EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0953

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 953/2010 tal- 21 ta’ Ottubru 2010 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

ĠU L 278, 22.10.2010, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2011; Imħassar b' 32011R0052

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/953/oj

22.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 953/2010

tal-21 ta’ Ottubru 2010

li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan l-Unjoni jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta’ rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta’ rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f’sura ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont tal-Artikolu 14 (1) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati.

(4)

L-Artikolu 162(2), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta’ prodott li jinsab f’oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar.

(5)

Għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta’ rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b’rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-iffissar ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta’ rifużjonijiet b’rigward ta’ dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfati dawk iż-żewġ għanijiet.

(6)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 jew għal prodotti assimilati.

(7)

L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fl-Unjoni li hu proċessat f’kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet.

(8)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu ffissati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 660/2010 (3). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għaldaqstant għandu jiġi mħassar.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 660/2010 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 6.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 191, 23.7.2010, p. 25.


ANNESS

Rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-22 ta’ Ottubru 2010 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat  (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skont il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(c)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

(d)

id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1).


Top