Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0945

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2010 tal- 21 ta’ Ottubru 2010 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

ĠU L 278, 22.10.2010, pp. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 03/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/945/oj

22.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 945/2010

tal-21 ta’ Ottubru 2010

li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (3), il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ tqassim li jkun iffinanzjat minn riżorsi disponibbli fis-sena baġitarja tal-2011. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq il-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji tal-intervent.

(2)

L-Istati Membri involuti fil-pjan ta’ tqassim għas-sena baġitarja 2011 kienu pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

(3)

Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiġu kkunsidrati l-esperjenza u sa liema punt l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin preċedenti.

(4)

Il-punt a, (iii) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010 jistipula l-allokazzjoni tar-riżorsi għax-xiri fis-suq ta’ prodotti temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. Peress illi l-ħażniet tal-butir attwalment miżmuma mill-aġenziji tal-intervent mhumiex biżżejjed biex jiġu koperti l-allokazzjonijiet, l-allokazzjonijiet tar-riżorsi għandhom jiġu stabbiliti sabiex jippermettu x-xiri fis-suq kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim għas-sena baġitarja 2011.

(5)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 jistipula li, fejn mhemmx ross disponibbli fil-ħażniet tal-intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-forniment ta’ ross jew tal-prodotti tar-ross immobilizzati fis-suq. Skont dan, minħabba li attwalment mhemmx ħażniet tal-intervent tar-ross, għandha tiġi awtorizzata t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet tal-intervent bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq.

(6)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010 jistipula t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta’ prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet tal-intervent tal-Istat Membru fejn prodotti bħal dawn huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan ta’ tqassim annwali. Jeħtieġ għalhekk, li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intra-UE meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan għall-2011, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010.

(7)

Barra minn hekk, minħabba l-qagħda tas-suq fir-rigward taċ-ċereali u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġġestixxi l-ħażniet tal-intervent b’mod effiċjenti u fil-ħin, huwa xieraq, f’każ ta’ trasfermenti intra-UE, li l-Istati Membri fornituri, jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr dwar il-kwantitajiet li se jirriżervaw ta’ kull tip ta’ ċereali miżmum f’intervent fit-territorju tagħhom b’implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2011.

(8)

Jekk titqies il-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2011, li tesiġi volum għoli ta’ trasferimenti intra-UE, huwa xieraq li jiżdied il-marġni ta’ 5 % stipulat fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti mill-ħażniet tal-intervent ma jidħlux fis-suq f’mument inopportun matul is-sena, il-perjodi ta’ żmien stipulati fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 li matulhom il-prodotti jistgħu jittieħdu mill-ħażniet tal-intervent għandhom jitqassru.

(10)

Meta wieħed iqis il-volum għoli tal-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent u l-volum għoli tat-trasferimenti intra-UE, huwa xieraq li jkun hemm deroga mill-perjodu ta’ sittin jum awtorizzat għat-tneħħija tal-prodotti mill-ħażniet tal-intervent skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

(11)

Minħabba l-qagħda attwali tas-suq fis-sttur taċ-ċereali, li huwa kkaratterizzat minn livelli għolin ta’ prezzijiet tas-suq, huwa xieraq, sabiex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu żgurati, li s-sigurtà finanzjarja, li għandha tkun irreġistrata mill-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni [impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment ta’] ċ-ċereali kif stipulat fl-Artikoli 4(3) u 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 tiżdied.

(12)

Għall-implementazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali, l-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.

(13)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-Kummissjoni talbet il-parir tal-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-UE meta kienet qed tħejji dan il-pjan ta’ tqassim annwali.

(14)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-2011, it-tqassim tal-ikel lill-persuni li huma l-aktar fil-bżonn fl-UE, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jiġi implimentat skont il-pjan ta’ tqassim annwali stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

L-użu ta’ ċereali bħala ħlas għall-mobilizzazzjoni tal-prodotti tar-ross fis-suq hija awtorizzata, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

Artikolu 2

L-allokazzjonijiet lill-Istati Membri għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE, kif meħtieġa skont il-pjan imsemmi fl-Artikolu 1, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

1.   It-trasferiment intra-UE tal-prodotti elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 807/2010.

2.   Fil-każ ta’ trasferiment intra-UE taċ-ċereali, l-Istati Membri fornituri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien 15-il jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dwar il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ ċereali miżmum mill-aġenziji tal-intervent tagħhom li huma riżervati għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim tal-2011.

Artikolu 4

B’deroga mill-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, l-irtirar ta’ butir u tat-trab tal-ħalib xkumat mill-ħażniet tal-intervent għandu jseħħ bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Setttembru 2011.

Madankollu, l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal allokazzjonijiet ta’ 500 tunnellata jew inqas.

Għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, il-perjodu ta’ sittin jum għat-tneħħija tal-prodotti rtirati stipulati fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 ma għandux japplika fil-każ tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 5

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, 70 % tal-ħażniet taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji tal-intervent għandhom jiġu rtirati qabel l-1 ta’ Ġunju 2011.

Għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, il-perjodu ta’ sittin jum għat-tneħħija tal-prodotti rtirati stipulati fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010 ma għandux japplika fil-każ taċ-ċereali.

Artikolu 6

B’deroga mill-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, qabel ma jitneħħew iċ-ċereali mill-intervent, il-kuntrattur impenjat li jwettaq l-operazzjoni tal-forniment għandu jirreġistra sigurtà li tkun ekwivalenti għal EUR 150 kull tunnellata.

Artikolu 7

B’deroga mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, fejn ċerti bidliet sostanzjati jikkonċernaw 10 % jew aktar tal-kwantitajiet jew tal-valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan tal-UE, il-pjan għandu jiġi rivedut.

Artikolu 8

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tqassim annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, id-data tal-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)   ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.


ANNESS I

PJAN ANNWALI TA’ TQASSIM GĦALL-2011

(a)

Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan tal-2011 f’kull wieħed mill-Istati Membri

(f’EUR)

Stat Membru

Tqassim

Belgique/België

10 935 075

България

11 042 840

Česká republika

120 462

Eesti

782 938

Éire/Ireland

1 196 457

Elláda

20 045 000

España

74 731 353

France

72 741 972

Italia

100 649 380

Latvija

6 723 467

Lietuva

7 781 341

Lussemburgu

107 483

Magyarország

14 146 729

Malta

640 243

Polska

75 320 186

Portugal

20 513 026

România

49 578 143

Slovenija

2 409 038

Slovakia

4 809 692

Suomi/Finland

5 725 175

Total

480 000 000

(b)

Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tiġi rtirata mill-ħażniet tal-intervent tal-UE għat-tqassim f’kull Stat Membru skont l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan l-Anness:

(f’tunnellati)

Stat Membru

Ċereali

Butir

Trab tal-ħalib xkumat

Zokkor

Belgique/België

74 030

1 687

 

България

103 318

 

Česká Repubblika (*1)

401

9

Eesti (*2)

7 068

 

Eire/Ireland

250

109

 

Elláda

88 836

976

 

España

305 207

23 507

 

France

491 108

11 305

 

Italia

467 683

28 281

 

Latvija

50 663

730

 

Lietuva

61 000

704

 

Lussemburgu (*3)

 

Magyarország

132 358

 

Malta

5 990

 

Polska

441 800

15 686

 

Portugal

61 906

458

5 000

 

România

370 000

5 600

 

Slovenija

14 159

500

 

Slovakia

45 000

 

Suomi/Finland

38 500

899

 

Total

2 759 277

1 543

93 899

9


(*1)  Allokazzjoni lil Česká Repubblika għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fuq is-suq tal-UE: EUR 37 356 u għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE: EUR 33 263

(*2)  Allokazzjoni lil Eesti għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fis-suq tal-UE: EUR 7 471 u għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE: EUR 18 627

(*3)  Allokazzjoni lil Lussemburgu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat fis-suq tal-UE: EUR 101 880


ANNESS II

Allokazzjonijiet lill-istati Membri għax-xiri tal-butir fis-suq tal-UE:

(f’EUR)

Stat Membru

Butir

Éire/Ireland

867 046

Elláda

7 835 710

Portugal

3 666 327

Total

12 369 083


ANNESS III

(a)   

Trasferimenti intra-UE ta’ ċereali awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011

 

Kwantità

(tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

39 080

BLE, Deutschland

BIRB, Belgique

2.

57 631

Pôdohospodárska platobná agentúra, Slovenská Repubblika

Държавен фонд “Земеделие” — Разплащателна агенция, България

3.

250

FranceAgriMer, France

OFI, Ireland

4.

88 836

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

OPEKEPE, Elláda

5.

305 207

FranceAgriMer, France

FEGA, España

6.

467 683

BLE, Deutschland

AGEA, Italia

7.

27 670

PRIA, Eesti

Rural Support Service, Latvia

8.

5 990

AMA, Austria

Ministry for Resources and Rural Affairs Paying Agency, Malta

9.

75 912

BLE, Deutschland

ARR, Polska

10.

61 906

FranceAgriMer, France

IFAP I.P., Portugal

11.

146 070

SZIF, Česká republika

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

12.

162 497

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal, Magyarország

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

13.

14 159

AMA, Austria

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

(b)   

Trasferimenti intra-UE ta’ trab tal-ħalib xkumat awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011:

 

Kwantità

(tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

23 507

OFI, Ireland

FEGA, España

2.

28 281

BLE, Deutschland

AGEA, Italia

3.

730

PRIA, Eesti

Rural Support Service, Latvia

4.

13 090

BLE, Deutschland

ARR, Polska

5.

4 393

FranceAgriMer, France

IFAP I.P., Portugal

6.

5 600

BLE, Deutschland

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură, România

7.

500

SZIF, Česká republika

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

(ċ)   

Trasferimenti intra-UE ta’ butir awtorizzati fil-pjan għas-sena baġitarja 2011

 

Kwantità

(tunnellati)

Detentur

Destinatarju

1.

109

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

OFI, Ireland

2.

181

PRIA, Eesti

OPEKEPE, Elláda

3.

795

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

OPEKEPE, Elláda

4.

458

Lietuvos žemės ūkio ir maisto produktų rinkos reguliavimo agentūra, Lietuva

IFAP I.P., Portugal


Top