This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0768
Council Regulation (EU) No 768/2010 of 26 August 2010 laying down the weightings applicable from 1 July 2009 to the remuneration of officials, temporary staff and contract staff of the European Union serving in third countries
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 tas- 26 ta’ Awwissu 2010 dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Lulju 2009 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 tas- 26 ta’ Awwissu 2010 dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Lulju 2009 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi
ĠU L 228, 31.8.2010, pp. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
31.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 768/2010
tas-26 ta’ Awwissu 2010
dwar l-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, aġenti temporanji u aġenti b'kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu f’pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Unjoni u li għalhekk jiġu ffissati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, għar-rimunerazzjonijiet imħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol tagħhom, għall-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Il-koeffiċjenti korrettivi li kienu suġġetti għal ħlas fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (2) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti pożittivi jew negattivi għar-rimunerazzjonijiet, b’effett retroattiv. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jsir provvediment għall-ħlas lura ta’ pagamenti fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jsir provvediment għall-irkupru permezz ta’ ħlas lura ta' pagamenti żejda fil-każ ta' tnaqqis tar-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jsir provvediment sabiex kull ħlas lura eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, b’analoġija ma’ dak li hu previst għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fl-Unjoni għar-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Unjoni, |
ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b'kuntratt tal-Unjoni li jaħdmu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż tax-xogħol għandhom ikunu kif indikati fl-Anness.
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti skont ir-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u għandhom jikkorrispondu għall-1 ta’ Lulju 2009.
Artikolu 2
1. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħlasijiet lura fil-każ ta’ żieda fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi stipulati fl-Anness.
2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi negattivi tar-rimunerazzjonijiet fl-eventwalità ta' tnaqqis bħala riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi li jinsabu fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2010.
L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu rkupru permezz ta’ ħlas lura ta' pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel il-31 ta’ Awwissu 2010. Il-ħlas lura għandu jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar mill-istess data.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
ANNESS
|
POST TAX-XOGĦOL |
Koeffiċjenti korrettivi Lulju 2009 |
|
Afganistan (*1) |
0 |
|
Albanija |
73,9 |
|
Alġerija |
76,5 |
|
Angola |
115,8 |
|
Arġentina |
57,1 |
|
Armenja |
68,7 |
|
Awstralja |
102,3 |
|
Azerbajġan |
93,7 |
|
Bangladexx |
50,8 |
|
Barbados |
111 |
|
Belarus |
61,5 |
|
Beliż |
65,9 |
|
Benin |
93,1 |
|
Bolivja |
58,4 |
|
Bożnja u Ħerżegovina (Banja Luka) |
62,5 |
|
Bożnja u Ħerżegovina (Sarajevo) |
73,2 |
|
Botswana |
53,2 |
|
Brażil |
87,4 |
|
Burkina Faso |
95,8 |
|
Burundi (*1) |
0 |
|
Cape Verde |
73,1 |
|
Ċad |
122,8 |
|
Ċilì |
61,9 |
|
Ċina |
85,6 |
|
Djibouti |
97,1 |
|
Ekwador |
70,3 |
|
Eġittu |
39,2 |
|
El Salvador |
70,2 |
|
Eritrea |
50,1 |
|
Etjopja |
83,8 |
|
Fiġi |
61,9 |
|
Filippini |
62,7 |
|
Gabon |
104,4 |
|
Gambja |
60,7 |
|
Ġamajka |
84,8 |
|
Ġappun (Tokyo) |
126,3 |
|
Georgja |
86,5 |
|
Ghana |
53,1 |
|
Ġordan |
81,5 |
|
Gwatemala |
75,5 |
|
Guinea (Conakry) |
63,5 |
|
Guinea-Bissau |
107,7 |
|
Gujana |
59,3 |
|
Ħaiti |
107,4 |
|
Ħonduras |
70,2 |
|
Hong Kong |
95 |
|
Indja |
54,5 |
|
Indoneżja (Banda Aceh) |
51,2 |
|
Indoneżja (Jakarta) |
74,3 |
|
Iraq (*1) |
0 |
|
Iżrael (Tel Aviv) |
102,5 |
|
Kambodja |
71,5 |
|
Kamerun |
95,6 |
|
Kanada |
74,6 |
|
Kazakstan (Almaty) |
76,3 |
|
Kazakstan (Astana) |
68,1 |
|
Kenja |
75,1 |
|
Kolombja |
76 |
|
Kongo (Brazzaville) |
118,2 |
|
Kongo, Repubblika Demokratika ta’ (Kinshasa) |
125,3 |
|
Kosovo (Pristina) |
54,6 |
|
Kosta Rika |
75,1 |
|
Kosta tal-Avorju |
99,5 |
|
Kroazja |
92,3 |
|
Kuba |
83,2 |
|
Kyrgyżstan |
85,9 |
|
Laos |
85,7 |
|
Lesoto |
57,3 |
|
Libanu |
81,9 |
|
Liberja |
90,8 |
|
Maċedonja, ex-Repubblika Jugoslava ta’ |
68,1 |
|
Madagaskar |
83,9 |
|
Malawi |
76 |
|
Malajsja |
70,1 |
|
Mali |
84,9 |
|
Marokk |
76,1 |
|
Mawritanja |
61,1 |
|
Mawrizju |
69,7 |
|
Messiku |
65,1 |
|
Moldova |
64,3 |
|
Montenegro |
68,1 |
|
Możambik |
73,4 |
|
Namibja |
71,2 |
|
Nepal |
77,7 |
|
New Caledonia |
125,9 |
|
New Zealand |
86,4 |
|
Niġer |
85,9 |
|
Niġerja |
87,5 |
|
Nikaragwa |
55,5 |
|
Norveġja |
125,2 |
|
Pakistan |
43,9 |
|
Panama |
57,6 |
|
Papua New Guinea |
94,2 |
|
Paragwaj |
66,5 |
|
Peru |
75,1 |
|
Repubblika Ċentrali Afrikana |
106,7 |
|
Repubblika Dominikana |
64,4 |
|
Russja |
97,1 |
|
Rwanda |
84,6 |
|
Samoa |
70,5 |
|
Sawdi Arabja |
85,2 |
|
Senegal |
90,3 |
|
Serbja (Belgrad) |
66,5 |
|
Sierra Leone |
75,1 |
|
Singapor |
97,3 |
|
Sirja |
77,1 |
|
Solomon, Gżejjer ta’ |
90,3 |
|
Sri Lanka |
62,9 |
|
Stati Uniti (New York) |
92 |
|
Stati Uniti (Washington) |
87,4 |
|
Sud Afrika |
57,5 |
|
Sudan tan-Nofsinhar (Juba) |
91,6 |
|
Sudan (Khartoum) |
52,5 |
|
Sud Korea |
82,8 |
|
Surinam |
45,9 |
|
Sważilandja |
58,2 |
|
Svizzera (Geneva) |
109,5 |
|
Svizzera (Berna) |
109 |
|
Taġikistan |
56,9 |
|
Tajwan |
76,6 |
|
Tajlandja |
55,6 |
|
Tanzanija |
67,6 |
|
Timor Leste |
67,8 |
|
Togo |
87,9 |
|
Trinidad u Tobago |
74,6 |
|
Tuniżija |
68,7 |
|
Turkija |
76,6 |
|
Uganda |
63,4 |
|
Ukrajna |
75,1 |
|
Urugwaj |
71,3 |
|
Użbekistan |
50,9 |
|
Vanwatu |
102,2 |
|
Venezwela |
92,4 |
|
Vjetnam |
47,4 |
|
West Bank - Strixxa ta’ Gaza |
100,7 |
|
Yemen |
66,6 |
|
Żambja |
49,2 |
|
Żimbabwe (*1) |
0 |
(*1) Mhux disponibbli.