Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0894

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 894/2010 tat- 8 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 815/2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità

    ĠU L 266, 9.10.2010, p. 39–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/894/oj

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 266/39


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 894/2010

    tat-8 ta’ Ottubru 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 815/2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (tal-Komunità) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 (3) il-Kap Verde ngħatat deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li permezz tagħha setgħet tqis ċerti prodotti tas-sajd magħmulin fil-Kap Verde minn ħut li mhux ta’ oriġini bħala li joriġinaw fil-Kap Verde. Dik id-deroga se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

    (2)

    B’ittra ddatata l-21 ta’ Diċembru 2009 il-Kap Verde ressqet talba għal żieda fil-kwantitajiet mogħtija fl-2010 fir-rigward ta’ tnejn mit-tliet kategoriji ta’ prodotti tas-sajd koperti mir-Regolament (KE) Nru 815/2008. B’ittra ddatata t-8 ta’ Ġunju 2010, hija ressqet informazzjoni komplementari b’appoġġ għal din it-talba.

    (3)

    It-talba spjegat li l-kwantitajiet totali mogħtija oriġinalment għall-2010 għandhom jiżdiedu rispettivament għal 3 600 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreżervati u għal 1 500 tunnellata għal Trumbell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreżervati.

    (4)

    Il-kwantitajiet annwali totali mogħtija oriġinalment ikkontribwixxew, fl-2008 u fl-2009, sa ċertu punt sinifikanti, għat-titjib tas-sitwazzjoni fis-settur għall-ipproċessar tas-ħut u, sa ċertu punt, għat-tiġdid tal-flotta mhux industrijali tal-Kap Verde, li hija ta’ importanza vitali għal dak il-pajjiż. Madankollu jidher li t-tlestija tat-tiġdid previst tal-flotta tal-Kap Verde għal-livelli ppjanati kienet affettwata minn ċerti ċirkustanzi ekonomiċi u ġeografiċi u b’hekk huma meħtieġa aktar investimenti.

    (5)

    It-talba turi li fin-nuqqas ta’ żieda fil-kwantitajiet li jistgħu jiġu kkummerċjati taħt id-deroga, il-ħila tal-industrija tal-Kap Verde għall-ipproċessar tal-ħut li tkun tista’ tkompli tesporta lejn l-Unjoni Ewropea tista’ tintlaqat b’mod sinifikanti, li tfisser li tista’ tiskoraġġixxi l-investimenti ulterjuri meħtieġa.

    (6)

    Żieda fil-kwantitajiet tal-prodotti li jistgħu jiġu kkummerċjati taħt id-deroga hija għaldaqstant meħtieġa sabiex tiżgura li l-isforzi għat-tiġdid tal-flotta lokali tas-sajd jibqgħu għaddejjin u b’hekk titjieb l-ħila tagħha li tforni lis-settur lokali għall-ipproċessar tal-ħut b’ħut ta’oriġini.

    (7)

    Il-kwoti eżistenti għaż-żewġ kategoriji ta’ prodotti kkonċernati huma mistennija li jintużaw kollha ħafna qabel it-tmiem tal-2010, fatt li jiġġustifika ulterjorment il-ħtieġa għal żieda fil-kwantitajiet mogħtija għall-2010. Madankollu, dan ma jidhirx li hu biżżejjed biex tissodisfa bis-sħiħ l-ammonti mitluba. B’mod partikolari, għandu jitqies il-fatt li diġà hemm possibbiltajiet sinifikanti ta’ akkwist ta’ ħut ta’ oriġini minħabba li jistgħu jintużaw provvisti mill-bastimenti lokali u akkumulazzjoni bilaterali.

    (8)

    Il-kwantitajiet tad-deroga għall-2010 għandhom għaldaqstant jiżdiedu għal 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreżervati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta’ Trumbell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreżervati, liema kwantitajiet huma meqjusa bħala biżżejjed biex jippermettu lill-industrija tal-ipproċessar tal-Kap Verde biex tibqa’ għaddejja bl-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni Ewropea u tappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet lokali sabiex jiżguraw li l-isforzi għat-tiġdid tal-flotta lokali tas-sajd jibqgħu għaddejjin b’suċċess.

    (9)

    Ir-Regolament (KE) Nru 815/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

    (10)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 815/2008 hu ssostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 11.


    ANNESS

    “ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi tan-NM

    Deskizzjoni tal-merkanzija

    Perjodu

    Il-kwantità

    (f’tunellati)

    09.1647

    ex 1604 15 11

    ex 1604 19 98

    Kavalli (Scomber Colias, Scomber Japonicus, Scomber Scombrus), qatgħat, ippreparati jew ippriżervati

    Mill-1.9.2008 għall-31.12.2008

    333

    Mill-1.1.2009 għall-31.12.2009

    1 000

    Mill-1.1.2010 għall-31.12.2010

    2 500

    09.1648

    ex 1604 19 98

    Tumbrell (Auxis thazard, Auxis Rochei), qatgħat, ippreparati jew ippriżervati

    Mill-1.9.2008 għall-31.12.2008

    116

    Mill-1.1.2009 għall-31.12.2009

    350

    Mill-1.1.2010 għall-31.12.2010

    875

    09.1649

    ex 1604 14 16

    ex 1604 14 18

    Tonn bix-xewka safra, tuna tal-Palamit (Tunnus Albacares, Katsuwonus Pelamis), qatgħat, ippreparati jew ippriżervat

    Mill-1.9.2008 għall-31.12.2008

    70

    Mill-1.1.2009 għall-31.12.2009

    211

    Mill-1.1.2010 għall-31.12.2010

    211 ”


    Top