Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0998

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 998/2010 tal- 5 ta’ Novembru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal- Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co KG) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 290, 6.11.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2021; Imħassar b' 32021R1424

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/998/oj

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 998/2010

    tal-5 ta’ Novembru 2010

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co KG)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu tal-Enterococcus faecium DSM 7134 ġie awtorizzat għall-ħnieżer miftuma u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 (2), għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1521/2007 (3) u kien awtorizzat b'mod provviżorju għal erba' snin għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (4).

    (5)

    Ġiet ippreżentata dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni għat-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet l-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2010 (5) li l-Enterococcus faecium DSM 7134, ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, taħt il-kondizzjonijiet proposti ta’ użu, u li għandu l-potenzjal ikun effikaċi, meta jingħata lill-ispeċijiet fil-mira, billi jtejjeb il-parametri żootekniċi. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni tal-Enterococcus faecium DSM 7134 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intlaħqu. Konsegwentement, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16.

    (3)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 24.

    (4)  ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3.

    (5)  The EFSA Journal (2010); 8(6):1636.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

    4b1841

    Lactosan

    GmbH & Co KG

    Enterococcus faecium

    DSM 7134

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 li tinkludi minimu ta’:

     

    Trab: 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

     

    Grani (mikroinkapsulati): 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Enterococcus faecium DSM 7134

     

    Metodu analitiku  (1)

     

    Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-bile esculin azide agar

     

    Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE).

    Tiġieġ tas-simna

    5 × 108

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    L-użu huwa permess f'għalf li fih il-coccoidiostati awtorizzati: diklazuril, idrobromur tal-ħalofuginon, idroklorur tar-robenidin, dekokwinat, sodju lasaloċidu A, ammonja maduramiċina jew sodju monensin.

    Is-26 ta’ Novembru 2020


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta’ hawn taħt tal-Laboratorja ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


    Top