Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0686

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2010 tat- 28 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tieqa Bacoma u tax-xibka tat-tkarkir T90 f’sajd li jsir fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

    ĠU L 199, 31.7.2010, p. 4–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1241

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/686/oj

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 686/2010

    tat-28 ta’ Lulju 2010

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tieqa Bacoma u tax-xibka tat-tkarkir T90 f’sajd li jsir fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,.

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 jistabbilixxi miżuri tekniċi speċifiċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound. Dak ir-Regolament jipprovdi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward id-daqs u t-tip tal-komponenti kollha tal-irkapti tas-sajd, inklużi, fost miżuri oħra, id-daqsijiet tal-malji.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 (2), jipprovdi għal żieda fid-daqs tal-malja u fit-tul tat-tieqa Bacoma u fid-daqs tal-malja tax-xibka tat-tkarkir T90 fis-suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1226/2009 huwa limitat għall-2010, u peress li dawk id-dispożizzjonijiet huma ta’ natura permanenti minħabba li jikkostitwixxu titjib fis-selettività, huwa xieraq li dawk iż-żidiet ikunu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 minn Jannar 2011 u li jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1.


    ANNESS

    Appendiċi 1

    Speċifikazzjonijiet tal-manek BACOMA

    Deskrizzjoni

    (a)   Daqs tal-manka, tal-biċċa tal-estensjoni u tat-tarf ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir

    (i)

    Il-manka għandha tkun magħmula minn żewġ pannelli, magħquda flimkien permezz ta’ ċmus waħda fuq kull naħa ta’ tul indaqs.

    (ii)

    Id-daqs minimu tal-malji djamant għandu jkun ta’ 105 mm. Il-materjal tal-ħjut għandu jkun ta ’ ħajt tal-polyethylene bi ħxuna ta’ spaga waħda ta’ mhux aktar minn 6 mm jew bi ħxuna ta’ spaga doppja ta’ mhux aktar minn 4 mm.

    (iii)

    Għandu jkun projbit l-użu ta’ manek u ta’ biċċiet ta’ estensjoni li jkunu magħmula minn biċċa waħda biss ta’ materjal tax-xibka u li għandhom ċmusa waħda biss.

    (iv)

    L-għadd ta’ malji djamant miftuħa, esklużi dawk fiċ-ċmus, fi kwalunkwe punt fuq kwalunkwe ċirkonferenza ta’ kwalunkwe biċċa ta’ estensjoni ma għandux ikun anqas jew iżjed mill-għadd massimu ta’ malji fuq iċ-ċirkonforenza tan-naħa ta’ quddiem tal-manka (Figura 1).

    (b)   Post tat-tieqa

    (i)

    It-tieqa għandha tiddaħħal fil-pannell ta’ fuq tal-manka (Figura 2).

    (ii)

    It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn erba’ malji mill-codline, inkluża r-ringiela, immaljata bl-idejn ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline (Figura 3 jew 4).

    (ċ)   Daqs tat-tieqa

    (i)

    Il-wisa’ tat-tieqa, espressa f’għadd ta’ fillieri (ġnub) tal-malji, għandu jkun daqs in-numru ta’ malji djamant miftuħa fil-pannell ta’ fuq diviż bi tnejn. Jekk meħtieġ, jistgħu jinżammu sa massimu ta’ 20 % tal-għadd ta’ malji djamant miftuħa fil-pannell ta’ fuq maqsuma b’mod ugwali fuq iż-żewġ naħat tal-pannell tat-tieqa (Figura 4).

    (ii)

    It-tul tat-tieqa għandu jkun tal-inqas 5.5 m.

    (iii)

    B’deroga mill-punt ii, it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 6 m jekk senser dedikat għall-kejl tal-volum tal-qabdiet ikun imwaħħal mat-tieqa.

    (d)   L-immaljar tat-tieqa

    (i)

    Il-malji għandu jkollhom wisa’ minimu tat-toqba tal-malja ta’ 120 mm. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba’ naħat kollha tal-immaljar tat-tieqa jkunu maqtugħa fil-fillieri kollha.

    (ii)

    L-immaljar għandu jkun immuntat b’tali mod li l-fillieri jkunu paralleli u perpendikolari mat-tul tal-manka. L-immaljar għandu jkun bi spaga waħda mmaljata mingħajr għoqod jew immaljar bi proprjetajiet selettivi simili u ppruvati. Immaljar mingħajr għoqod ifisser immaljar magħmul minn malji b’erba’ naħat li jkollhom il-kantunieri tal-malji ffurmati bin-nisġa tal-ispag ta’ żewġ naħat maġenb xulxin tal-malja.

    (iii)

    Id-dijametru tal-ħajta singola għandu jkun tal-inqas 5 mm.

    (e)   Speċifikazzjonijiet oħra

    (i)

    Għandu jkun hemm ċinga ta’ wara li ma ddurx mat-tieqa tal-ħruġ BACOMA.

    (ii)

    Iż-żubrun tal-manka għandu jkun sferiku u jkollu dijametru mhux akbar minn 40 ċm. Għandu jkun marbut sew mal-codline permezz tal-ħabel taż-żubrun.

    (iii)

    Il-flapper ma għandhiex tirkeb fuq it-tieqa tal-ħruġ BACOMA

    Figura 1

    It-tagħmir tax-xibka tat-tkarkir jista’ jinqasam fi tliet sezzjonijiet differenti skont l-għamla u l-funzjoni. Il-parti prinċipali tax-xibka tat-tkarkir hija dejjem sezzjoni konika. Il-biċċa tal-estensjoni tkun sezzjoni mhux konika, normalment fabbrikata minn biċċa jew minn żewġ biċċiet ta ’ xbiek. Il-manka hija wkoll sezzjoni mhux konika, spiss magħmula minn spag doppju sabiex ikollha reżistenza aħjar kontra d-deterjorazzjoni qawwija mill-użu. Il-parti taħt iċ-ċinga tal-irfigħ tissejjaħ borża tal-irfigħ.

    Image

    Figura 2

    A

    Biċċa tal-estensjoni

    B

    Manka

    C

    Tieqa tal-ħrib, pannell ta’ malji kwadri

    1

    Pannell ta’ fuq, massimu ta’ 50 malja djamant miftuħa

    2

    Pannell t’isfel, massimu ta’ 50 malja djamant miftuħa

    3

    Ċmus

    4

    Ċirku jew ħajta tal-ġuntura

    5

    Ċinga tal-irfigħ

    6

    Ċinga ta’ wara

    7

    Codline

    8

    Distanza tat-tieqa mill-codline (Figuri 3 u 4)

    9

    Ħabel taż-żubrun

    10

    Żubrun tal-manka

    Image

    Figura 3

    IMMUNTAR TAL-PANNELL TAT-TIEQA

    A

    Pannell ta’ malji kwadri 120 mm (25 filliera)

    B

    It-tgħaqqid flimkien tal-pannell ta’ malji maċ-ċmusa

    C

    It-tgħaqqid flimkien ta’ pannell ta’ malja kwadra ma’ xibka ta’ malja djamant

    D

    Xibka ta ’ malji djamant ta’ 105 mm (massimu ta’ 50 malja miftuħa)

    E

    Id-distanza tal-pannell tat-tieqa mill-codline. It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn erba’ malji mill-codline, inkluża r-ringiela mmaljata bl-idejn, ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline

    F

    Ringiela ta’ malji tal-codline immaljati bl-idejn

    Image

    Figura 4

    IMMUNTAR TAL-PANNELL TAT-TIEQA

    A

    Pannell ta’ malja kwadra ta’ 120 mm (20 filliera)

    B

    It-tgħaqqid flimkien tal-pannell ta’ malji maċ-ċmusa

    C

    It-tgħaqqid flimkien ta’ pannell ta’ malja kwadra ma’ xibka ta’ malja djamant

    D

    Xibka ta’ malja kwadra ta’ 105 mm (mhux aktar minn 50 malja miftuħa)

    E

    Id-distanza tal-pannell tat-tieqa mill-codline. It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn 4 malji mill-codline, inkluża r-ringiela, immaljata bl-idejn ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline.

    F

    Ringiela ta’ malji tal-codline immaljati bl-idejn

    G

    Massimu ta’ 10 % fuq iż-żewġ naħat ta’ malji miftuħa tat-tip D

    Image

    Appendiċi 2

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAX-XIBKA TAT-TKARKIR T90

    (a)   Definizzjoni

    1.

    Ix-xbieki tat-tkarkir T90 huma definiti bħala x-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u rkapti simili li għandhom manka u biċċa ta’ estensjoni prodotta minn tip ta’ xbieki bl-għoqiedi forma ta’ djamant imdawra 90° biex id-direzzjoni prinċipali kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka tkun parallela għad-direzzjoni tal-irmunkar.

    2.

    Id-direzzjoni ta’ kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka f’xibka standard bl-għoqiedi jiffurmaw il-malji tax-xibka djamant (A) u f’xibka mdawra 90° (B) huwa muri fil-Figura 1 hawn taħt.

    Figura 1

    Image

    (b)   Id-daqs tal-malja u l-kejl

    Id-daqs tal-malja għandu jkun tal-anqas 120 mm. B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 517/2008 (*), id-daqs tal-malja fil-manka u fil-biċċa ta’ estensjoni għandhom jitkejlu b’mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-irkaptu tas-sajd.

    (ċ)   Ħxuna tal-ispaga

    Il-materjal tal-ispaga tal-manka u tal-biċċa tal-estensjoni għandu jkun magħmul minn spag tal-polyethylene bi ħxuna ta’ spaga waħda ta’ mhux aktar minn 6 mm jew bi ħxuna doppja tal-ispaga ta’ mhux aktar minn 4 mm. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għar-ringiela li tinsab fuq wara nett tal-malji jekk hemm codline iffittjata mal-manka.

    (d)   Kostruzzjoni

    1.

    Il-manka u l-estensjoni ta’ malji mdawra (T90) għandhom isiru minn żewġ pannelli ta’ dimensjonijiet indaqs, b’mill-anqas 50 malja fit-tul, u bl-orjentazzjoni tal-malja kif deskritt hawn fuq, magħquda flimkien minn żewġt iċmus laterali.

    2.

    L-għadd ta’ malji miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza jrid ikun kostanti mill-parti ta’ quddiem tal-estensjoni lejn il-parti li tinsab fuq wara nett tal-manka.

    3.

    Fil-punt fejn jingħaqdu tal-manka jew tal-biċċa tal-estensjoni mal-parti konika tax-xibka tat-tkarkir, l-għadd ta’ malji fiċ-ċirkonferenza tal-manka jew tal-biċċa tal-estensjoni trid tkun ta’ 50 % tal-aħħar ringiela ta’ malji tal-parti konika tax-xibka tat-tkarkir.

    4.

    Fil-Figura 2 hawn taħt jintwerew manka u biċċa tal-estensjoni.

    (e)   Ċirkonferenza

    L-għadd ta’ malji fi kwalunkwe ċirkonferenza fil-manka u l-biċċa tal-estensjoni, esklużi dawk fil-ġuntura u ċ-ċmus għandu jkun ta’ mhux anqas minn 50.

    (f)   Ċrieki tal-ġuntura

    Ix-xifer ta’ quddiem tal-pannelli li jifforma kemm il-manka kif ukoll il-biċċa tal-estensjoni għandu jkun iffittjat b’ringiela ta’ nofs malji mmaljati. Ix-xifer ta’ wara tal-pannell tal-manka għandu jkun iffittjat b’ringiela sħiħa ta’ malji mmaljati li tkun kapaċi tiggwida l-codline.

    (g)   Żubrun tal-manka

    Iż-żubrun tal-manka għandu jkun sferiku u jkollu dijametru mhux akbar minn 40 ċm. Għandu jkun marbut sew mal-codline permezz tal-ħabel taż-żubrun.

    Figura 2

    Image


    (*)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 5.


    Top