Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 32010R1016(01)
Financial Regulation applicable to Europol
Regolament finanzjarju applikabbli għall-Europol
Regolament finanzjarju applikabbli għall-Europol
ĠU C 281, 16.10.2010, S. 1-26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In Kraft
|
16.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 281/1 |
REGOLAMENT FINANZJARJU APPLIKABBLI GĦALL-EUROPOL
2010/C 281/01
WERREJ
Premessi
|
IT-TITOLU I |
MATERJA TAS-SUĠĠETT |
|
IT-TITOLU II |
PRINĊIPJI TAL-BAĠIT |
|
IL-KAPITOLU 1: |
Prinċipji ta’ unità u ta’ eżattezza tal-baġit |
|
IL-KAPITOLU 2: |
Prinċipju ta’ annwalità |
|
IL-KAPITOLU 3: |
Prinċipju ta’ ekwilibriju |
|
IL-KAPITOLU 4: |
Prinċipju ta’ unità ta’ kontijiet |
|
IL-KAPITOLU 5: |
Prinċipju ta’ universalità |
|
IL-KAPITOLU 6: |
Prinċipju ta’ speċifikazzjoni |
|
IL-KAPITOLU 7: |
Prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba |
|
Il-KAPITOLU 8: |
Prinċipju ta’ trasparenza |
|
IT-TITOLU III |
STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT |
|
IL-KAPITOLU 1: |
Stabbiliment tal-baġit |
|
IL-KAPITOLU 2: |
Struttura u preżentazzjoni tal-baġit |
|
IT-TITOLU IV |
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT |
|
IL-KAPITOLU 1: |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
|
IL-KAPITOLU 2: |
Atturi finanzjarji |
|
: |
Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet |
|
: |
Uffiċjal li jawtorizza |
|
: |
Uffiċjal tal-kontijiet |
|
: |
Amministratur tal-Imprest |
|
IL-KAPITOLU 3: |
Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji |
|
: |
Regoli ġenerali |
|
: |
Regoli li japplikaw għall-uffiċjali bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizzaw |
|
: |
Regoli li japplikaw għall-uffiċjal tal-kontijiet u għall-Amministratur tal-Imprest |
|
IL-KAPITOLU 4: |
Operazzjonijiet ta’ dħul |
|
: |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
|
: |
Stimi ta’ ammonti riċevibbli |
|
: |
Stabbiliment ta’ ammonti riċevibbli |
|
: |
Awtorizzazzjoni għall-irkupru |
|
: |
Irkupru |
|
: |
Dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal miżati u spejjeż |
|
Il-KAPITOLU 5: |
Operazzjonijiet ta’ nfiq |
|
: |
Impenn tal-infiq |
|
: |
Validazzjoni tal-infiq |
|
: |
Awtorizzazzjoni tal-infiq |
|
: |
Ħlas tal-ispejjeż |
|
: |
Limiti ta’ żmien għall-operazzjonijiet ta’ nfiq |
|
IL-KAPITOLU 6: |
Sistemi tal-Informatika |
|
IL-KAPITOLU 7: |
Awditur intern |
|
IT-TITOLU V |
AKKWIST |
|
IT-TITOLU VA |
PROĠETTI B’IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAĠIT SINIFIKANTI |
|
IT-TITOLU VB |
ESPERTI |
|
IT-TITOLU VI |
KONĊESSJONIJIET MOGĦTIJA MILL-EUROPOL |
|
IT-TITOLU VII |
PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U L-KONTABILITÀ |
|
IL-KAPITOLU 1: |
Preżentazzjoni tal-kontijiet |
|
IL-KAPITOLU 2: |
Kontabilità |
|
: |
Dispożizzjonijiet komuni |
|
: |
Kontijiet ġenerali |
|
: |
Kontijiet tal-baġit |
|
IL-KAPITOLU 3: |
Inventarji tal-proprjetà |
|
IT-TITOLU VIII |
VERIFIKA ESTERNA U KWITTANZA |
|
IL-KAPITOLU 1: |
Verifika esterna |
|
IL-KAPITOLU 2: |
Kwittanza |
|
IT-TITOLU IX |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI |
IL-BORD AMMINISTRATTIV,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) bil-ħsieb li tiġi rinforzata l-ġlieda kontra reati serji (8706/3/08) (1), b’mod partikolari l-Artikoli 37(3)(9)(e) u l-Artikolu 44 tagħha.
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (2) tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3) dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit penerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (EC, Euratom) Nru 652/2008 (4).
Billi:
|
(1) |
Wara l-emenda tar-Regolament Finanzjarju strutturali permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta’ Lulju 2008, jeħtieġ li r-regoli finanzjarji tal-Europol jiġu adattati sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu konformi mar-Regolament Finanzjarju strutturali emendat. |
|
(2) |
L-Europol għandu personalità ġuridika u responsabbiltà sħiħa biex ifassal u jimplimenta l-baġit tiegħu stess. |
|
(3) |
Għall-finijiet tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Europol, l-erba’ prinċipji fundamentali tal-liġi tal-baġit (l-unità, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, l-annwalità) u l-prinċipji tal-eżattezza, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, il-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza tal-baġit iridu jiġu rijaffermati. |
|
(4) |
Il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba għandu jiġi definit b’referenza għall-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, u l-konformità ma’ dawk il-prinċipji għandha tiġi verifikata permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti għal kull attività u mkejla b’tali mod li r-riżultati jistgħu jiġu evalwati. |
|
(5) |
Għar-raġuni tal-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja tajba, l-Europol għandu jkollu proċeduri ta’ akkwist trasparenti, kontrolli interni effettivi; sistema ta’ preżentazzjoni tal-kontijiet li hija separata mill-attivitajiet l-oħra tiegħu u verifika esterna. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti sistemi effettivi ta’ kontroll sabiex jipproteġu l-interess finanzjarju tal-Komunità Ewropea. |
|
(7) |
Bl-istess mod bħall-Istituzzjonijiet Komunitarji, l-Europol mhuwiex awtorizzat jissellef, b'mod konformi mal-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. |
|
(8) |
Huwa neċessarju li jiġu definiti r-regoli dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-baġit tal- Europol, kif ukoll ir-regoli dwar il–preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet. |
|
(9) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġu definiti l-poteri u r-responsabbiltajiet tal-Bord Amministrattiv tal-Europol, l-Uffiċjali Awtorizzant, l-Uffiċjal tal-Kontabilità, l-Amministratur tal-Imprest, l-Awdituri Interni tal-Kummissjoni u tal-Europol. L-Uffiċjali Awtorizzant, li jinkludu l-Uffiċjal Awtorizzant, l-Uffiċjali Awtorizzant permezz ta' delegazzjoni u sotto-delegazzjoni huma totalment responsabbli għall-operazzjonijiet kollha ta’ dħul u nfiq imwettqa taħt l-awtorità tagħhom u għandhom jinżammu responsabbli għall-azzjoni tagħhom, inkluż fejn meħtieġ permezz ta’ proċeduri dixxiplinari. |
|
(10) |
L-iskeda biex jiġi stabbilit il-baġit tal-Europol, biex jiġu ppreżentati l-kontijiet u biex tingħata l-kwittanza għandha tkun allinjata fuq id-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. |
|
(11) |
Peress li l-Europol huwa ffinanzjat minn sussidju annwali mħallas mill-baġit tal-Komunità, l-Europol għandu josserva b’mod strett l-istess rekwiżiti bħall-Istituzzjonijiet tal-Komunità fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet, safejn dawn il-kuntratti u konċessjonijiet ikunu awtorizzati milli istrumenti li jwaqqfuh; f’dan ir-rigward din ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti ġenerali hija suffiċjenti. |
|
(12) |
Ir-Regolament Finanzjarju għandu jirrifletti r-rekwiżiti speċifiċi tal-Europol bħala entità tal-korporazzjoni tal-pulizija. Dan għandu jikkunsidra bis-sħiħ in-natura sensittiva tal-operazzjonijiet imwettqa minn Europol, b’mod partikolari informazzjoni operattiva, strateġika u klassifikata. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni Ewropea tat il-kunsens tagħha għal dan ir-Regolament inkluż it-tluq mir-Regolament Finanzjarju strutturali, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
MATERJA TAS-SUĠĠETT
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli ewlenin li jirregolaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
1. |
“Deċiżjoni tal-Europol” għandha tfisser id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas- 6 ta’ April 2009 … li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija; |
|
2. |
“Europol” għandha tfisser Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija kif imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Europol li tistabbilixxi l-Europol bħala korp tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
“Bord tal-Amministrazzjoni” għandha tfisser l-organu kif imsemmi fl-Artikolu 36 u l-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni tal-Europol; |
|
4. |
“Direttur” għandha tfisser il-persuna msemmija fl-Artikolu 36 u l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni tal-Europol; |
|
5. |
“Persunal” għandha tfisser id-Direttur kif ukoll il-persunal imsemmija fl-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni tal-Europol; |
|
6. |
“Baġit” għandha tfisser il-baġit tal-Europol kif imsemmi fl-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni tal-Europol; |
|
7. |
“Awtorità tal-baġit” għandha tfisser il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
|
8. |
“Regolament Finanzjarju Ġenerali” għandha tfisser ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej; |
|
9. |
“Regolament Finanzjarju Strutturali” għandha tfisser ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Eurotom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif rivedut mir-Regolament tal-Kummissjoni N 652/2008; |
|
10. |
“Regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju ġenerali” għandha tfisser ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002; |
|
11. |
“Regoli Finanzjarji ta' Implimentazzjoni tal-Europol” għandha tfisser ir-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament Finanzjarju; |
|
12. |
“Regoli Finanzjarji tal-Europol” għandha tfisser dan ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Finanzjarji ta’ Implimentazzjoni tal-Europol; |
|
13. |
“Regolamenti tal-Persunal” għandha tfisser regolamenti u regoli applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej; |
|
14. |
“Informazzjoni operattiva, strateġika u klassifikata tal-Europol” għandha tiġi interpretata kif ġej:
|
TITOLU II
PRINĊIPJI TAL-BAĠIT
Artikolu 3
L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-unità u l-eżatezza tal-baġit, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-speċifikazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba kif stabbilit f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU 1
Prinċipji ta' unità u eżattezza tal-baġit
Artikolu 4
Il-baġit huwa l-istrument li. għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u l-infiq meqjusa meħtieġa għall-Europol.
Artikolu 5
Il-baġit għandu jkun fih:
|
(a) |
id-dħul proprju magħmul mill-miżati u l-ispejjeż kollha li l-Europol huwa awtorizzat li jiġbor bis-saħħa tal-kompiti fdati lilu, u kull dħul ieħor; |
|
(b) |
dħul magħmul mill-kontibuzzjonijiet finanzjarji tal-Istat Membru ospitanti; |
|
(c) |
sussidju konċess mill-Komunitajiet Ewropej; |
|
(d) |
dħul assenjat lill-partiti speċifiċi tal-infiq skont l-Artikolu 19(1); |
|
(e) |
l-infiq tal-Europol, inkluż spejjeż ta’ amministrazzjoni. |
Artikolu 6
1. Ma jsirx dħul jew infiq qabel ma dan jitniżżel taħt linja fil-baġit.
2. Approprjazzjoni ma tiddaħħlax fil-baġit sakemm ma tkunx spiża meqjusa meħtieġa.
3. L-ebda nefqa li tkun akbar mill-approprjazzjonijiet tal-baġit ma tista’ tkun marbuta jew awtorizzata.
KAPITOLU 2
Prinċipju ta' annwalità
Artikolu 7
L-approprjazzjonijiet mdaħħlin fil-baġit għandhom jiġu awtorizzati għal sena finanzjarja waħda, li tkun tgħodd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
Artikolu 8
1. Il-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet mhux differenzjati u, fejn ġustifikat mill-bżonnijiet operattivi, approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn tal-aħħar għandhom jikkonsistu f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament.
2. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom ikopru l-prezz totali tal-impenji legali mibdijin matul is-sena finanzjarja kurrenti.
3. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikopru pagamenti magħmula biex ikunu onorati impenji legali mibdijin fis-sena finanzjarja kurrenti u/jew snin finanzjarji ta’ qabel.
4. L-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ma jkunux differenzjati. L-infiq amministrattiv li ġej minn appalti li jkopru perjodi li jestendu oltre s-sena finanzjarja, skont il-prattika lokali jew rigward il-provvista ta’ tagħmir, għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena finanzjarja li jkun sar fiha.
Artikolu 9
1. Id-dħul tal-Europol msemmi fl-Artikolu 5 għandu jiddaħħal fil-kontijiet tas-sena finanzjarja skont l-ammonti miġbura matul is-sena finanzjarja.
2. Id-dħul tal-Europol għandu jqajjem ammont ekwivalenti ta’ approprjazzjonijiet għall-pagamenti.
3. L-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit għal sena partikolari jistgħu jintużaw biss biex ikopru l-infiq allokat u mħallas f’dik is-sena finanzjarja, u biex ikopru ammonti dovuti minn impenji li ġejjin mis-snin finanzjarji ta’ qabel.
4. L-impenji għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fuq il-bażi tal-impenji legali li jkunu saru sal-31 ta’ Diċembru.
5. Il-pagamenti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi ta’ pagamenti magħmula mill-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Diċembru, l-iktar tard, ta’ dik is-sena.
Artikolu 10
1. L-approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sal-aħħar tas-sena finanzjarja li jkunu ddaħlu għaliha għandhom jiġu mħassra.
Madankollu, b’deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni li tittieħed mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar, jistgħu jinġarru biss għas-sena finanzjarja li jmiss, skont il-paragrafi 2 sa 7.
2. Approprazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma' spejjeż tal-persunal ma jistgħux jinġarru.
3. Approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet mhux differenzjati li għadhom mhumiex impenjati sa l-għeluq tas-sena finanzjarja jistgħu jinġarru rigward l-ammonti li jikkorispondu ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn li l-biċċa l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura tal-impenn tagħhom, li għandha tiġi definita fir-Regoli Finanzjarji ta’ Implimentazzjoni tal-Europol, ikunu tlestew sal-31 ta’ Diċembru; dawn l-ammonti mbagħad jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.
4. Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jistgħu jinġarru rigward l-ammonti meħtieġa biex ikopru l-impenji eżistenti jew l-impenji marbuta mal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jkunu nġarru, meta l-approprjazzjonijiet pprovduti għall-linji rilevanti fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara ma jkonprux il-ħtiġijiet. L-Europol għandu l-ewwel juża l-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u m’għandux juża l-approprjazzjonijiet li jkunu nġarru qabel ma jiġu eżawriti l-approprjazzjonijiet imsemmija qabel.
5. L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati li jikkorrispondu ma’ obbligi kkuntrattati kif suppost fl-għeluq tas-sena finanzjarja għandhom jinġarru awtomatikament għas-sena finanzjarja ta’ wara biss.
6. L-approprjazzjonijiet li jkunu nġarru u li ma jkunux ġew impenjati sal-31 ta’ Marzu tas-sena n + 1 għandhom jiġu mħassra awtomatikament. L-approprjazzjonijiet li jkunu nġarru b’dan il-mod għandhom jiġu identifikati fil-kontjiiet.
7. L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 19 għandhom jinġarru awtomatikament. L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorrispondu mad-dħul assenjat li jkun nġarr għandhom jintużaw l-ewwel.
Sal-1 ta’ Ġunju tas-sena n+1 bħala l-iktar tard, l-Europol għandu jinforma lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat li jkun inġarr.
Artikolu 11
Meta l-ammonti jiġu diżimpenjati, minħabba nuqqas totali jew parzjali ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet li dawn l-ammonti kienu allokati għalihom, fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha jkunu ġew impenjati dawk l-approprjazzjonijiet, l-approprjazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu mħassra.
Artikolu 12
L-approprjazzjonijiet imniżżla fil-baġit jistgħu jiġu allokati b’effett mill-1 ta’ Jannar, ladarba l-baġit ikun sar definittiv.
Artikolu 13
1. Sa mill-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, jistgħu jiġu allokati bil-quddiem spejjeż amministrattiv ta' rutina mal-approprjazzjonijiet provduti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dawn l-allokazzjonijiet madankollu, ma jistgħux ikunu ikbar minn kwart tal-approprjazzjonijiet deċiżi mill-Bord Amministrattiv fil-linja korrispondenti tal-baġit għas-sena finanzjarja kurrenti. Ma jistgħux japplikaw għal spejjeż ġodda ta’ tip li ma jkunx għadu ġie approvat fil-prinċipju fl-aħħar baġit adottat kif suppost.
2. L-infiq li għandu jitħallas bil-quddiem, per eżempju kera, jista’ jagħti lok għal pagamenti mill-1 ta’ Diċembru 'l quddiem li jitħallsu mill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta’ wara. F’dan il-każ, m’għandux japplika l-limitu msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 14
1. Jekk il-baġit ma jkunx għadu ġie adottat għal kollox fil-bidu tas-sena finanzjarja, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-impenn u l-ħlas ta’ nfiq li setgħu ġew imniżżlin taħt linja speċifika tal-baġit bħala parti mill-implimentazzjoni tal-aħħar baġit adottat kif suppost.
2. L-impenji jistgħu jsiru għal kull kapitolu sa mhux iktar minn kwart tal-approprjazzjonijiet totali awtorizzati fil-kapitolu kkonċernat għas-sena finanzjarja ta’ qabel, kif ukoll għal parti minn kull tnax għal kull xahar li jkun għadda. Pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa mhux iktar minn parti minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu kkonċernat għas-sena finanzjarja ta’ qabel. Il-limitu tal-approprjazzjonijiet previst fir-rendikont tal-istimi tad-dħul u l-infiq ma’ jistax jinqabeż.
3. Fuq talba tad-Direttur, jekk ikun meħtieġ mill-kontinwità tal-azzjoni tal-Eurojust u l-ħtiġiet tal-ġestjoni, il-Bord Amministrattiv jista’ jawtorizza fl-istess ħin żewġ partijiet jew iktar minn kull tnax, provviżorjament, kemm għal impenji kif ukoll għal pagamenti, barra minn dawk li huma awtomatikament disponibbli permezz tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2. Il-partijiet minn tnax l-oħrajn għandhom jiġu awtorizzati bis-sħiħ u ma jistgħux jinqasmu.
Il-KAPITOLU 3
Prinċipju tal-ekwilibriju
L-Artikolu 15
1. Id-dħul mill-baġit u l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
2. L-approprjazzjonijiet għall-impenji ma jistgħux jaqbżu l-ammont ta’ sussidju tal-Komunità, flimkien mad-dħul proprju u kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 5.
3. L-Europol ma jistax jissellef.
4. Il-fondi Komunitarji mħallsa lill-Europol għandhom jikkostitwuxxu sussidju li jibbilanċja l-baġit tiegħu, li jgħodd bħala prefinanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 81(1)(b)(i) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
5. L-Europol għandu jimplimenta ġestjoni stretta tal-likwidità, b’kunsiderazzjoni tad-dħul assenjat, sabiex jiżgura li l-bilanċi tal-likwidità tiegħu huma limitati għal ħtiġijiet ġustifikati kif dovut. Mat-talbiet tal-ħlasijiet tiegħu, l-Europol għandu jressaq previżjonijiet dettaljati u aġġornati dwar il-ħtiġijiet reali ta’ likwidità tiegħu matul is-sena, inkluża informazzjoni dwar id-dħul assenjat.
L-Artikolu 16
1. Jekk il-bilanċ tal-kont tal-kwantitajiet maħdumin fis-sens tal-Artikolu 81 ikun pożittiv, dan għadu jerġa’ jitħallas lura lill-Kummissjoni sakemm jintlaħaq l-ammont tas-sussidju tal-Komunità li jkun tħallas matul is-sena. Il-parti tal-bilanċ li tkun qabżet l-ammont tas-sussidju mħallas mill-Komunità matul dik is-sena trid tiddaħħal fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara bħala dħul.
L-Europol għandu jipprovdi, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena n, stima tal-bilanċ favorevoli operattiv mis-sena n-1, li għandu jitħallas lura lill-baġit Komunitarju aktar tard fis-sena n, biex b’hekk tiġi kkompletata l-informazzjoni li diġà hija disponibbli dwar il-bilanċ favorevoli tas-sena n-2. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni waqt il-valutazzjoni tal-ħtiġiet finanzjarji tal-Europol għas-sena n+1.
Id-differenza bejn is-sussidju tal-Komunità li jkun iddaħħla fil-baġit ġenerali u dak li effettivament tħallas lill-entità għandha titħassar.
2. Jekk il-bilanċ tal-kont tal-kwantitajiet maħdumin fis-sens tal-Artikolu 81 ikun negattiv, dan għandu jerġa’ jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara.
3. Id-dħul jew approprjazzjonijiet għall-pagament għandhom jiddaħħlu fil-baġit waqt il-proċedura tal-baġit permezz tal-ittra tal-proċedura li tagħmel l-emenda jew, jekk l-implimentazzjoni tal-baġit tkun fis-seħħ, permezz ta’ baġit li jagħmel emenda.
IL-KAPITOLU 4
Prinċipju tal-unità tal-kontijiet
L-Artikolu 17
Il-baġit għandu jiġi mfassal u implimentati f’euro u l-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati f’euro. Madankollu, għall-iskop ta’ likwidità, l-uffiċjal tal-kontabilità u, fil-każ ta’ kontijiet ta’ flus akkont, l-amministraturi tal-flus akkont għandhom jiġu awtorizzati biex iwettqu operazzjonijiet f’muniti nazzjonali kif stabbilit fir-Regoli Finanzjarji tal-Europol.
Il-KAPITOLU 5
Prinċipju tal-universalità
L-Artikolu 18
Id-dħul totali għandu jkopri t-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, suġġetti għall-Artikolu 19. Id-dħul u l-infiq għandu jiddaħħal kollu mingħajr ma wieħed jaġġusta lill-ieħor, suġġett għall-Artikolu 21.
L-Artikolu 19
1. Il-partiti ta’ dħul li ġejjin għandhom jintużaw sabiex iħallsu oġġetti speċifiċi ta’ nfiq:
|
(a) |
dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati; |
|
(b) |
kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet tal-Europol minn Stati Membri, pajjiżi mhux membri jew entitajiet mixxelanji, sakemm dan ikun previst fil-ftehim milħuq bejn l-Europol u l-Istati Membri, il-pajjiżi mhux membri jew l-entitajiet in kwistjoni; |
|
(c) |
dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta’ prodotti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom stess, għajr il-miżati u l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 5(a); |
|
(d) |
dħul mill-forniment ta’ prodotti, servizzi u xogħlijiet għall-istituzzjonijiet Komunitarji jew entitajiet oħrajn tal-Komunità; |
|
(e) |
dħul li ġej mill-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa bi żball; |
|
(f) |
dħul mill-bejgħ ta’ vetturi, tagħmir, installazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku, li jkunu qegħdin jinbidlu jew jiġu skreppjati meta l-valur kontabilizzat ikun kompletament deprezzat; |
|
(g) |
ħlasijiet rċevuti minn assigurazzjoni; |
|
(h) |
dħul minn ħlasijiet konnessi ma’ kirjiet; |
|
(i) |
dħul mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet u films, inklużi dawk fuq mezzi elettroniċi. |
1a. L-att bażiku applikabbli jista’ jassenja wkoll id-dħul li għalih jipprevedi partiti speċifiċi ta’ nfiq.
2. L-elementi kollha ta' dħul fis-sens tal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 għandhom ikopru l-infiq dirett jew indirett kollu li jsir mill-attività jew għan ikkonċernati.
3. Il-baġit għandu jkun f’linji sabiex jakkomoda l-kategorji ta’ dħul assenjat imsemmijin fil-paragrafi 1 u 1a u fejn possibbli għandu jindika l-ammont.
L-Artikolu 20
Id-Direttur jista’ jilqa’ kull donazzjoni li ssir lill-Europol, bħalma huma fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati, suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-Bord Amministrattiv, li għandu jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mid-data li fiha ġiet ippreżentata t-talba lilu. Jekk il-Bord Amministrattiv ma jiħux deċiżjoni f’dak il-perjodu, id-donazzjoni għandha titqies milqugħa.
L-Artikolu 21
1. It-tnaqqis li ġej jista’ jsir mit-talbiet għall-ħlas, fatturi jew rendikonti kollha, li mbagħad għandhom jgħaddu għall-ħlas tal-ammont nett:
|
(a) |
il-penali imposti fuq partijiet għal kuntratti ta’ akkwist jew benefiċjarji ta’ għotja; |
|
(b) |
skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u talbiet għall-ħlas; |
|
(c) |
l-imgħaxijiet iġġenerati minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament. |
2. Il-prezz tal-prodotti jew servizzi mogħtija lill-Europol għandhom jitħallsu mill-baġit għall-ammont sħiħ eskluża t-taxxa, meta jinkorporaw t-taxxi rimborżati:
|
(a) |
jew mill-Istati Membri skont il-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, mill-Istat Ospitanti fuq il-bażi tal-Ftehim dwar is-Sede jew fuq il-bażi ta’ ftehimiet rilevanti oħra; |
|
(b) |
jew minn Stat Membru jew pajjiż mhux membru fuq bażi ta’ ftehim rilevanti oħra. Kull taxxa nazzjonali li trid titħallas provviżorjament mill-Europol taħt l-ewwel subparagrafu għandha tiddaħħal f’kont sospiż sakemm jingħataw lura mill-Istat ikkonċernat. |
3. Kull bilanċ negattiv għandu jiddaħħal fil-baġit bħala nfiq.
4. Jistgħu jsiru aġġustamenti għal differenzi ta’ skambji li jseħħu waqt l-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qligħ jew telf finali għandhom jiġu nklużi fil-bilanċ għas-sena.
IL-KAPITOLU 6
Prinċipju ta’ speċifikazzjoni
L-Artikolu 22
L-approprjazzjonijiet jkunu allokati għal skopijiet speċifiċi fl-intier tagħhom bit-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli għandhom jerġgħu jinqasmu f’artikoli u partiti.
L-Artikolu 23
1. Id-Direttur jista’ jwettaq trasferimenti minn kapitolu għal ieħor u minn artikolu għal ieħor mingħajr limitu, u minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment.
2. Lilhinn mil-limitu msemmi fil-paragrafu 1, id-Direttur jista’ jipproponi trasferimenti ta’ approprazzjonijiet minn titolu għal ieħor lill-Bord Amministrattiv. Il-Bord Amministrattiv għandu jkollu tliet ġimgħat biex jopponi għal dawn it-trasferimenti. Wara dan il-limitu ta' żmien, it-trasferimenti għandhom jitqiesu adottati.
3. Il-proposti għal trasferimenti u trasferimenti mwettqa taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu akkompanjati bid-dokumenti ta’ sostenn xierqa u dettaljati li juru l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet u estimi tar-rekwiżiti sat-tmiem tas-sena finanzjarja, kemm għall-intestaturi li jridu jiġu kkreditati u kif ukoll għal dawk li jridu jsiru l-approprjazzjonijiet minnhom.
4. Id-Direttur għandu jinforma lill-Bord Amministrattiv bit-trasferimenti kollha mwettqa malajr kemm jista’ jkun. Id-Direttur għandu jgħarraf lill-awtorità tal-baġit dwar it-trasferimenti kollha mwettqa taħt il-paragrafu 2.
L-Artikolu 24
1. L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss f’linji tal-baġit li għalihom il-baġit għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew għandu annotazzjoni nominali (p.m.).
2. L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad dħul assenjat jistgħu jiġu trasferiti biss jekk jintużaw għall-iskop li għalih kien assenjat id-dħul.
IL-KAPITOLU 7
Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba
L-Artikolu 25
1. L-approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jiġifieri, skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.
2. Il-prinċipju tal-ekonomija jeħtieġ li r-riżorsi li juża l-Europol għall-attivitajiet tiegħu għandhom isiru disponibbli fiż-żmien dovut, fi kwantitajiet u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz. Il-prinċipju tal-effiċenza jirrigwarda l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati milħuqa. Il-prinċipju tal-effettività jirrigwarda l-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti u l-kisba tar-riżultati mixtieqa.
3. Għandhom jiġu stabbiliti għanijiet speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u li wieħed jista’ jara kemm jieħdu żmien għas-setturi kollha tal-attività koperta mill-baġit. Il-kisba ta’ dawn l-għanijiet għandha tkun issorveljata minn indikaturi ta’ prestazzjoni għal kull attività u d-Direttur għandu jagħti tagħrif lill-Bord Amministrattiv. Dan it-tagħrif għandu jingħata kull sena u l-iktar tard fid-dokumenti li jkun mal-abbozz preliminari tal-baġit.
4. Biex id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod aħjar, l-Europol għandu jagħmel evalwazzjonijiet regolari tal-programmi jew attivitajiet qabel ma jsiru u wara li jkunu saru. Dawn l-evalwazzonijiet għandhom jiġu applikati għall-programmi u l-attivitajiet kollha li jirrikjedu nfiq kbir u r-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintbagħtu lill-Bord Amministrattiv.
5. Meta l-monitoraġġ jew rappurtar skont dan l-Artikolu jikkonċerna “informazzjoni operattiva, strateġika jew klassifikata tal-Europol”, id-Direttur jista’ jipprovdi li din l-informazzjoni tiġi mkejla u rrappurtata separatament lill-Bord Amministrattiv, li għandu jiġi intitolat biex jieħu d-deċiżjoni finali rigward jekk din l-informazzjoni għandhiex tiġi inkluża jew le fi kwalunkwe dokument ippubblikat.
L-Artikolu 25a
1. Il-baġit għandu jiġi implimentat skont kontroll intern effettiv u effiċjenti.
2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha ta’ ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli tal-ksib tal-għanijiet li ġejjin:
|
(a) |
effettività, effiċjenza u ekonomija fl-operazzjonijiet; |
|
(b) |
rappurtar affidabbli; |
|
(c) |
ħarsien tal-assi u l-informazzjoni; |
|
(d) |
prevenzjoni u identifikazzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet; |
|
(e) |
kontroll adegwat tar-riskji li jirrigwardaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, meta jitqies il-karattru multi-annwali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-ħlasijiet ikkonċernati. |
IL-KAPITOLU 8
Prinċipju ta’ trasparenza
L-Artikolu 26
1. Il-baġit għandu jiġi mfassal u implimentat u l-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati b’mod konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza.
2. Għandha tiġi ppubblikata taqsira tal-baġit u tal-baġits ta’ emenda, kif adottati finalment, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tagħhom.
It-taqsira għandha turi l-ħames linji baġitarji ewlenin tad-dħul, il-linji baġitarji ewlenin tan-nefqa għall-baġit amministrattiv u operattiv, il-pjan ta’ stabbiliment u stima tan-numru tal-persunal b’kuntratt f’ekwivalenti ta’ full-time li għalihom ġew allokati approprjazzjonijiet fil-baġit, u esperti nazzjonali ssekondati. Għandha tindika wkoll iċ-ċifri għas-sena ta’ qabel.
3. Il-baġit inkluż l-pjan ta’ stabbiliment u l-baġits ta’ emenda, kif finalment adottati, kif ukoll indikazzjoni tal-għadd ta’ persunal b’kuntratt f’ekwivalenti ta’ full-time li ġew allokati approprjazzjonijiet fil-baġit fil-konfront tagħhom, u esperti nazzjonali ssekondanti, għandhom jintbagħtu bħala informazzjoni lill-awtorità tal-baġit, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni, u għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Europol fi żmien erba’ ġimgħat mill-adozzjoni tagħhom.
4. L-Europol għandha tagħmel disponibbli, fuq il-websajt tagħha, informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi mill-baġit tagħha, inkluż informazzjoni dwar esperti kkuntrattati skont l-Artikolu 74b. L-informazzjoni ppubblikata għandha tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti u komprensiva. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli filwaqt li jkunu debitament osservati r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà, partikolarment il-ħarsien tad-dejta personali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).
Fejn l-informazzjoni hija pubblikata f’forma anonima biss, l-Europol għandu, meta jintalab jagħmel dan, jipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċjarji kkonċernati lill-Parlament Ewropew b’mod adegwat.
TITOLU III
STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT
IL-KAPITOLU 1
Stabbiliment tal-baġit
L-Artikolu 27
1. Il-baġit għandu jiġi stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Europol.
2. B’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Europol, l-Europol għandha tibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ stima provviżorja tad-dħul u l-infiq tagħha u l-linji gwida ġenerali fil-bażi ta’ dik l-istima sa l-10 ta’ Frar kull sena u l-abozz ta’ stima finali sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, bħala l-iktar tard.
3. L-istima ta’ dħul u nfiq tal-Europol għandha tinkludi:
|
(a) |
pjan ta’ stabbiliment li jistabbilixxi l-għadd ta’ postijiet permanenti u temporanji awtorizzati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, bil-grad u bil-kategorija; |
|
(b) |
meta ssir bidla fl-għadd ta’ persuni fil-karigi, rendikont li jiġġustifika t-talba għal postijiet ġodda; |
|
(c) |
stima kull tliet xhur ta' ħlasijiet bi flus likwidi u rċevuti. |
|
(d) |
informazzjoni dwar l-għadd ta’ għanijiet stabbiliti minn qabel li ntlaħqu għall-attivitajiet diversi kif ukoll għanijiet ġodda mkejlin b’indikaturi. |
Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jiġu kkonsultati u ssir referenza għalihom bħala prova tal-merti probabbli ta’ żieda jew tnaqqis tal-baġit propost tal-Europol meta mqabbel mal-baġit tiegħu għas-sena n.
4. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena bħala l-iktar tard, l-Europol għandu jibgħat lill-Kummissjoni u l-awtorità tal-baġit dawn li ġejjin:
|
(a) |
abbozz tal-programm ta’ ħidma tiegħu; |
|
(b) |
il-verżjoni aġġornata tal-pjan multiannwali tiegħu dwar il-persunal, stabbilit skont il-linji gwida stipulati mill-Kummissjoni; |
|
(c) |
informazzjoni dwar l-għadd ta’ uffiċjali, persunal temporanju u b’kuntratt kif definit mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-Regolamenti Ewropej tal-Persunal”) għas-snin n-1 u n kif ukoll stima għas-sena n+1; |
|
(d) |
informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet in-natura li jingħataw mill-Pajjiż Membru ospitanti lill-Europol sakemm din id-dikjarazzjoni ma tirriżultax fi kwittanza ta’ “informazzjoni operattiva, strateġika u/jew klassifikata”; |
|
(e) |
stima tal-bilanċ tal-kont tar-riżultati skont it-tifsira tal-Artikolu 81 għas-sena n-1. |
5. Bħala parti mill-proċedura tal-adozzjoni tal-baġit ġenerali, il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rendikont ta' stimi tal-Europol lill-awtorita tal-baġit u tipproponi l-ammont ta’ sussidju għall-Europol u l-għadd tal-persunal li hi tqis li l-Europol jeħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Europol u stima ta’ l-għadd ta’ persunal b’kuntratt f’ekwivalenti ta’ full-time li għalihom ikunu proposti approprjazzjonijiet.
6. L-awtorità tal-baġit għandha taddotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Europol u kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirlu skont l-Artikolu 32(1). Il-pjan ta’ stabbiliment għandu jiġi ppubblikat f’anness tat-Taqsima III – Kummissjoni – tal-baġit ġenerali.
7. Il-Bord Amministrattiv għandu jaddotta l-baġit u l-pjan ta' stabbiliment. Dawn għandhom isiru definittivi wara l-addozzjoni finali tal-baġit ġenerali li tistabbilixxi l-ammont tas-sussidju u tal-pjan ta’ stabbiliment u jekk ikun meħtieġ, il-baġit u l-pjan ta' stabbiliment għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ.
L-Artikolu 28
Kull emenda fil-baġit, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, għandha ssir s-suġġett ta’ baġit ta’ emenda adottat bl-istess proċedura tal-baġit inizzjali, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Europol u l-Artikolu 27.
IL-KAPITOLU 2
Struttura u preżentazzjoni tal-baġit
L-Artikolu 29
Il-baġit għandu jikkonsisti f’rendikont ta’ dħul u rendikont ta’ nfiq.
L-Artikolu 30
Sakemm ikun iġġustifikat min-natura tal-attivitajiet tal-Europol, ir-rendikont tal-infiq għandu jkun imqassam fuq bażi ta’ nomenklatura bi klassifikazzjoni skont l-iskop. Din in-nomenklatura għandha tiġi determinata mill-Europol u għandha tagħmel distinzjoni ċara bejn l-approprjazzjonijiet amministrattivi u l-approprjazzjonijiet operattivi.
L-Artikolu 31
il-baġit għandu juri:
|
1. |
fir-rendikont tad-dħul:
|
|
2. |
fir-rendikont tal-infiq:
|
L-Artikolu 32
1. Il-pjan ta’ stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 27 għandu juri, ħdejn l-għadd ta’ postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd awtorizzat fis-sena ta’ qabel u l-għadd ta’ postijiet effettivament mimlijin. Dan għandu jikkostitwixxi limitu assolut għall-Europol; ma jistgħux isiru ħatriet wara li jinqabeż dan il-limitu. madankollu, ħlief fil-każ ta’ gradi AD16, AD15, AD14 u AD13, il-Bord Amministrattiv jista’ jibdel il-pjan ta’ stabbiliment b’sa 10 % tal-postijiet awtorizzati, b’dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:
|
(a) |
li ma jintlaqatx id-daqs tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondi għal sena finanzjarja sħiħa; |
|
(b) |
li l-limitu tal-għadd totali tal-postijiet awtorizzati mill-pjan ta’ stabbiliment ma jinqabiżx. |
2. B’deroga għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti ta’ xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità li taħtar skont ir-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jiġu kkompensati b’ħatriet oħrajn. Fejn membru tal-persunal jitlob l-irtirar tal-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perjodu mogħti, l-Europol għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jirrispetta l-limitu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun.
TITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT
IL-KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-Artikolu 33
Id-Direttur għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzant. Hu għandu jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-Regoli Finanzjarji tal-Europol, fuq responsabbilta’ tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.
Bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-uffiċjal awtorizzant fir-rigward tal-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet, l-Europol għandu jipparteċipa f’attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.
L-Artikolu 34
1. Id-Direttur jista’ jiddelega l-poteri tiegħu ta’ implimentazzjoni tal-baġit lill-persunal tal-Europol li jaqa’ taħt ir-“Regolamenti tal-Persunal”, skont il-kundizzjonijiet preskritti fir-Regoli Finanzjarji tal-Europol adottati mill-Bord Amministrattiv. Dawk li għandhom dawn il-poteri jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tal-poteri li ngħataw espressament.
2. Id-delegat jista’ jiddelega l-poteri mogħtia lilu lil ħaddieħor, kif previst fir-Regoli Finanzjarji ta’ Implimentazzjoni tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 99. Kull att ta’ sottodelegazzjoni jeħtieġ l-approvazzjoni espliċita tad-Direttur.
L-Artikolu 35
1. L-atturi finanzjarji kollha fit-tifsira tal-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-verifika jew il-kontroll tal-baġit għandhom jiġu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Europol. F'każ bħal dan, il-persuna kkonċernata għandha tastjeni milli tieħu tali miżuri u tirreferi l-każ lill-awtorità kompetenti.
2. Ikun hemm kunflitt ta’ interessi jekk l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ persuna msemmija fil-paragrafu 1 jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kull interess ieħor maqsum mal-benefiċjarju.
3. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun l-awtorità superjuri immedjata tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Jekk il-membru tal-persunal ikun id-Direttur, l-awtorità kompetenti għandu jkun il-Bord Amministrattiv.
L-Artikolu 36
1. Il-baġit għandu jiġi implimentat mid-Direttur fid-dipartmenti mpoġġija taħt l-awtorità tiegħu.
2. Kompiti ta’ kompetenza teknika u kompiti amminstrattivi, preparatorji jew anċillarji li la jeħtieġu l-eżerċitazzjoni ta’ awtorità pubblika u lanqas l-użu ta’ poteri ta’ ġudizzju diskrezjonali jistgħu jingħataw b’appalt lil entitajiet jew korpi esterni tal-qasam privat, fejn ma jistax isir mod ieħor.
IL-KAPITOLU 2
Atturi finanzjarji
Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet
L-Artikolu 37
Id-dmirijet tal-uffiċjal awtorizzant u tal-uffiċjal tal-kontabilità għandhom jkunu segregrati u reċiprokament inkumpatibbli.
Uffiċjal awtorizzant
L-Artikolu 38
1. L-uffiċjal awtorizzant għandu jkollu r-responsabbiltà li jimplimenta d-dħul u l-infiq skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u li jiżgura li l-ħtiġijiet ta’ legalità u regolarità jkunu mħarsa.
2. Biex jimplimenta l-infiq, l-uffiċjal awtorizzant għandu jagħmel impenji tal-baġit u impenji legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza pagamenti u għandu jagħmel ix-xogħol ta’ tħejjija għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.
3. L-implimentazzjoni tad-dħul għandħa ssir billi jiġu mfassla stimi ta’ ammonti riċevibbli, jiġu stabbiliti l-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u billi jinħarġu ordnijiet ta’ rkupru. Din għandha tinvolvi t-tneħħija ta’ intitolamenti stabbilit fejn ikun xieraq.
4. L-uffiċjal awtorizzant għandu jistabbilixxi, b’mod konformi mal-istandards minimi adottati mill-Bord Amministrattiv fuq il-bażi tal-istandards li l-Kummissjoni tippreskrivi għad-dipartimenti tagħha stess u b’attenzjoni xierqa għar-riskji marbuta mal-ambjent ta’ ġestjoni u n-natura tal-azzjoni ffinanzjata, l-istruttura organizzattiva u s-sistemi tal- proċeduri interni ta’ ġestjoni u kontroll adattati għad-dmirjiet tiegħu, inklużi verifiki ex post meta dan ikun propizju. L-uffiċjal awtorizzant għandu jistabbilixxi fi ħdan id-dipartimenti tiegħu funzjoni ta’ ħila esperta u konsulenza maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.
5. Qabel ma tiġi awtorizzata operazzjoni, l-aspetti operattivi u finanzjarji għandhom jiġu verifikati minn membri tal-persunal li mhumiex min beda l-operazzjoni. Il-bidu ta’ operazzjoni u l-verifiki ta’ qabel ma tibda u ta’ wara li jkun saret għandhom ikunu funzjonijiet separati.
6. L-uffiċjal awtorizzant għandu jżomm id-dokumenti ta’ sostenn li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet li jkunu saru fuq medda ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tat il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit.
Fejn hu possibbli, id-dejta personali fid-dokumenti ta’ sostenn għandha titħassar meta dik id-dejta ma tkunx meħtieġa għall-kwittanza tal-baġit jew għal skopijiet ta’ kontroll u verifika. Fi kwalunkwe każ, rigward iż-żamma ta’ traffic data, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) 45/2001 għandhom jiġu osservati.
L-Artikolu 39
1. Il-bidu ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) għandu jinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha ta’ tħejjija għall-addozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit magħmula mill-uffiċjali awtorizzant responsabbli msemmijin fl-Artikoli 33 u 34.
2. Verifikazzjoni ex ante ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) għandha tinftiehem bħala l-kontrolli ex ante kollha mwettqa mill-uffiċjal awtorizzant responsabbli sabiex jivverifika l-aspetti operattivi u finanzjarji.
3. Kull operazzjoni għandha ssir suġġetta għal mill-inqas verifika ex ante waħda. L-iskop ta’ din il-verifika għandu jkun li taċċerta li:
|
(a) |
in-nefqa saret kif suppost u taqbel mad-dispożizzjonijiet rilevanti; |
|
(b) |
ġie applikat il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba msemmi fl-Artikolu 25. |
Għall-fini tal-verifika ex ante, l-uffiċjal awtorizzant responsabbli jista’ jqis serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw infiq ta’ rutina fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi bħala operazzjoni waħda.
Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu, skont il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jwettaq verifika ex post xierqa, skont il-paragrafu 4.
4. L-iskop tal-verifika ex post tad-dokumenti u, fejn xieraq, verifiki għal għarrieda, għandu jkun li jiġi vverifikat li l-operazzjonijiet imħallsa mill-baġit saru sew u b’mod partikolari li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3 kienu mħarsa. Dawn il-verifiki jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun permezz ta’ analiżi tar-riskju.
5. L-uffiċjali jew persunal ieħor li huma responsabbli għall-verifiki msemmijin fil-paragrafi 2 u 4 jkunu differenti minn dawk li jagħmlu l-kompiti msemmijin fil-paragrafu 1 u ma jiġux taħthom.
6. Il-persunal kollu responsabbli biex jeżamina bir-reqqa l-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji għandu jkollu l-ħiliet professjonali meħtieġa. Dan għandu jżomm kodiċi speċifiku ta’ standards professjonali adottat mill-Europol u bbażat fuq standards preskritti mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess.
L-Artikolu 40
1. L-uffiċjal awtorizzant għandu jirrapporta lill-Bord Amministrattiv dwar il-qadi ta’ dmirijietu fil-forma ta’ rapport ta’ attività annwali, flimkien mal-informazzjoni finanzjarja u dik dwar il-ġestjoni li tikkonferma li l-informazzjoni fir-rapport tirrappreżenta perspettiva reali u ġusta għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riżerva relatata ma’ oqsma definiti ta’ dħul u nfiq.
Ir-rapport ta’ attività annwali għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu b’referenza għall-għanijiet stabbiliti, ir-riskji marbuta ma’ dawn l-operazzjonijiet, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontoll intern. Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 71 għandhom iqisu r-rapport ta' ħidma annwali u kwalunkwe informazzjoni oħra identifikata.
2. Sa mhux iktar tard mil-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Bord Amministrattiv għandu jibgħat analiżi u evalwazzjoni tar-rapport annwali tal-uffiċjal awtorizzant dwar is-sena finanzjarja ta’ qabel, lill-awtorità tal-baġit u lill-Qorti tal-Awdituri. Din l-analiżi u evalwazzjoni għandha tiġi nkluża fir-rapport annwali tal-Europol, skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti kostitwenti. Meta r-rapportar skont dan l-Artikolu jikkonċerna “informazzjoni operattiva, strateġika u klassifikata tal-Europol”, l-uffiċjal awtorizzant jista’ jipprovdi biex din l-informazzjoni tiġi rapportata separatament lill-Bord Amministrattiv, li għandu jiġi intitolat li jieħu d-deċiżjoni finali rigward jekk din l-informazzjoni għandhiex tiġi inkluża jew le fi kwalunkwe dokument ippubblikat.
L-Artikolu 41
Kull membru tal-persunal involut fit-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll ta’ transazzjonijiet li jidhirlu li xi deċiżjoni li huwa meħtieġ japplika jew japprova mis-superjur tiegħu hi irregolari jew kontra l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jew ir-regoli professjonali li jrid iħares, huwa għandu jinforma lid-Direttur bil-miktub u, jekk dan ma jagħmel xejn fi żmien raġjonevoli, lill-panel imsemmi fl-Artikolu 47(4) u lill-Bord Amministrattiv. Jekk ikun hemm attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tħassar l-interessi tal-Komunità, għandu jgħarraf lill-awtorità u l-korpi msemmija mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
L-Artikolu 42
Meta l-poteri għall-implimentazzjoni tal-baġit ikunu ddelegati jew sottodelegati skont l-Artikolu 34, l-Artikolu 38(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-uffiċjali awtorizzant b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni.
Uffiċjal tal-kontabilità
L-Artikolu 43
1. IL-Bord Amministrattivi għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, kopert bir-Regolamenti tal-Persunal, li fil-qadi ta’ dmirijietu l-funzjoni tiegħu għandha tkun waħda indipendenti. Fi ħdan l-Europol huwa għandu jkun responsabbli biex:
|
(a) |
jimplimenta sew il-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru ta’ ammonti stabbiliti bħala riċevibbli; |
|
(b) |
iħejji u jippreżenta l-kontijiet skont it-Titolu VII; |
|
(c) |
iżomm il-kontijiet skont it-Titolu VII; |
|
(d) |
jimplimenta, skont it-Titolu VII, ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-karta tal-kontijiet skont id-dispożizzjonijiet addottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni; |
|
(e) |
jistabbilixxi u jivvalida s-sistemi tal-kontabilità, u, fejn xieraq, sistemi ta’ validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzant maħsuba biex ifornu jew jiġġustifikaw l-informazzjoni dwar il-kontijiet; l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkollu s-setgħa li jivverifika r-rispett lejn il-kriterji ta’ validazzjoni; |
|
(f) |
jamministra l-fondi. |
2. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex isiru kontijiet li jagħtu stampa vera tal-assi tal-Europol u tal-implimentazzjoni tal-baġit, mingħand l-uffiċjal awtorizzant, li għandu jiggarantixxi li din tkun informazzjoni tkun affidabbli.
2a. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mid-Direttur, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiffirmahom, u b’hekk jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Europol.
Għal dan l-għan, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkun sodisfatt li l-kontijiet tħejjew skont ir-regoli, il-metodi u s-sistemi ta’ kontabilità stabbiliti, u li d-dħul u l-infiq kollu jkun iddaħħal fil-kontijiet.
L-uffiċjal awtorizzant għandu jgħaddi l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal tal-kontabilità ikollu bżonn biex ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu.
L-uffiċjal awtorizzant għandu jibqa’ għal kollox responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jkun jamministra u kif ukoll għal-legalità u r-regolarità tal-infiq taħt il-kontroll tiegħu.
2b. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jingħata s-setgħa li jivverifika l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll li jagħmel kull verifika oħra li jħoss li tkun meħtieġa biex ikun jista’ jiffirma l-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jagħmel ir-riżervi tiegħu, jekk ikun hemm bżonn, filwaqt li jfisser preċiżament in-natura u l-iskop ta’ dawn ir-riżervi.
2c. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Europol għandu japprova l-kontijiet annwali tiegħu u jibgħathom lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.
3. Bla ħsara għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 44, l-uffiċjal tal-kontabilità biss għandu jkollu l-poter tal-ġestjoni ta’ flus likwidi u l-ekwivalenti tagħhom. Hu għandu jkun responsabbli għaż-żamma fiż-żgur tagħhom.
4. Fit-twettiq ta’ dmirijietu, l-uffiċjal tal-kontabilità jista' jiddelega ċerti kompiti lil persunal ta’ taħtu, bla ħsara għar-Regolamenti tal-Persunal, meta dan ikun indispensabbli għall-qadi ta’ dmirijietu.
5. L-istrument tad-delegazzjoni jippreskrivi l-kompiti fdati lil min jirċievi d-delegazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.
Amministratur tal-Imprest
L-Artikolu 44
Meta, biex isir ħlas ta’ somom żgħar u biex jinġabar dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 5, ma jistax isir mod ieħor, jistgħu jinfetħu kontijiet ta’ flus akkont li jimtlew mill-uffiċjal tal-kontabilità u jitpoġġew taħt ir-responsabbilta ta’ amministraturi tal-flus akkont li j/tinnomina hu/hi.
L-ogħla ammont ta’ kull oġġett ta’ nfiq jew dħul li jista’ jitħallas mill-Amministratur tal-Imprest ma jistax jaqbeż ċertu ammont speċifikat fir-Regoli Finanzjarji ta’ Implimentazzjoni tal-Europol għal kull oġġett ta’ nfiq jew dħul.
Ħlasijiet minn kontijiet ta’ flus akkont (imprest) jistgħu jsiru permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu bil-bank, inkluża s-sistema ta’ debitu dirett imsemmija fl-Artikolu 66 (1a), ċekk jew mezz ieħor ta’ ħlas, skont l-istruzzjonijiet stipulati mill-uffiċjal tal-kontabilità.
IL-KAPITOLU 3
Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji
Regoli ġenerali
L-Artikolu 45
1. Bla ħsara għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari, l-awtorità li ħatret lill-uffiċjali awtorizzant b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni tista’ tneħħilhom id-delegazzjoni jew is-sottodelegazzjoni temporanjament jew għal kollox. L-uffiċjal awtorizzant jista’, f’kull żmien, jirtira l-qbil tiegħu għal sottodelegazzjoni speċifika.
2. Bla ħsara għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari, il-Bord Amministrattiv jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-uffiċjal tal-kontabilità milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew għal kollox. F’dan il-każ, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità temporanju.
3. Bla ħsara għal kwalunkwe azzjoni dixxiplinari, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-amministraturi tal-flus akkont milli jaqdu dmirijiethom temporanjament jew għal kollox.
L-Artikolu 46
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu huma bla ħsara għar-responsabbiltà quddiem il-liġi kriminali, li għandhom l-uffiċjal awtorizzant u l-persuni msemmijin fl-Artikolu 45, kif previst fil-liġi nazzjonali li tapplika u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet jew uffiċjali tal-Istati Membri.
2. Tista’ tittieħed azzjoni dixxiplinari fuq kull uffiċjal awtorizzant, uffiċjal tal-kontabilità, jew Amministratur tal-Imprest u jistgħu jintalbu jħallsu kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, bla ħsara għall-Artikoli 47, 48 u 49. Fil-każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi tal-Komunità, il-każ jittieħed għand l-awtoritajiet u korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
Regoli applikabbli għall-uffiċjal awtorizzant u għall-uffiċjal awtorizzant b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni
L-Artikolu 47
1. L-uffiċjal awtorizzant għandu jkun soġġett għall-ħlas ta’ kumpens kif stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal.
1a. L-obbligu li jitħallas kumpens japplika b’mod partikolari jekk:
|
(a) |
l-uffiċjal awtorizzant, jew b’mod intenzjonat jew minħabba traskuraġni serja min-naħa tiegħu, jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati drittijiet jew joħroġ ordnijiet ta’ rkupru, jikkommetti spiża jew jiffirma ordni ta' ħlas mingħajr ma jkun konformi ma’ dan ir-Regolament u r-regoli tal-implimentazzjoni tiegħu; |
|
(b) |
l-uffiċjal awtorizzant, jew b’mod intenzjonat jew minħabba traskuraġni serja min-naħa tiegħu, jonqos milli jħejji dokument li jistabbilixxi ammont riċevibbli, jonqos milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ ta’ tali ordni jew ta’ ordni għal ħlas, u b’hekk jesponi lill-Europol għal azzjoni ċivili minn partijiet terzi. |
2. Uffiċjal awtorizzant b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jqis li deċiżjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu hija irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda għandu jgħarraf bil-miktub lill-awtorità li tkun iddelegatu. Jekk l-awtorita li tkun għamlet id-delegazzjoni tagħti struzzjoni motivata bil-miktub lill-uffiċjal awtorizzant b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata, dan irid jimplimentaha u ma jistax jinżamm responsabbli.
3. Fil-każ ta’ delega, l-uffiċjal awtorizzant għandu jibqa’ responsabbli għall-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti u għall-għażla tal-uffiċjal awtorizzant b'delega.
4. Il-bord speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji mwaqqaf mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandu jeżerċita l-istess setgħat fir-rigward tal-Europol li jeżerċita fir-rigward ta’ dipartimenti tal-Kummissjoni. Bħala alternattiva għall-bord imsemmi hawn fuq stabbilit skont ir-Regolament Finanzjarju ġenerali (il-“panel ġenerali”), il-Bord Amministrattiv jista' jiddeċiedi fuq bażi ad hoc biex iwaqqaf bord funzjonalment indipendenti li jinvestiga l-irregolaritajiet finanzjarji partikolari jew li jipparteċipa f’bord konġunt imwaqqaf minn diversi entitajiet Komunitarji. Għal dawk il-każi mressqa mill-entitajiet Komunitarji, il-bord speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji stabbilit mill-Kummissjoni għandu jinkludi membru tal-persunal ta’ entità Komunitarja.
Fuq il-bażi tal-fehma ta' dan il-bord (kemm jekk il-bord ġenerali jew bord ad hoc kif deskritt hawn fuq), id-Direttur għandu jiddeċiedi jekk jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal awtorizzant u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur, il-bord għandu jibgħatha lill-Bord Amministrattiv, lill-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Id-Direttur għandu jirreferi, f’forma anonima, l-għażliet tal-bord fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu u jindika l-miżuri ta’ segiwtu meħuda.
5. Kull membru tal-persunal jista’ jintalab jagħmel tajjeb għad-dannu, kollu jew parti minnu, li jkun sofra l-Europol minħabba mġieba serjament ħażina min-naħa tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijietu jew f'konnessjoni mal-qadi ta’ dmirijietu.
L-awtorità li taħtar għandha tieħu deċiżjoni motivata wara li tlesti l-formalitajiet preskritti mir-Regolamenti tal-Persunal rigward kwistjonijiet dixxiplinari.
Regoli li japplikaw għall-uffiċjal tal-kontabilità u għall-Amministratur tal-Imprest
L-Artikolu 48
Uffiċjal tal-kontabilità jista’ jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta’ kumpens, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari meta:
|
(a) |
jitlef jew jagħmel ħsara lil flus, assi u dokumenti li jkunu għandu jew li b’negliġenza tiegħu jintilfu jew issirilhom ħsara; |
|
(b) |
jibdel kontijiet tal-bank jew kontijiet ġiro f’uffiċċju postali mingħajr ma jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzant minn qabel; |
|
(c) |
jirkupra jew iħallas ammonti li ma jaqblux mal-ordnjiet korrispondenti ta’ rkupru jew ħlas; |
|
(d) |
jonqos milli jiġbor dħul dovut. |
L-Artikolu 49
Amministratur tal-Imprest jista’ jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta’ kumpens, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari meta:
|
(a) |
jitlef jew jagħmel ħsara lil flus, assi u dokumenti li jkunu għandu jew li b’negliġenza tiegħu jintilfu jew issirilhom ħsara; |
|
(b) |
ma jkollux dokumenti ta’ sostenn xierqa għall-pagamenti li jkun għamel; |
|
(c) |
iħallas lil persuni li mhumiex dawk intitolati; |
|
(d) |
jonqos milli jiġbor dħul dovut. |
IL-KAPITOLU 4
Operazzjonijiet ta’ dħul
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-Artikolu 50
L-Europol għandu jressaq talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas tas-sussidju, kollu jew parti minnu, tal-Komunità, skont l-Artikolu 15(5) taħt termini u f'intervalli miftehma mal-Kummissjoni.
L-Artikolu 51
Il-fondi li l-Kummissjoni tħallas lill-Europol b’sussidju iridu jagħtu imgħax għall-benefiċċju tal-baġit ġenerali.
Stimi ta’ ammonti riċevibbli
L-Artikolu 52
Stima tal-ammont riċevibbli għandu l-ewwel jagħmilha l-uffiċjal awtorizzant responsabbli għal kull miżura jew sitwazzjoni li tista’ toħloq jew tibdel ammont li jrid jingħata lill-Europol.
Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli
L-Artikolu 53
1. Permezz ta’ stabbiliment ta’ ammont riċevibbli, l-uffiċjal awtorizzant jew l-uffiċjal awtorizzant b’delegazzjoni:
|
(a) |
jivverifika li hemm dejn; |
|
(b) |
jiddetermina jew jivverifika l-verità u l-ammont tad-dejn; |
|
(c) |
jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom dovut id-dejn. |
2. Kull ammont riċevibbli identifikat b’ċertezza, ta’ ammont fiss u dovut irid ikun stabbilit b’ordni ta’ rkupru mogħtija lill-uffiċjal tal-kontabilità, flimkien ma’ nota ta’ debitu li tintbagħat lid-debitur. Dawn iż-żewġ dokumenti għandhom isiru u jintbagħtu mill-uffiċjal awtorizzant responsabbli.
3. Il-kuntratti u l-ftehimiet ta’ għoti konklużi mill-Europol għandhom jipprovdu li kwalunkwe dejn li ma jitħallasx fid-data prevista fin-nota ta’ debitu għandu jiżdiedlu l-imgħax skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342 (6). Il-kundizzjoni li permezz tagħha l-imgħax fuq ħlas li jsir tard huwa dovut lill-Europol, inkluża r-rata ta’ interessi bl-arretrati, għandha tissemma b’mod espliċitu fil-kuntratti u l-ftehimiet tal-għoti.
4. F’każijiet sostanzjati kif suppost, xi oġġetti ta’ dħul ta’ rutina jistgħu jkunu stabbiliti proviżorjament. Stabbiliment provviżorju jkopri l-irkupru ta’ diversi ammonti individwali li b’hekk ma jkunx hemm bżonn li jkunu stabbiliti individwalment. Qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, l-uffiċjal awtorizzant għandu jemenda l-ammonti stabbiliti provviżorjament biex jiżgura li jaqblu mal-ammonti riċevibbli effettivament stabbiliti.
Awtorizzazzjoni għall-irkupru
L-Artikolu 54
Permezz tal-awtorizzazzjoni għall-irkupru l-uffiċjal awtorizzant jagħti struzzjonijiet lil-uffiċjal tal-kontabilità, billi joħroġ ordni ta’ rkupru, biex jirkupra ammont riċevibbli li jkun stabbilixxa/iet.
Irkupru
L-Artikolu 55
1. Ammonti mħallsin għalxejn għandhom jiġu rkuprati.
2. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jaġixxi fuq ordnijiet ta’ rkupru għal ammonti riċevibbli stabbiliti kif suppost mill-uffiċjal awtorizzant jew l-uffiċjal awtorizzant responsabbli. Huwa għandu jeżerċita d-diliġenza dovuta biex jiżgura li l-Europol jirċievi d-dħul tiegħu u jara li d-drittijiet tiegħu jiġu salvagwardjati.
3. Fejn l-uffiċjal awtorizzant responsabbli jkun qed jippjana li jirrinunzja jew li jirrinunzja parzjalment għall-irkupru ta’ ammont riċevibbli stabbilit, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja tkun skont ir-regoli u tkun tikkonforma mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità.
Tali rinunzja għandha ssir b’deċiżjoni debitament sostanzjata min-naħa tal-uffiċjali awtorizzant. L-uffiċjal awtorizzant jista’ jiddelega tali deċiżjoni biss għal ammonti riċevibbli ta’ anqas minn EUR 5 000.
Id-deċiżjoni tar-rinunzja għandha tiddikjara x’azzjoni saret biex l-irkupru jkun żgurat u l-punti ta’ dritt u ta’ fatt li fuqhom hi bbażata.
4. L-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu jħassar l-ammont stabbilit riċevibbli meta żball rigward punt ta’ liġi jew fatt juri li l-ammont ma kienx stabbilit sew. Kanċellazzjoni hekk issir fuq deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzant responsabbli u għandha tiġi sostanzjata kif jixraq.
5. L-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu iżid jew inaqqas l-ammont ta’ dejn stabbilit meta s-sejba ta’ żball ta’ fatt tinneċessita bidla fl-ammont tad-dejn, sakemm din il-korrezzjoni ma tinvolvix telf mill-intitolament stabbilit tal-Europol. Aġġustament hekk isir b’deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzant responsabbli u għandu jiġi ssostanzjat kif jixraq.
L-Artikolu 56
1. Malli l-irkupru tas-somma dovuta jsir tassew, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jagħmel annotazzjoni fil-kontijiet u jgħarraf lill-uffiċjal awtroizzanti responsabbli.
2. Għandha tinħareġ riċevuta għall-pagamenti kollha bi flus kontanti li jkunu saru lill-uffiċjal tal-kontabilità.
L-Artikolu 57
1. Jekk l-irkupru attwali ma jkunx sar sad-data stipulata fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzant responsabbli u jibda mill-ewwel il-proċedura biex jagħmel irkupru bil-mezzi offerti mil-liġi, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ kumpens, u jekk dan ma jistax isir, b’irkupru sfurzat.
2. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra l-ammonti billi jikkumpensa bi drittijiet ekwivalenti li l-Europol għandu fuq debituri li huma stess għandhom drittijiet aċċertati fuq l-Europol, għal ammont fiss u dovut, sakemm dak il-kumpens ikun legalment possibbli.
Artikolu 58
L-uffiċjal tal-kontabilità, b’kollaborazzjoni mal-uffiċjal awtorizzant responsabbli, jista’ jagħti iktar żmien għall-pagament biss fuq talba bil-miktub mingħand id-debitur, b’indikazzjoni tar-raġunijiet dovuti, sakemm dawn iż-żewġ kondizzjonijiet jiġu milħuqa:
|
(a) |
id-debitur jimpenja ruħu li jħallas interessi bir-rata speċifikata fl-Artikolu 86 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għall-perjodu addizzjonali kollu permess, li għandu jibda mid-data stipulata fin-nota ta’ debitu; |
|
(b) |
biex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-Europol, id-debitur għandu jagħti garanzija finanzjarja li tkopri kemm is-somma ewlenija kif ukoll l-imgħax. |
L-Artikolu 58a
L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jżomm lista tal-ammonti dovuti li għandhom jiġu rkuprati, li fiha l-intitolamenti tal-Europol jkunu miġbura skont id-data tal-ħruġ tal-ordni ta’ rkupru. Huwa għandu wkoll jindika d-deċizjoni ta’ rinunzja jew rinunzja parzjali ta’ ammonti stabbiliti. Il-lista għandha tiżdied mar-rapport tal-Europol dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja.
L-Europol għandha tistabbilixxi lista tal-intitolamenti tal-Europol li tindika l-ismijiet tad-debituri u l-ammont tad-debitu, fejn id-debitur ikun ġie ordnat iħallas b’deċiżjoni tal-Qorti li jkollha s-saħħa ta’ res judicata u fejn l-ebda ħlas, jew l-ebda ħlas sinifikanti, ma jkun sar fi żmien sena minn meta tkun ingħatat tali deċiżjoni. Il-lista għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-dejta.
L-Artikolu 58b
L-intitolamenti tal-Europol fir-rigward ta’ partijiet terzi u l-intitolamenti ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Europol għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin li għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti u l-ftehimiet tal-għoti ffirmati mill-Europol.
Dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-miżati u l-ispejjeż
L-Artikolu 59
Meta l-Europol tiġbor il-miżati u l-ispejjeż imsemmijin fl-Artikolu 5(a), l-stima totali provviżorja ta' dawn il-miżati u spejjeż għandha ssir fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja.
Fejn il-miżati u l-ispejjeż huma ddeterminati kompletament permezz ta’ leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv, l-uffiċjal awtorizzant jista’ jastjeni milli joħroġ ordnijiet ta’ rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta’ debitu. F’dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-intitolament tal-Europol. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jżomm lista tan-noti ta’ debitu kollha u jipprovdi l-għadd ta’ noti ta’ debitu u l-ammont globali fir-rapport tal-Europol dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja.
Fejn l-Europol tuża sistema ta’ fatturar separata, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jdaħħal is-somma akkumulata ta’ miżati u spejjeż riċevuti fil-kontijiet regolarment, u tal-anqas darba kull xahar.
Bħala regola ġenerali l-Europol għandha tagħti servizzi fuq is-saħħa tal-kompiti fdati lilha biss wara li l-ħlas korrispondenti jkun sar kollu. Jekk, b'eċċezzjoni, ikun ingħata servizz mingħajr ma jkun sar il-ħlas minn qabel tad-dritt jew spiża, għandhom japplikaw it-Taqsimiet 3, 4 u 5 ta' dan il-Kapitolu.
IL-KAPITOLU 5
Operazzjonijiet ta’ nfiq
L-Artikolu 60
1. Kull oġġett tan-nefqa għandu jkun allokat, ivvalidat, awtorizzat u mħallas.
2. Kull impenn ta’ ħlas għandu jiġi wara deċiżjoni ta’ finanzjament.
3. Il-programm ta’ ħidma tal-Europol għandu jkun ekwivalenti għal deċiżjoni ta’ finanzjament għall-attivitajiet li jkopri, sakemm dawn huma identifikati b’mod ċar u l-kriterja li huma mibnijin fuqhom ikunu magħmulin ċari ħafna. Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi għanijiet dettaljati u indikaturi tal-prestazzjoni. Dawn l-għanijiet u l-indikaturi tal-prestazzjoni m’għandhomx jinkludu informazzjoni operattiva, strateġika u klassifikata tal-Europol.
4. Approprjazzjonijiet amministrattivi jiġu implimentati mingħajr ma ssir deċiżjoni ta’ finanzjament qabel.
Impenn ta’ nfiq
L-Artikolu 61
1. L-impenn tal-baġit huwa l-operazzjoni li twarrab l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru pagamenti sussegwenti biex ikun onorat impenn legali.
2. L-impenn legali huwa l-att fejn l-uffiċjal awtorizzant responsabbli jidħol f’obbligu jew jistabbilixxi obbligu li jirriżulta f’nefqa għall-baġit.
3. L-impenn tal-baġit ikun individwali ladarba jkunu magħrufin il-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa.
4. L-impenn tal-baġit ikun globali meta mhux magħruf mill-inqas element wieħed minn dawk meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali.
5. L-impenn tal-baġit ikun provviżorju meta jkun maħsuba biex ikopri nfiq amministrativ ta’ rutina u ma jkunux magħrufin definittivament l-ammont jew il-benefiċjarji finali. L-impenn provviżorju tal-baġit isir jew bil-konklużjoni ta’ impenn legali individwali jew iktar li jagħtu intitolament għal pagamenti sussegwenti jew, f’każi eċċezzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ nfiq għal ġestjoni ta’ persunal, direttament bil-pagamenti
L-Artikolu 62
1. Għal kull miżura li tirriżulta f'nefqa li trid titħallas mill-baġit, l-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu l-ewwel jagħmel impenn tal-baġit qabel ma jidħol f'obbligu legali ma' partijiet terzi.
2. L-impenji globali tal-baġit għandhom ikopru n-nefqa totali tal-impenji legali individwali korrispondenti konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n +1.
L-impenji legali individwali rigward impenji tal-baġit individwali jew proviżorji għandhom jiġu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.
Fi tmiem il-perjodi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-bilanċ mhux użat ta’ dawn l-impenji tal-baġit għandu jkun diżimpenjat mill-uffiċjal awtorizzant responsabbli.
3. L-impenji legali fis-seħħ għal azzjonijiet li jdumu iktar minn sena finanzjarja u l-impenji korrispondenti tal-baġit, ħlief għal infiq ta’ persunal, għandu jkollhom dejta finali għall-implimentazzjoni li tkun stabbilita skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.
Kull parti ta' tali impenji li ma tkunx twettqet sa sitt xhur wara dik id-data finali għandha titneħħa mill-impenji skont l-Artikolu 11.
L-ammont ta’ impenn tal-baġit li jikkorrispondi għal impenn legali li għalih ma jkun sar l-ebda ħlas fis-sens tal-Artikolu 67 f’perjodu ta’ tliet snin wara li jiġi ffirmat l-impenn legali għandu jiġi diżimpenjat.
L-Artikolu 63
Meta jadotta impenn tal-baġit, l-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu jiżgura li:
|
(a) |
in-nefqa tħallset mill-oġġett it-tajjeb fil-baġit; |
|
(b) |
l-approprjazzjonijiet huma disponibbli; |
|
(c) |
l-infiq jikkonforma mar-Regoli Finanzjarji tal-Europol; |
|
(d) |
ikun hemm konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. |
Validazzjoni tan-nefqa
L-Artikolu 64
Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li permezz tiegħu l-uffiċjal awtorizzant responsabbli:
|
(a) |
jivverifika l-eżistenza tal-intitolament tal-kreditur; |
|
(b) |
jivverifika l-kondizzjonijiet tal-intitolament għall-ħlas; |
|
(c) |
jiddetermina jew jivverifika l-eżistenza u l-ammont tal-pretensjoni. |
L-Artikolu 65
1. Il-validazzjoni ta’ kull nefqa għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn li jaffermaw l-intitolament tal-kreditur, fuq il-bażi ta’ rendikont tas-servizzi effettivament mogħtija, provvisti tassew ikkonsenjati jew xogħol li sar effettivament, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti oħrajn li jiġġustifikaw il-ħlas.
2. Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni għandha ssir magħrufa billi l-uffiċjal awtorizzant responsabbli jiffirma vawċer ta’ “mgħoddi għall-pagament”.
3. F’sistema mhux komputerizzata, “mgħoddi għall-pagament” ikun timbru li jkun jinkorpora il-firma tal-uffiċjal awtorizzant responsabbli. F’sistema kkompjuterizzata, “mgħoddi għall-pagament” tkun validazzjoni permezz ta’ kelma sigrieta li jkun jafha biss l-uffiċjal awtorizzant responsabbli.
Awtorizzazzjoni ta’ nfiq
L-Artikolu 66
1. Permezz tal-awtorizzazzjoni ta’ nfiq, l-uffiċjal awtorizzant responsabbli, billi joħroġ ordni ta’ pagament, jordna lill-uffiċjal tal-kontabilità biex iħallas oġġett ta’ nefqa li jkun ivvalida.
1a. Meta jsiru ħlasijiet perjodiċi għal servizzi mogħtija, inklużi servizzi ta’ kiri, jew oġġetti kkonsenjati, u soġġett għall-analiżi tiegħu tar-riskju, l-uffiċjal awtorizzant jista’ jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett.
2. L-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu jikteb id-data u jiffirma l-ordni ta’ pagament, imbagħad jgħaddiha lill-uffiċjal tal-kontabilità. L-uffiċjal awtorizzant responsabbli għandu jżomm id-dokumenti ta’ sostenn skont l-Artikolu 38(6).
3. Fejn jixraq l-ordni ta’ pagament mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabilità għandu jkollha magħha dokument li jiċċertifika li l-merkanzija tkun iddaħħlet fl-inventarji msemmija fl-Artikolu 90(1).
Ħlas ta’ nfiq
L-Artikolu 67
1. Il-ħlas għandu jsir malli tintwera prova li l-azzjoni rilevanti saret skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Europol fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali jew il-kuntratt jew ftehim tal-konċessjoni, u għandu jkopri waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ħlas tal-ammont dovut kollu; |
|
(b) |
ħlas tal-ammont dovuti b’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
Il-finanzjament minn qabel kollu u l-pagamenti temporanji għandhom jgħoddu għall-ħlas tal-bilanċi.
2. Fil-kontijiet għandha ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ pagament imsemmijin fil-paragrafu 1 meta dawn isiru.
L-Artikolu 68
Il-ħlas tal-infiq għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontabilità fil-limiti tal-fondi disponibbli.
Limiti ta’ żmien għall-operazzjonijiet ta' nfiq
L-Artikolu 69
Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta’ nfiq għandu jsir fil-limiti ta’ żmien speċifikati fi, u skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji ta’ Implimentazzjoni tal-Europol.
IL-KAPITOLU 6
Sistemi tal-Informatika
L-Artikolu 70
Meta operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq isiru permezz ta’ sistemi ta’ kompjuter, id-dokumenti jistgħu jkunu ffirmati bi proċedura kkompjuterizzata jew elettronika.
IL-KAPITOLU 7
Awditur intern
L-Artikolu 71
1. L-Europol għandu jkollu funzjoni ta’ verifika interna li għandha tiġi mwettqa skont l-istandards internazzjonali rilevanti.
2. L-istabbiliment mill-Bord Amministrattiv tal-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol ma jaffettwax id-drittijiet tal-awditur intern tal-Kummissjoni li għandu jeżerċita l-istess poteri fir-rigward tal-Europol bħal dawk fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni bl-eċċezzjoni li l-Bord Amministrattiv jista' jirrevedi, fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Europol, il-pjan ta’ verifika kif ippreżentat mill-awditur intern tal-Kummissjoni. Id-Direttur, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ verifika, jista’ jillimita l-ambitu ta’ verifika billi ma jippermettix aċċess għal informazzjoni strateġika, operattiva u klassifikata kif stabbilit fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament Finanzjarju. Jekk id-Direttur jagħżel li jillimita l-ambitu ta' verifika għal dawn ir-raġunijiet, l-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jiġi pprovdut b'ġustifikazzjoni bil-miktub.
3. Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bla ħsara għall-Artikolu 38(4).
L-Artikolu 72
1. Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom jagħtu pariri indipendenti lill-Europol dwar kif jindirizza r-riskji, billi jagħtu opinjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontrolli u billi joħorġu rakkomandazzjonijiet biex jirranġaw il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u jġibu 'l quddiem ġestjoni finanzjarja tajba.
Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli biex:
|
(a) |
jagħmlu stima ta’ kemm huma adattati u effettivi s-sistemi ta’ ġestjoni interna u l-prestazzjoni tad-dipartimenti biex jimplimentaw il-programmi u l-azzjonijiet billi ssir referenza għar-riskji marbutin magħhom; u |
|
(b) |
jivvalutaw l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta’ kontroll u verifika applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja. |
2. Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom fuq l-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Europol. Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol għandha tgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limiti għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha. Bla ħsara għall-Artikolu 71(2), l-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jgawdi l-istess aċċess sħiħ u mingħajr limiti għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.
3. Il-kap tal-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni għandhom jirrapportaw lill-Bord Amministrattiv u lid-Direttur fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Dawn għandhom jiżguraw li ssir azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-verifiki.
4. Il-kap tal-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jagħti rapport annwali tal-verifika interna lill-Bord Amministrattiv u lid-Direttur, li fost affarijiet oħrajn, jistabbilixxi l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru u l-azzjoni li ttieħdet fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Dan ir-rapport annwali jrid isemmi wkoll problemi sistemiċi li jinsabu mill-bord speċjalizzat stabbilit skont l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
4a. id-Direttur għandu jissottometti kummenti bil-miktub lill-Bord Amministrattiv rigward l-azzjoni li ttieħdet fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet imwettaq mill-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u l-awditur intern tal-Kummissjoni.
5. Kull sena l-Bord Amministrattiv għandu jibgħat rapport lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza u lill-Kummissjoni, ir-rapport li jkun imħejji mill-funzjoni tal-verifika interna tal-Europol u mill-awditur intern tal-Kummissjoni, inkluż il-kummenti tad-Direttur imsemmi fil-paragrafu 4a.
L-Artikolu 73
1. Ir-responsabbiltà tal-funzjoni tal-verifika interna għal azzjoni li ttieħdet fil-prestazzjoni tal-funzjoni tal-verifika interna għandha mutatis mutandis tkun kif stabbilit fir-regoli speċjali li japplikaw għall-awditur intern tal-Kummissjoni. Ir-regoli speċjali għandhom jiggarantixxu li l-funzjoni tal-verifika interna tkun totalment indipendenti fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu/tagħha u għandha tistabbilixxi r-responsabbiltà. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet fir-regoli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Bord Amministrattiv għandhom jiġu osservati skont l-Artikolu 37(9)(f) tad-Deċiżjoni tal-Europol.
2. Ir-responsabbiltà tal-awditur intern tal-Kummissjoni għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
TITOLU V
AKKWISTI
L-Artikolu 74
1. Fir-rigward tal-akkwisti, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandhom japplikaw bil-kundizzjoni tal- paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-Europol tista’ teħtieġ li tkun assoċjata, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta’ kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u fl-għoti ta’ kuntratti ta’ entitajiet Komunitarji oħrajn.
3. L-Europol għandu jipparteċipa fid-database ċentrali komuni stabbilita u mħaddma mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
4. L-Europol ma jistax jikkonkludi kuntratt, mingħajr ma jirrikorri għal proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti, mal-Kummissjoni, l-uffiċċji interistituzzjonali u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (7) għall-forniment ta’ prodotti, l-għoti ta’ servizzi jew l-eżekuzzjoni ta’ xogħol li jipprovdu dawn tal-aħħar.
5. L-Europol jista’ juża proċeduri ta’ akkwist konġunti mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Membru ospitanti sabiex ikopri l-ħtiġiet amministrattivi tiegħu. F’dan il-każ, l-Artikolu 125c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu japplika mutatis mutandis.
5a. L-Europol jista’ juża proċeduri ta’ akkwist konġunti ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm, fil-proċeduri ta’ akkwist tagħhom, dawn għandhom japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment, speċjalment relatati mat-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitt tal-interessi. Id-Direttur biss għandu s-setgħa li jirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-garanziji mal-istandards aċċettati internazzjonalment.
6. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, is-sejħa għall-offerti għandha tipprovdi li l-Europol jista', qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, jew jikkanċella l-akkwist jewjtikkanċella l-proċedura tal-għoti mingħajr ma l-kandidati jew min jitfa' offerta jkunu intitolati għal ebda pretensjoni ta' kumpens.
7. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, is-sejħiet għall-offerti mnedija mill-Europol għandhom jipprovdu li dan ikun jista’ jissospendi l-proċedura u jista' jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa, inkluż it-tħassir tal-proċedura taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu.
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-kuntratti konklużi mill-Europol ma’ operaturi ekonomiċi għandhom jistipulaw li dan jista’ jieħu l-miżuri speċifikati f'dak l-Artikoli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
TITOLU VA
PROĠETTI B’IMPLIKAZZJONIJIET SINIFIKANTI FUQ IL-BAĠIT
L-Artikolu 74 a
Il-Bord Amministrattiv, għandu jinnotifika malajr kemm jista' jkun lill-awtorità tal-baġit bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett, li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinjifikanti fuq il-finanzjament tal-baġit tiegħu, partikolarment xi proġetti relatati mal-proprjetà bħal kera jew xiri ta' bini. Huwa għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni.
Fil-każ li kwalunkwe fergħa tal-awtorità tal-baġit bi ħsiebha toħroġ opinjoni, fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett għandha tinnotifika lill-Europol bl-intenzjoni tagħha dwar il-ħruġ ta’ tali opinjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Europol jista’ jipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.
Din l-opinjoni għandha tintbagħat lill-Europol fi żmien erba’ ġimgħat minn meta ssir in-notifika skont it-tieni paragrafu.
TITOLU VB
ESPERTI
L-Artikolu 74b
Fl-għażla ta’ esperti għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 265a tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002. Tali esperti għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, għall-għajnuna li jagħtu lill-Europol, b’mod partikolari fil-valutazzjoni ta’ proposti u applikazzjonijiet għall-għotjiet jew offerti għal akkwisti, u għall-għoti ta’ għajnuna teknika matul il-ħidma sussegwenti u l-valutazzjoni finali tal-proġetti. L-Europol jista’ juża l-listi ta' esperti mħejjija mill-Kummissjoni jew minn entitajiet Komunitarji oħrajn.
TITOLU VI
GĦOTJIET MOGĦTIJA MILL-EUROPOL
L-Artikolu 75
1. Fejn l-Europol jista’ jagħti għotjiet skont id-Deċiżjoni tal-Europol jew permezz ta’ delegazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 54(2) (b) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandhom japplikaw bil-kundizzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
2. L-għotjiet għandhom ikunu koperti minn ftehimiet bil-miktub bejn l-Europol u l-benefiċjarju.
3. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 119(2) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-ftehimiet ta’ l-għoti konklużi mill-Europol għandhom jistipulaw li huwa jista’ jissospendi, inaqqas jew iwaqqaf l-għotja fil-każi previsti fl-Artikolu 183 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità juri l-fehmiet tiegħu.
TITOLU VII
PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABILITÀ
IL-KAPITOLU 1
Preżentazzjoni tal-kontijiet
L-Artikolu 76
Il-kontijiet annwali tal-Europol għandhom jinkludu:
|
(a) |
ir-rendikonti finanzjarji tal-Europol; |
|
(b) |
ir-rapporti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit. |
Il-kontijiet tal-Europol għandu jkollhom magħhom rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja matul is-sena, li għandu jagħti kont, fost l-oħrajn, tar-rata tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni sommarja tat-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet fost id-diversi partiti tal-baġit.
L-Artikolu 77
Il-kontijiet għandhom iħarsu r-regoli u jkunu eżatti u komprensivi u jippreżentaw stampa veru u ġusta:
|
(a) |
rigward ir-rendikonti finanzjarji, tal-attiv u l-passiv, spejjeż u dħul, intitolamenti u obbligi li ma jidhrux bħala assi u piżijiet u likwidità; |
|
(b) |
rigward rapporti fuq implimentazzjoni tal-baġit, ta’ operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq. |
L-Artikolu 78
Ir-rendikonti finanzjarji għandhom jiġu mfassla skont il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati li jkunu speċifikati fir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, li huma:
|
(a) |
bażi ta' negozju; |
|
(b) |
prudenza; |
|
(c) |
metodi konsistenti ta’ kontabilità; |
|
(d) |
it-tagħrif ikun jista’ jitqabbel; |
|
(e) |
materjalità; |
|
(f) |
ma jkunx hemm innettjar; |
|
(g) |
il-verità aqwa mid-dehra; |
|
(h) |
kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni. |
L-Artikolu 79
1. Skont il-prinċipju tal-kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni, ir-rendikonti finanzjarji għandhom juru l-ħlas u d-dħul għas-sena finanzjarja, irrilevanti mid-data ta’ ħlas jew ġbir.
2. Il-valur tal-attiv u l-passiv għandu jiġi determinat skont ir-regoli tal-valutazzjoni preskritti mill-metodi għall-kontabilità previsti fl-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
L-Artikolu 80
1. Ir-rendikont finanzjarji jkunu ppreżentati f’euro u jkun fihom:
|
(a) |
il-karta tal-bilanċ u l-kont ekonomiku tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jirrapreżentaw l-attiv u l-passiv u l-qagħda finanzjarja u l-kwantitajiet ekonomiċi li jkunu nħadmu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel; dawn għandhom jkunu ppreżentati skont l-istruttura preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill fuq il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, u titqies ukoll in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-Europol; |
|
(b) |
it-tabella tal-likwidità li juru l-ammonti li nġabru u ħarġu matul is-sena, u l-aħħar pożizzjoni tat-teżor; |
|
(c) |
rendikont tal-bidliet fil-kapital li juri bid-dettal iż-żiediet u t-tnaqqis matul is-sena f’kull oġġett fil-kontijiet tal-kapitali. |
2. L-anness tar-rendikonti finanzjarji għandu jissuplimenta lil u jikkumenta dwar it-tagħrif mogħti fir-rendikonti msemmijin fil-paragrafu 1 u jagħti t-tagħrif ieħor kollu preskritt minn prattiċi tal-kontabilità li jkunu aċċettati internazzjonalment, meta dan it-tagħrif ikollu x’jaqsam mal-attivitajiet tal-Europol.
L-Artikolu 81
Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu ppreżentati f’euro. Dawn għandu jkun fihom:
|
(a) |
Il-kont tal-baġit tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jistabbilixxi l-ħidmiet kollha tal-baġit għas-sena rigward dħul u nfiq; dan ikun ippreżentat bl-istess struttura tal-baġit innifsu; |
|
(b) |
l-anness tal-kont tal-baġit tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li għandu jissupplimenta lil, u jikkumenta dwar, it-tagħrif mogħti f’dak il-kont. |
L-Artikolu 82
Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mar-rapport fuq il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena, msemmi fl-Artikolu 76, sabiex l-uffiċjal tal-kontabilità jkun jista’ jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
L-Artikolu 83
1. Skont l-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, il-Qorti tal-Awdituri, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-kontijiet proviżorji tal-Europol.
2. Id-Direttur, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Europol, għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol skont l-Artikolu 43, b’responsabbilta tiegħu stess, u jibgħathom lill-Bord Amministrattiv, li għandu jagħti opinjoni fuq dawn il-kontijiet.
3. Id-Direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iktar tard mill-1 Lulju tas-sena ta’ wara.
4. Il-kontijiet finali tal-Europol, ikkonsolidati ma’ dawk tal-Kummissjoni, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta' wara.
5. Id-Direttur għandu jibgħat risposta lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet li tkun għamlet sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Fl-istess waqt, it-tweġibiet tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.
IL-KAPITOLU 2
Kontabilità
Dispożizzjonijiet komuni
L-Artikolu 84
1. Is-sistema tal-kontabilità tal-Europol hi s-sistema li tintuża għall-organizzazzjoni tat-tagħrif tal-baġit u dak finanzjarju b’tali mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħħlu, jiġu arkivjati u rreġistrati.
2. Il-kontijiet għandhom ikunu magħmulin mill-kontijiet ġenerali u kontijiet tal-baġit. Dawn il-kontijiet għandhom isiru f’euro fuq il-bażi ta’ kull sena kalendarja.
3. Iċ-ċifri fil-kontijiet ġenerali u fil-kontijiet tal-baġit għandhom jiġu adottati f’għeluq is-sena tal-baġit sabiex il-kontijiet imsemmijin fil-Kapitolu 1 ikunu jistgħu isiru.
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-uffiċjal awtorizzant jista’ jżomm kontijiet analitiċi.
L-Artikolu 85
Ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-karta tal-kontijiet armonizzata li tkun applikata mill-Europol għandhom jiġu adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
Kontijiet ġenerali
L-Artikolu 86
Il-kontijiet ġenerali għandhom jirreġistraw, b’ordni kronoloġika u bil-metodu ta’ entratura doppja (double entry), l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jolqtu l-qagħda ekonomika u finanzjarja u l-attiv u l-passiv tal-Europol.
L-Artikolu 87
1. Iċ-ċaqliq fil-kontijiet u l-bilanċi għandu jitniżżel fir-reġistri tal-kontijiet.
2. L-annotazzjonijiet kollha tal-kontijiet, inklużi aġġustamenti lill-kontijiet, għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti ta’ sostenn, u li għandhom jirreferu għalihom.
3. Is-sistema tal-kontabilità għandha tkun b’tali mod li l-annotazzjonijiet kollha tal-kontijiet ikunu jistgħu jissegwew.
L-Artikolu 88
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Europol għandu, wara l-għeluq is-sena tal-baġit u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet finali, jagħmel aġġustamenti li, ma mingħajr ma jinvolvu ħruġ jew ġbir għal dik is-sena, ikunu meħtieġa għal preżentazzjoni veru u ġusta tal-kontijiet skont ir-regoli.
Kontijiet tal-baġit
L-Artikolu 89
1. Il-kontijiet tal-baġit għandhom jipprovdu rekord iddettaljat tal-implimentazzjoni tal-baġit.
2. Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-kontijiet tal-baġit għandhom jirreġistraw l-operazzjonijiet kollha tad-dħul u nfiq tal-baġit previsti fit-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament.
IL-KAPITOLU 3
Inventarji tal-proprjetà
L-Artikolu 90
1. L-Europol għandu jżomm inventarji li jkun fihom il-kwantità u l-valur tal-assi tanġibbli u mhux, u l-assi finanzjarji li jikkostitwixxu l-proprjetà tal-Europol skont mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. L-Europol għandu jivverifika li l-annotazzjonijiet fl-inventarju jaqblu mal-qagħda attwali.
2. Il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli għandu jiġi rreklamat b’mod xieraq.
TITOLU VIII
VERIFIKA ESTERNA U KWITTANZA
IL-KAPITOLU 1
Verifika esterna
L-Artikolu 91
Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina bir-reqqa l-kontijiet tal-Europol skont l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE.
L-Artikolu 92
1. L-Europol għandu jibgħat il-baġit lill-Qorti tal-Awdituri, malli jiġi finalment adottat. Huwa għandu jinnotifika lill-Qorti tal-Awdituri, mill-aktar fis, b’kull deċiżjoni u bl-atti kollha li jkunu adottati skont l-Artikoli 10, 14, 19 u 23.
2. L-Europol għandu jibgħat ir-regoli finanzjarji interni li jadotta lill-Qorti tal-Awdituri.
3. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiġi notifikata dwar il-ħatra ta’ uffiċjali awtorizzant, uffiċjali tal-kontabilità u amministratur ta’ flus akkont u b’deċiżjonijiet ta’ delegazzjoni skont l-Artikolu 34, l-Artikolu 43(1) u (4) u l-Artikolu 44.
L-Artikolu 93
L-iskrutinju li tagħmel il-Qorti tal-Awdituri għandu jkun irregolat bl-Artikoli 139 sa 144 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Dan l-iskrutinju għandu jsir b’mod li jissalvagwardja l-protezzjoni ta’ “informazzjoni operattiva, strateġika u klassifikata tal-Europol”.
IL-KAPITOLU 2
Kwittanza
L-Artikolu 94
1. Fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n+2, ħlief fejn ikun ipprovdut b’mod ieħor fl-istrument kostitwenti, jagħti l-kwittanza lid-Direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n. Id-Direttur għandu jinforma lill-Bord Amministrattiv bl-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew inklużi fir-riżoluzzjoni anċillari mad-deċiżjoni tal-kwittanza.
2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinnotifika lid-Direttur rigward ir-raġunijiet tal-posponiment.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti l-kwittanza, id-Direttur, f’kooperazzjoni mal-Bord Amministrattiv, għandu jagħmel kull sforz biex malajr kemm jista’ jkun jieħu miżuri biex ineħħi jew jiffaċilita t-tneħħija tal-ostakli għal dik id-deċiżjoni.
L-Artikolu 95
1. Id-deċiżjoni ta’ kwittanza għandha tkopri l-kontijiet tad-dħul u nfiq kollu tal-entità tal-Europol, il-bilanċ li jirriżulta u l-assi u l-piżijiet tal-Europol murija fid-dikjarazzjoni finanzjarja.
2. Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, jeżamina l-kontijiet u r-rendikonti finanzjarji tal-Europol. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tad-Direttur, kull rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja kkonċernata u r-rendikont ta’ assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awditrui rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti.
3. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur għandu jissottometti kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni bla tfixkil tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena kkonċernata, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
L-Artikolu 96
1. Id-Direttur għandu jieħu l-passi xierqa kollha biex jaġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jkunu mad-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jkunu mar-rakkomandazzjoni għal-kwittanza adottata mill-Kunsill.
2. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-Direttur għandu jirraporta fuq il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u l-kummenti. Huwa għandu jibgħat kopja tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
TITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
L-Artikolu 97
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jingħataw il-poteri biex jiksbu kull tagħrif jew spjegazzjonijet meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ baġit fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.
L-Artikolu 98
Sa fejn ikun meħtieġ u bil-kunsens preċedenti tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv għandu jadotta ir-Regoli Finanzjarji tal-Implimentazzjoni tal-Europol, uq proposta mid-Direttur Amministrattiv tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Qabel id-dħul fis-seħħ, dan ir-regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fl-Aja, fit-30 ta’ Lulju 2010.
Għall-Bord Amministrattiv
Il-President
Francisco José ARANDA
(1) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(7) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.