Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0736

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2010 tat- 13 ta’ Awwissu 2010 li jikkoreġi l-verżjoni Latvjana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu

    ĠU L 214, 14.8.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Impliċitament imħassar minn 32014R0639

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/736/oj

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 214/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 736/2010

    tat-13 ta’ Awwissu 2010

    li jikkoreġi l-verżjoni Latvjana tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Hemm diversi żbalji fil-verżjoni tat-test tal-Artikoli 31, 32 u 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 (2) bil-lingwa Latvjana.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq.

    (3)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Latvjana.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.


    Top