Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0865

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 865/2010 tad- 29 ta’ Settembru 2010 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għas-seba’ stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

    ĠU L 256, 30.9.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/865/oj

    30.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 256/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 865/2010

    tad-29 ta’ Settembru 2010

    li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għas-seba’ stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta' proċedura tas-sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

    (2)

    Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

    (3)

    Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għas-seba’ stedina individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ għall-butir maħżun Franza minħabba l-kwantità żgħira ħafna maħżuna f'dak l-Istat Membru. Ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ għall-butir maħżun fi Stati Membri oħrajn.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-seba’ stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-21 ta’ Settembru 2010, il-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir maħżun Franza għandu jkun EUR 356,00/100 kg.

    Fil-qafas ta' dik l-istedina individwali għall-offerti ma għandu jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ għall-butir maħżun fi Stati Membri oħrajn apparti Franza.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

    (3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


    Top