Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0880

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2010 tas- 6 ta’ Ottubru 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cappero di Pantelleria (IĠP)]

    ĠU L 264, 7.10.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/880/oj

    7.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 264/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 880/2010

    tas-6 ta’ Ottubru 2010

    li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imdaħħal fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cappero di Pantelleria (IĠP)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Cappero di Pantelleria”, irreġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

    (2)

    Billi l-emendi konċernati mhumiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; l-emendi għandhom għalhekk jiġu approvati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-isem ippublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna d-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU C 22, 29.1.2010, p. 48.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

    Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

    L-ITALJA

    Cappero di Pantelleria (IĠP)


    Top