This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0974
Commission Regulation (EU) No 974/2010 of 29 October 2010 fixing the interest rates to be used for calculating the costs of financing intervention measures comprising buying-in, storage and disposal for the 2011 EAGF accounting year
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2010 tad- 29 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi, għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2010 tad- 29 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi, għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
ĠU L 285, 30.10.2010, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
30.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 974/2010
tad-29 ta’ Ottubru 2010
li jistabbilixxi, għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħżin pubbliku u l-kontabbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku min-naħa tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri [titlu mhux uffiċjali] (2), jistipula li l-infiq marbut mal-ispejjeż finanzjarji li jġarrbu l-Istati Membri biex isibu l-fondi għax-xiri tal-prodotti għandhom jiġu deċiżi skont il-metodi ta' kalkolu stabbiliti fl-Anness IV għal dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-punt I.1 tal-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006, il-kalkolu tal-ispejjeż finanzjarji jsir abbażi ta’ rata tal-imgħax li hija l-istess fl-Unjoni kollha, u li hija stabbilita mill-Kummissjoni fil-bidu ta’ kull sena fiskali. Din ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi għall-medja tar-rati tal-Euribor fit-tul, fuq perjodu ta’ tliet xhur u ta’ tnax-il xahar, irreġistrati matul is-sitt xhur ta’ qabel in-notifika mill-Istati Membri li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punt I.1 tal-Anness IV msemmi. Dawn ir-rati għandu jkollhom valur ta’ terz u ta’ żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata għandha tiġi stabbilita fil-bidu ta’ kull sena fiskali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG). |
(3) |
Madankollu, jekk ir-rata tal-imgħax innotifikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata tal-imgħax uniformi stabbilita għall-Unjoni, għandha tiġi stabbilita rata tal-imgħax fil-livell tat-taxxa nnotifikata għal dak l-Istat Membru, skont it-tieni subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006. |
(4) |
Barra minn hekk, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006, jekk Stat Membru ma jibgħat l-ebda notifika, fil-forma u sad-data tal-iskadenza msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV msemmi, ir-rata tal-imgħax imġarrba minn dak l-Istat Membru se titqies li hija ta’ 0 %. Jekk Stat Membru jiddikjara li ma ġarrab l-ebda spiża tal-imgħax minħabba li ma kellux prodotti agrikoli maħżunin fl-imħażen pubbliċi matul il-perjodu ta’ referenza, għalih tapplika r-rata uniformi tal-imgħax stabbilita mill-Kummissjoni. Il-Lussemburgu, Malta u l-Portugall iddikjaraw li ma ġarrbu l-ebda spiża tal-imgħax minħabba li ma kellhomx prodotti agrikoli maħżunin fl-imħażen pubbliċi matul il-perjodu ta’ referenza. |
(5) |
Fid-dawl tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-sena fiskali tal-2011 tal-FAEG għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu dawn id-diversi fatturi. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,
Artikolu 1
Għall-infiq marbut mal-ispejjeż finanzjarji li jġarrbu l-Istati Membri biex isibu l-fondi għax-xiri tal-prodotti ta’ intervent, li għandhom jitħallsu mis-sena fiskali tal-2011 tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG), ir-rati tal-imgħax li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skont l-Artikolu 4(1)(a) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu ta’:
(a) |
0,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli f’Ċipru, fl-Estonja u fil-Latvja; |
(b) |
0,2 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Bulgarija; |
(c) |
0,3 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Isvezja; |
(d) |
0,4 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Ġermanja, fl-Irlanda u fil-Finlandja; |
(e) |
0,5 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Awstrija u fir-Renju Unit; |
(f) |
0,6 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Italja; |
(g) |
0,7 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Greċja; |
(h) |
1,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Belġju; |
(i) |
1,1 % għar-rata tal-imgħax uniformi għall-Unjoni applikabbli fl-Istati Membri l-oħra. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.