EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0462

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 462/2010 tas- 27 ta’ Mejju 2010 dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi għas-sena tal-kwota tal-2010

ĠU L 129, 28.5.2010, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/462/oj

28.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 462/2010

tas-27 ta’ Mejju 2010

dwar il-ftuħ ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi għas-sena tal-kwota tal-2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-obbligi internazzjonali tal-Komunità fil-kuntest tan-negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (2), il-Komunità ħadet l-impenn li timporta ċerta kwantità ta’ qamħirrum fi Spanja.

(2)

Il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3) stabbilixxa r-regoli speċifiċi ddettaljati meħtieġa sabiex ikun hemm tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet ipprovduti fl-Artikolu 1(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament ikunu tassew impurtati.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq fi Spanja fl-2010, jeħtieġ li tinfetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum, biex il-kwota tal-importazzjoni tintuża bis-sħiħ.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (4) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni tal-qamħirrum impurtat lejn Spanja minn pajjiżi terzi sas-17 ta’ Diċembru 2009. Din is-sejħa għall-offerti ttawlet sas-27 ta’ Mejju 2010 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 (5). Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 676/2009 għandu jitħassar.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha ssir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju msemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-qamħirrum impurtat fi Spanja.

2.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 2

Is-sejħa għall-offerti se tibqa’ miftuħa sas-16 ta’ Diċembru 2010. Matul il-perjodu tas-sejħa għall-offerti, għandhom isiru sejħiet parzjali għall-offerti li għalihom id-dati tat-tressiq tal-offerti għandhom ikunu stabbiliti fl-avviż tas-sejħa.

Artikolu 3

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti għandhom ikunu validi għal ħamsin jum mid-data li fiha jinħarġu, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 4

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Għandu jiskadi fis-16 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2010

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.

(4)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

(5)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 22.


Top