This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0737
Commission Regulation (EU) No 737/2010 of 10 August 2010 laying down detailed rules for the implementation of Regulation (EC) No 1007/2009 of the European Parliament and of the Council on trade in seal products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 tal- 10 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 tal- 10 ta’ Awwissu 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 216, 17.8.2010, p. 1–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
17.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 216/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 737/2010
tal-10 ta’ Awwissu 2010
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 jippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki li jirriżultaw minn kaċċa tradizzjonalment imwettqa mill-Inuit u minn komunitajiet indiġeni oħra u li tikkontribwixxi għall-għajxien tagħhom. Jippermetti wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki meta l-kaċċa titwettaq għall-iskop waħdieni tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u meta l-importazzjoni ta’ prodotti derivati mill-foki tkun ta’ natura okkażjonali u tkun tikkonsisti esklużivament minn oġġetti għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom. |
(2) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati rekwiżiti ddettaljati għall-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ dawk il-prodotti derivati mill-foki sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009. |
(3) |
Għandu jkun permess li prodotti derivati mill-foki li ġejjin minn kaċċa tradizzjonalment magħmula mill-Inuit u komunitajiet indiġeni oħra u li jikkontribwixxu għas-sussistenza tagħhom jitqiegħdu fis-suq fejn tali kaċċa tkun parti mill-wirt kulturali tal-komunità u fejn il-prodotti derivati mill-foki jkunu tal-anqas parzjalment użati, ikkunsmati jew ipproċessati fil-komunitajiet skont it-tradizzjonijiet tagħhom. |
(4) |
Għandhom jiġu wkoll stipulati l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki li jirriżultaw minn prodotti sekondarji minn kaċċa li tkun saret bil-għan waħdieni tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, u għall-importazzjoni ta’ prodotti derivati mill-foki għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom. |
(5) |
F’dan il-qafas eċċezzjonali, għandu jiġi introdott mekkaniżmu effettiv biex jiżgura verifika adegwata tal-konformità mar-rekwiżiti. B’dak il-mekkaniżmu l-kummerċ m’ għandux jiġi ristrett aktar milli hemm bżonn. |
(6) |
Għażliet oħra ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Għalhekk, huwa xieraq li jeżisti mekkaniżmu li permezz tiegħu korpi rikonoxxuti jkunu jistgħu joħorġu ċertifikati li jassiguraw li l-prodotti derivati mill-foki jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1007/2009, sakemm l-importazzjoni tkun għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew tal-familji tagħhom. |
(7) |
Huwa xieraq li jkun ipprovdut li dawk l-entitajiet li jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti għandhom ikunu inklużi f’lista ta’ korpi rikonoxxuti li joħorġu ċertifikati bħal dawn. |
(8) |
Għandhom jiġu stipulati mudelli għaċ-ċertifikat u l-kopji tiegħu sabiex il-ġestjoni u l-verifika taċ-ċertifikati jiġu ffaċilitati. |
(9) |
Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-kontroll taċ-ċertifikati. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu kemm jista’ jkun sempliċi u prattiċi, mingħajr ma jikkompromettu l-kredibbiltà u l-konsistenza tas-sistema. |
(10) |
L-użu ta’ sistemi elettroniċi għandu jkun permess sabiex ikun faċilitat l-iskambju ta’ dejta bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni u l-korpi rikonoxxuti. |
(11) |
L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fiċ-ċertifikati, għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3). |
(12) |
Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 li japplika fl-20 ta’ Awwissu 2010, għandu jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti derivati mill-foki skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“komunitajiet indiġeni oħra” tfisser komunitajiet f’pajjiżi indipendenti li huma meqjusa bħala indiġeni minħabba li ġejjin minn popolazzjonijiet li għexu fil-pajjiż, jew f’reġjun ġeografiku li l-pajjiż jappartjeni għalih, fiż-żmien tal-konkwista jew il-kolonalizzazzjoni jew l-istabbiliment tal-konfini attwali tal-Istat jew li, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, iżommu l-istituzzjonijiet kollha soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi tagħhom stess jew xi wħud minnhom; |
(2) |
“it-tqegħid fis-suq mhux għal profitt” tfisser it-tqegħid fis-suq għal prezz anqas minn jew daqs l-irkupru tal-ispejjeż imġarrba mill-kaċċatur imnaqqsa bl-ammont ta’ kwalunkwe sussidju riċevut fir-rigward tal-kaċċa. |
Artikolu 3
(1) Prodotti derivati mill-foki li ġejjin mill-kaċċa mill-Inuit jew komunitajiet indiġeni oħra jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jista’ jkun stabbilit li joriġinaw minn kaċċa għall-foki li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
kaċċa għall-foki li ssir mill-Inuit jew minn komunitajiet indiġeni oħra li għandhom tradizzjoni tal-kaċċa għall-foki fil-komunità u fir-reġjun ġeografiku; |
(b) |
kaċċa għall-foki li l-prodotti minnha huma parzjalment użati, ikkunsmati jew ipproċessati fil-komunitajiet skont it-tradizzjonijiet tagħhom; |
(c) |
kaċċa għall-foki li tikkontribwixxi għas-sussistenza tal-komunità. |
(2) Fl-istess ħin li l-prodott derivat mill-foki jitqiegħed fis-suq, dan għandu jkun akkumpanjat miċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7(1).
Artikolu 4
Prodotti derivati mill-foki intiżi għall-użu personali tal-vjaġġaturi jew il-familji tagħhom jistgħu jkunu importati biss meta jkun sodisfatt wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
il-prodotti derivati mill-foki huma jew milbusa mill-vjaġġaturi, jew jinġarru jew jinżammu fil-bagalji personali tagħhom; |
(2) |
il-prodotti derivati mill-foki jifformaw parti mill-proprjetà personali ta’ persuna naturali li tittrasferixxi l-post normali ta’ residenza tagħha minn pajjiż terz għall-Unjoni; |
(3) |
il-prodotti derivati mill-foki jinkisbu f’pajjiż terz minn vjaġġaturi fuq il-post u jiġu importati minn dawk il-vjaġġaturi f’data aktar tard, jekk mal-wasla tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, dawk il-vjaġġaturi jippreżentaw lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru kkonċernat id-dokumenti li ġejjin:
|
Għall-finijiet tal-punt (3), in-notifika bil-miktub u id-dokument għandhom jiġu approvati mid-dwana u rritornati lill-vjaġġaturi. Mal-importazzjoni, in-notifika u d-dokument għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali flimkien mad-dikjarazzjoni doganali għall-prodotti kkonċernati.
Artikolu 5
(1) Prodotti derivati mill-foki li ġejjin mill-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jista’ jkun stabbilit li joriġinaw minn kaċċa għall-foki li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
kaċċa għall-foki li ssir skont pjan ta’ ġestjoni tar-riżorsi naturali nazzjonali jew reġjonali li juża mudelli xjentifiċi ta’ popolazzjoni tar-riżorsi tal-baħar u japplika l-approċċ ekosistemiku; |
(b) |
kaċċa għall-foki li ma taqbiżx il-kwota tal-qabda totali permissibbli stabbilita skont il-pjan imsemmi fil-punt (a); |
(c) |
kaċċa għall-foki li l-prodotti sekondarji tagħha jitqiegħdu fis-suq b’mod mhux sistematiku fuq bażi mhux għall-profitt. |
(2) Fl-istess ħin li l-prodott derivati mill-foki jitqiegħed fis-suq, dan għandu jkun akkumpanjat miċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 7(1).
Artikolu 6
(1) Entità għandha tiġi nkluża fil-lista ta’ korpi rikonoxxuti meta din turi li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
għandha personalità ġuridika; |
(b) |
għandha l-kapaċità li taċċerta li ġew sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 jew 5; |
(c) |
għandha l-kapaċità li teżerċita l-funzjonijiet tal-ħruġ u l-ġestjoni taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 7(1), kif ukoll l-ipproċessar u l-arkivjar ta’ rekords; |
(d) |
għandha l-kapaċità li twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod li tevita l-kunflitt tal-interess; |
(e) |
għandha l-kapaċità li timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 5; |
(f) |
għandha l-kapaċità li tirtira ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 7(1) jew li tissospendi l-validità tagħhom fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li tieħu miżuri biex tinforma lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tagħhom; |
(g) |
hija soġġetta għal awditjar minn parti terza indipendenti; |
(h) |
topera fuq livell nazzjonali jew reġjonali. |
(2) Sabiex tkun inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, entità għandha tissottometti lill-Kummissjoni talba akkumpanjata minn dokumenti li juru li hija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.
(3) Il-korp rikonoxxut għandu jippreżenta rapporti tal-awditjar prodotti mill-parti terza indipendenti msemmija fil-paragrafu 1(g) lill-Kummissjoni fl-aħħar ta’ kull ċiklu ta’ rappurtar.
Artikolu 7
(1) Fuq talba, meta jkunu sodisfatti r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq stipulati fl-Artikolu 3(1) jew fl-Artikolu 5(1), korp rikonuxxut għandu joħroġ ċertifikat li jikkonforma mal-mudelli stipulati fl-Anness.
(2) Il-korp rikonoxxut għandu jikkonsenja ċ-ċertifikat lill-applikant u għandu jżomm kopja għal tliet snin għall-finijiet taż-żamma ta’ rekords.
(3) Suġġett għall-Artikolu 8(2), meta prodott derivat mill-foki jitqieghed fis-suq, l-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jiġi kkonsenjat mal-prodott derivat mill-foki fil-mument meta jseħħ it-tqegħid fis-suq. L-applikant jista’ jżomm kopja taċ-ċertifikat.
(4) Għandha tkun inkluża referenza għan-numru taċ-ċertifikat f’kull fattura ulterjuri.
(5) Prodott derivat mill-foki li huwa akkumpanjat minn ċertifikat maħruġ skont il-paragrafu 1 għandu jitqies bħala konformi mal-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 5(1).
(6) L-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (5) ta’ prodott derivat mill-foki għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu kopja taċ-ċertifikat fir-rekords tagħhom.
(7) Fil-każ ta’ dubji dwar l-awtentiċità jew il-korrettezza ta’ ċertifikat maħruġ skont il-paragrafu 1 kif ukoll meta jkun meħtieġ parir ulterjuri, l-awtoritajiet doganali u uffiċjali oħra tal-infurzar għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.
Artikolu 8
(1) Iċ- ċertifikati msemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom ikunu jew fuq il-karta jew f’forma elettronika.
(2) Fil-każ ta’ ċertifikat elettroniku, verżjoni fuq il-karta stampata ta’ dak iċ-ċertifikat għandha takkumpanja l-prodott derivat mill-foki fil-mument meta jitqiegħed fis-suq.
(3) L-użu taċ-ċertifikat għandu jsir mingħajr ħsara għal kwalunkwe formalità marbuta mat-tqegħid fis-suq.
(4) L-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 9 tista’ titlob li ċ-ċertifikat ikun tradott fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq.
Artikolu 9
(1) Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar bir-responsabbiltà għall-ħidmiet li ġejjin:
(a) |
il-verifika fuq rikjesta mill-awtoritajiet doganali taht l-Artikolu 7(7) taċ-ċertifikati għall-prodotti derivati mill-foki importati; |
(b) |
il-kontroll tal-ħruġ taċ-ċertifikati minn korpi rikonoxxuti stabbiliti u attivi f’dak l-Istat Membru; |
(c) |
iż-żamma ta’ kopja taċ-ċertifikati maħruġa għall-prodotti dreivati mill-foki li joriġinaw minn kaċċa għall-foki f’dak l-Istat Membru. |
(2) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1.
(3) Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-lista ta’ awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 fuq il-websajt tagħha. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment.
Artikolu 10
(1) L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw sistemi elettroniċi għall-iskambju u r-reġistrazzjoni ta’ dejta li tkun fiċ-ċertifikati.
(2) L-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-komplementarità, il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi msemmija fi-paragrafu 1.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għal-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali, u b’mod partikolari ma jibdilx l-obbligi u d-drittijiet stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tiġi żgurata b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe żvelar jew komunikazzjoni ta’ dejta personali f’ċertifikat.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-[tielet] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36.
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(5) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Noti ta’ Gwida
Ġenerali:
Imla b’ittri kbar.
Kaxxa 1. |
Korp emittenti |
Indika l-isem u l-indirizz tal-korp rikonoxxut li joħroġ iċ-ċertifikati. |
Kaxxa 2. |
Għall-użu tal-pajjiż emittenti |
Spazju għall-użu tal-pajjiż emittenti. |
Kaxxa 3. |
Numru taċ-ċertifikat |
Indika n-numru tal-ħruġ taċ-ċertifikat. |
Kaxxa 4. |
Pajjiż fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq |
Indika l-pajjiz fejn il-prodott derivat mill-foki huwa intiż li jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba. |
Kaxxa 5. |
Kodiċi ISO |
Indika l-kodiċi b’żewġ ittri għall-pajjiż iddikjarat fil-Kaxxa 4. |
Kaxxa 6. |
Deskrizzjoni kummerċjali |
Indika d-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) derivat(i) mill-foki. Id-deskrizzjoni għandha tkun konsistenti mad-daħla fil-kaxxa 8. |
Kaxxa 7. |
Ġustifikazzjoni |
Immarka l-kaxxa applikabbli. |
Kaxxa 8. |
Isem Xjentifiku |
Indika l-isem xjentifiku (l-ismijiet xjentifiċi) tal-ispeċijiet ta’ foki użati fil-prodott. Fejn fi prodott kompost tkun inkluża aktar minn speċi waħda, indika kull speċi fuq linja separata. |
Kaxxa 9. |
Intestatura HS |
Agħti l-kodiċi tal-merkanzija b’erba’ jew sitt karattri stabbilit skont is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija. |
Kaxxa 10. |
Pajjiż minn fejn ittieħdu l-foki |
Indika l-pajjiż minn fejn il-foki użati fil-prodott ittieħdu mill-ambjent naturali tagħhom. |
Kaxxa 11. |
Kodiċi ISO |
Indika l-kodiċi b’żewġ ittri għall-pajjiż iddikjarat fil-Kaxxa 10. |
Kaxxa 12. |
Piż Nett |
Agħti l-piż nett f’kg. Dan huwa definit bħala l-massa netta tal-prodotti derivati mill-foki, mingħajr kontenituri immedjati jew kwalunkwe ppakkjar, ħlief bearers, spacers, stikers eċċ. |
Kaxxa 13. |
Għadd ta’ unitajiet |
Indika l-għadd ta’ unitajiet, fejn applikabbli. |
Kaxxa 14. |
Marki distintivi |
Fejn applikabbli, indika kwalunkwe marka distintiva, bħan-numru tal-lott jew in-numru tal-polza tat-tagħbija. |
Kaxxa 15. |
Identifikatur Uniku |
Indika kwalunkwe identifikatur tat-traċċabbiltà preżenti fuq il-prodott. |
Kaxxa 16. |
Firma u timbru tal-korp emittenti rikonoxxut |
Din il-kaxxa trid tiġi ffirmata mill-uffiċjal awtorizzat, bl-indikazzjoni tal-post u d-data, u ttimbrata bit-timbru uffiċjali tal-korp emittenti rikonoxxut. |
Kaxxa 17. |
Approvazzjoni mid-dwana |
L-awtorità doganali trid tindika n-numru tad-dikjarazzjoni doganali u żżid il-firma u t-timbru taghha. |