Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0949

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2010 tal- 21 ta' Ottubru 2010 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 278, 22.10.2010, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2011; Imħassar b' 32011R0046

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/949/oj

    22.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 278/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 949/2010

    tal-21 ta' Ottubru 2010

    li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fil-parti XVII tal-Anness I għal dak ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni tista' tiġi koperta b'rifużjoni tal-esportazzjoni.

    (2)

    Minħabba l-qagħda preżenti tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)

    L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni tista' tvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju pprovdut fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jridu jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3) kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

    (5)

    Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2010 (5). Minħabba li għandhom ikunu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għandu għalhekk jitħassar.

    (6)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Ir-rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u għall-ammonti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjoni pprovduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-immarkar tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 654/2010 b'dan qed jitħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Ottubru 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (5)  ĠU L 191, 23.7.2010, p. 15.


    ANNESS

    Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-22 ta’ Ottubru 2010

    Il-kodiċi tal-prodott

    Id-destinazzjoni

    L-unità tal-kejl

    L-ammont tar-rifużjoni

    0210 11 31 9110

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 11 31 9910

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 19 81 9100

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 19 81 9300

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    1601 00 91 9120

    A00

    EUR/100 kg

    19,50

    1601 00 99 9110

    A00

    EUR/100 kg

    15,20

    1602 41 10 9110

    A00

    EUR/100 kg

    29,00

    1602 41 10 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    1602 42 10 9110

    A00

    EUR/100 kg

    22,80

    1602 42 10 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    1602 49 19 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti u l-kodiċi tad-destinazzjoni tas-serje «A » huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).


    Top