ta’ Novembru 2010

li jipprojbixxi s-sajd għal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-Komunità u dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk jeħtieġ issir projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

45/DSS

Stat Membru

Franza

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-Ilmijiet Komunitarji u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VIII u IX

Data

30.9.2010


Top