EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0565

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 565/2010 tad- 29 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

ĠU L 163, 30.6.2010, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/565/oj

30.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 565/2010

tad-29 ta' Ġunju 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu żgurati fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 (1). Il-prodotti fi ħdan dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati b'rata tad-dazju żero jew rata mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li tinfetaħ, b'effett mill-1 ta' Lulju 2010, għal ċerti prodotti kwoti tariffarji ġodda b'rata ta' dazju żero għal volum xieraq.

(2)

Il-volumi tal-kwota għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2814, 09.2816 u 09.2807 mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu.

(3)

Id-deskrizzjoni tal-prodott għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2907 għandha tiġi riveduta.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Peress li l-kwoti tariffarji previsti f'dan ir-Regolament għandu jkollhom effett mill-1 ta' Lulju 2010, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli li jinsabu fl-Anness I għal dan ir-Regolament huma miżjuda;

(2)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2814, 09.2907 09.2816 u 09.2807 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Luxembourgl, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p.1.


ANNESS I

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 1

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perijodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2636

ex 8411 82 80

20

Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 %

1.7.-31.12.

5 unitajiet

0  %

09.2635

ex 9001 10 90

20

Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1)

1.7.-31.12.

1 150 000  km

0  %


ANNESS II

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 1

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perijodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

2 200 tunnellata

0  %

09.2907

ex 3824 90 97

86

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

75 % jew aktar ta steroli,

mhux aktar minn 25 % ta’ stanoli,

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0  %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

58 500 tunnellata

0  %

09.2807

ex 3913 90 00

86

Sodju jaluronat mhux sterili

1.1.-31.12.

150 000  g

0  %


Top