Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0835

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2010 tat- 22 ta’ Settembru 2010 li jemenda għall-135 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 249, 23.9.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/835/oj

    23.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 249/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 835/2010

    tat-22 ta’ Settembru 2010

    li jemenda għall-135 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fid-9 ta' Settembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Karel KOVANDA

    Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


    ANNESS

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjonijiet li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar:

    “Faraj Faraj Hussein Al-Sa’idi (alias (a) Mohamed Abdulla Imad; (b) Muhamad Abdullah Imad; (c) Imad Mouhamed Abdellah; (d) Faraj Farj Hassan Al Saadi; (e) Hamza Al Libi; (f) Abdallah Abd al-Rahim). Indirizz: (a) Leicester, ir-Renju Unit (minn Jannar 2009); (b) Viale Bligny 42, Milan, l-Italja (Imad Mouhamed Abdellah). Data tat-twelid: 28.11.1980. Post tat-twelid: (a) Il-Ġamaħirija Għarbija Libjana; (b) Gaza (Mohamed Abdulla Imad); (c) Jordan (Muhamad Abdullah Imad); (d) Palestine (Imad Mouhamed Abdellah). Nazzjonalità: Libjana. Tagħrif ieħor: Residenti fir-Renju Unit minn Jannar 2009. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003.”


    Top