This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0454
Commission Regulation (EU) No 454/2010 of 26 May 2010 on transitional measures under Regulation (EC) No 767/2009 of the European Parliament and of the Council as regards the labelling provisions for feed (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2010 tas- 26 ta’ Mejju 2010 dwar il-miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar għall-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2010 tas- 26 ta’ Mejju 2010 dwar il-miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar għall-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 128, 27.5.2010, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
27.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 454/2010
tas-26 ta’ Mejju 2010
dwar il-miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar għall-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 jipprovdi għal reviżjoni sħiħa tar-regoli tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost u l-Artikolu 32 (4) jippermetti miżuri li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni għar-regoli l-ġodda. |
(2) |
Ir-regoli dwar l-ittikkettjar stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 767/2009 għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Settembru 2010. Dan jimplika bidla f’daqqa u mhux tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet għall-operaturi tan-negozju tal-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq. Il-bdil tad-disinn u l-produzzjoni tat-tikketti u l-bidla tal-makkinarju eżistenti minn jum għall-ieħor tkun spiża kbira għal dawk in-negozji. Il-piż li jirriżulta minn dan ikun sproporzjonat għall-objettiv tal-bidla. Huwa għalhekk xieraq li jingħata perjodu tranżitorju li matulu l-għalf jista’ jiġi ttikkettjat skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 qabel l-1 ta’ Settembru 2010. |
(3) |
Fir-rigward tal-għalf intenzjonat għall-annimali domestiċi, is-suq jikkonsisti f’numru kbir ta’ prodotti differenti b’tikketti speċifiċi. Meta mqabbel mar-regoli tal-ittikkettjar attwali għall-ikel tal-annimali domestiċi, l-Artikoli 15(f), 17(1)(f) u 19 biss tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 ser jintroduċu tibdil għal-ittikkettjar ta’ dawn il-prodotti, li jirrappreżenta biss tibdil minuri bl-ebda effett fuq is-sigurtà. Sabiex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet għall-operaturi tan-negozju tal-għalf ikkonċernat, huwa ġustifikat li jkun provdut perjodu tranżitorju ta’ sena li matulu t-tikketti attwali għall-ikel tal-annimali domestiċi jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw wara l-1 ta’ Settembru 2010. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 u mingħajr preġudizzju għad-Direttivi tal-Kunsill 79/373/KEE (2), 82/471/KEE (3), 93/74/KEE (4) u 96/25/KE (5), l-għalf ittikkettjat skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 jista’ jitqiegħed fis-suq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, l-għalf intenzjonat għal annimali domestiċi u ttikkettjat skont id-Direttiva 79/373/KEE u l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (6) jista’ jitqiegħed fis-suq sal-31 ta’ Awwissu 2011. Wara dik id-data, jista’ jibqa’ fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(3) ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.
(4) ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23.
(5) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.
(6) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.