This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0404
Commission Regulation (EU) No 404/2010 of 10 May 2010 imposing a provisional anti-dumping duty on imports of certain aluminium wheels originating in the People's Republic of China
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010 tal- 10 ta’ Mejju 2010 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010 tal- 10 ta’ Mejju 2010 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 117, 11.5.2010, pp. 64–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
12/05/2010
|
11.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2010
tal-10 ta’ Mejju 2010
li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Bidu
|
(1) |
Fit-13 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni ħabbret, b'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta' proċediment ta' anti-dumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni ta' ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”). |
|
(2) |
Il-proċedura bdiet minħabba lment li tressaq fit-30 ta' Ġunju 2009 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (EUWA) (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti roti tal-aluminju. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi, kif ukoll ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, u li tqieset biżżejjed sabiex tkun iġġustifikata l-bidu ta’ proċedura. |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti tal-Komunità, il-produtturi esportaturi fl-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi, l-operaturi tas-suq, l-utenti, il-fornituri u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. |
|
(4) |
Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta. |
|
(5) |
Minħabba l-għadd għoli ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, importaturi u produtturi tal-Unjoni, kien hemm ħsieb ta’ teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ bidu biex jiġu ddeterminati d-dumping u l-ħsara, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u jekk inhu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni ntalbu jiddikjaraw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu informazzjoni speċifikata fin-notifika tal-bidu. |
|
(6) |
Total ta' 36 kumpanija jew gruppi ta' kumpaniji relatati (“gruppi”) fir-RPĊ ippreżentaw rwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fi ħdan l-iskadenza stabbilita. Dawn is-36 kumpanija pproduċew u/jew esportaw il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni Ewropea waqt il-perjodu ta' investigazzjoni u esprimew ix-xewqa li jiġu inklużi fil-kampjun. Dawn tqiesu bħala kumpaniji li qegħdin jikkooperaw u tqiesu għall-inklużjoni fil-kampjun. Il-livell ta' kooperazzjoni mir-RPĊ, jiġifieri il-persentaġġ tal-esportazzjonijiet lejn l-UE mill-kumpaniji ta' kooperazzjoni Ċiniżi meta mqabbla mal-esportazzjonijiet kollha miċ-Ċina għall-UE, kien iktar minn 90 %. |
|
(7) |
Wara li kkonsultat il-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet, bi qbil mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli filwaqt li titqies ukoll il-firxa ġeografika tal-kumpaniji jew il-gruppi li kkooperaw. Il-kampjun magħżul jikkonsisti minn erba' (gruppi ta') kumpaniji, li jirrappreżentaw 47 % tal-esportazzjonijiet lejn l-UE mis-36 kumpanija jew gruppi li kkooperaw, u madwar 43 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-UE mir-RPĊ. L-awtoritajiet tar-RPĊ u l-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża qablu fuq l-għażla tal-kampjun li għamlet il-Kummissjoni iżda talbu għall-inklużjoni ta' mill-inqas żewġ (gruppi ta') kumpaniji addizzjonali fil-kampjun. Madakollu, minħabba l-fatt li l-kampjun magħżul inizjalment jikkonsisti minn 20 kumpanija li jappartjenu għal erba' gruppi, kien deċiż li ma jistgħux jiżdiedu iktar kumpaniji billi dan ma jippermettix li jitkomplew l-investigazzjonijiet fi ħdan l-iskadenzi stipulati. |
|
(8) |
Ħames produtturi esportaturi fir-RPĊ, li ma ġewx inklużi fil-kampjun, talbu għal eżami individwali u pprovdew l-informazzjoni rilevanti fi żmien l-iskadenza stipulata, skont l-applikazzjoni tal-Artikoli 9(6) u 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, minħabba d-daqs tal-kampjun ta' erba' gruppi b'bosta kumpaniji involuti, il-Kummissjoni tikkonkludi, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-ebda eżami individwali tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ġiex inkluż fil-kampjun ma jista' jiġi inkluż għax dan ikun ta' piż kbir wisq u ma jħallix li l-investigazzjoni titkompla fil-ħin previst. |
|
(9) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jitħallew iressqu talba għat-trattament ekonomiku tas-suq (“TES”) jew għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, jekk dawn kienu jixtiequ, il-Kummissjoni bagħtet formoli tat-talba lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li għamlu talba bħal din u lill-awtoritajiet Ċiniżi. |
|
(10) |
In-Notifika ta' bidu ntbgħatet lil madwar 40 produtturi tal-Unjoni tar-roti tal-aluminju għall-użu tat-triq (ARWs). Intlaqgħu 17-il tweġiba. Ħames gruppi ta' kumpaniji ntużaw għall-kampjun u nstabu li kienu rappreżentattivi tal-produzzjoni totali tal-Unjoni mil-lat ta' volumi ta' bejgħ u produzzjoni fl-UE (iktar minn 75 %) kopertura ġeografika u tip ta' attività, jiġifieri bejgħ mill-Original Equipment Manufacturer (OEM) u bejgħ aftermarket (AM), ara l-premessa (1) et seq għal iktar dettalji. Għalkemm il-maġġoranza tal-bejgħ tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun kien dirett għas-segment OEM, tnejn mill-produtturi inklużi fil-kampjun biegħu wkoll lis-segment AM. Ġew irrappreżentati fil-kampjun ukoll kumpaniji li ma ressqux ilmenti. |
|
(11) |
Waqt l-investigazzjoni, il-partijiet ressqu iktar argumenti dwar id-differenzi allegati bejn is-segmenti OEM u AM. Sabiex jinkiseb iktar tagħrif, ġie deċiż li jiġi estiż il-kampjun għal produttur addizzjonali (kbir) attiv fis-segment AM. |
|
(12) |
Il-kwerelenti talbu li isimhom jibqa' kunfidenzjali minħabba li beżgħu li jkollhom ritaljazzjoni minn xi konsumaturi jew kompetituri. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li tabilħaqq kien hemm possibilità sinifikanti ta' ritaljazzjoni u aċċettat li l-ismijiet m'għandhomx jinħarġu. Wara li ngħata l-bidu għall-investigazzjoni, il-kumpaniji kollha li kkooperaw qablu li jirrilaxxaw ismijiethom fil-kapaċità tagħhom bħala kooperaturi, iżda mhux, fejn applikabbli, fil-kapaċità tagħhom bħala kwerelanti. |
|
(13) |
In-Notifika ta' bidu ntbgħatet lil madwar 80 importatur/utent tal-ARWs. Intbagħtu 40 tweġiba minn kumpaniji li jirrappreżentaw madwar terz tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina. 12 minn dawn it-tweġibiet intbagħtu minn importaturi u l-bqija minn utenti importaturi. Ġew magħżula seba' kumpaniji għall-kampjun (ħames importaturi u żewġ utenti importaturi). |
|
(14) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil sitt produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi fil-kampjun magħżul għar-RPĊ u lil dawk li talbu IT, lis-seba' importaturi magħżula fil-kampjun. Barra minn hekk, il-kwestjonarji ntbagħtu lil utenti u produtturi oħra li kkooperaw. |
|
(15) |
It-tweġibiet tal-kwestjonarju ntbgħatu mill-erba' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u mill-ħames produtturi esportaturi Ċiniżi li talbu l-IT skont ir-Regolament 17(3) tar-Regolament bażiku. Waslu wkoll tweġibiet mis-sitt produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, minn tliet importaturi mhux relatati mal-produttur esportatur u minn disa' produtturi oħra tal-UE u 13-il utent. Waslu wkoll sottomissjonijiet mill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża, u minn żewġ assoċjazzjonijiet ta' utenti. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni provviżorja ta' dumping, għall-ћsara li rriżultat kif ukoll għall-interess tal-Unjoni u għamlet żjarat ta’ verifika fil-post fil-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(17) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi esportaturi li jista’ ma jingћatalhomx it-TES, saret verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq bażi tad-dejta mit-Turkija bħala pajjiż analogu, fuq il-post tal-kumpanji li ġejjin:
|
3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(18) |
L-investigazzjoni dwar dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew PI). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-tmiem il-PI (“il-perjodu meqjus”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(19) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ddefinit bħala roti tal-aluminju tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi NM 8701 sa 8705 , bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom, kemm bit-tajers li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), kif ukoll mingħajrhom, li fil-preżent jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 . |
|
(20) |
Il-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ fl-Unjoni permezz ta' żewġ kanali ta' distribuzzjoni; lis-segment Original Equipment Manufacturer (OEM) u l-hekk imsejjaħ segment aftermarket (AM). Fis-segment OEM, il-manifatturi tal-karozzi jorganizzaw proċeduri ta' tenders għall-ARWs (madwar sentejn qabel it-tnedija ta' mudell ġdid ta' karozza) u huma involuti fil-proċess ta' żvilupp ta' rota ġdida b'isem id-ditta tagħhom. Kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll l-esportaturi Ċiniżi jikkompetu għall-istess offerti. Fis-settur AM, l-ARWs huma ddisinjati, żviluppati u mmarkati mill-produtturi tal-ARWs li mbagħad iridu jinbiegħu lill-bejjiegħa bil-grossa, il-bejjiegħa bl-imnut, il-kumpaniji tat-tuning, il-ħwienet fejn jissewwew il-karozzi, eċċ. |
|
(21) |
Esportatur iddikjara li l-ARWs maħsuba għas-segment OEM għandhom jiġu esklużi mill-firxa tal-prodott tal-proċedura minħabba li jitwaħħlu biss fuq karozzi ġodda filwaqt li l-ARWs maħsuba għas-segment AM huma magħmula biex jissostitwixxu r-rota OEM tul il-ħajja tal-mudell tal-karozza. L-argument jikkontradixxi lilu nnifsu għaliex jikkonferma li “AM ARWs” huma magħmula biex jitwaħħlu bl-istess mod u jagħtu l-istess prestazzjoni bħall-“OEM ARWs”. Fil-fatt l-“AM ARWs” jistgħu jiġu prodotti minn proċessi ta' produzzjoni differenti (3) fid-dijametri u fil-piżijiet kollha, bit-tipi differenti kollha ta' rfinar, eċċ. Id-differenza bejn l-“OEM ARWs” u l-“AM ARWs” tirrigwarda biss il-kanali differenti ta' distribuzzjoni li jirriżultaw fl-involviment tal-industrija tal-karozzi fil-proċess ta' żviluppar u ddisinjar tar-rota. Ġie ddikjarat li l-iffissar tal-prezzijiet tal-“OEM ARWs” u tal-“AM ARWs” huma differenti, b'tal-ewwel marbut mal-prezz tal-London Metal Exchange (LME) li dejjem jinbidel. Tabilħaqq, il-fabbrikanti tal-karozzi jużaw l-hekk imsejħa formola ta' prezzijiet ta' bażi żero (zero-base). Din tikkonsisti minn tliet elementi: (1) il-prezz tal-aluminju (varjabbli, marbut mal-LME), (2) spejjeż ta' trasformazzjoni b'valur miżjud, u (3) primjum ta' kwalità fiss. Il-metodu tal-iffissar tal-prezzijiet huwa adattat għall-ħtiġijiet tal-industrija tal-karozzi, iżda l-komponenti tal-kost kemm tal-“OEM ARWs” kif ukoll tal-“AM ARWs” huma l-istess. |
|
(22) |
B'konsegwenza ta' dan, għalkemm l-“OEM ARWs” u l-“AM ARWs” għandhom kanali differenti ta' distribuzzjoni huma jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u huma interkambjabbli. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu prodott wieħed u omoġenju. Barra minn hekk, l-ARWs jinbiegħu u jiġu importati miċ-Ċina fi kwantitajiet sinifikanti permezz taż-żewġ kanali ta' bejgħ. Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, huwa konkluż provviżorjament li l-esklużjoni tal-“OEM ARWs” mill-firxa tal-prodott tal-investigazzjoni mhijiex mixtieqa. |
|
(23) |
Parti interessata talbet li r-roti għall-go-karts għandhom jiġu esklużi billi l-go-karts jaqgħu barra mill-intestaturi tan-NM 8701 sa 8705 . Madankollu, il-parti naqset milli turi b'mod konklużiv li l-go-karts ma jistgħux jiġu inklużi fl-intestaturi NM imsemmija hawn fuq; għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata provviżorjament. |
|
(24) |
L-istess parti talbet li r-roti għall-vetturi all-terrain (ATVs) għandhom jiġu esklużi wkoll mill-firxa tal-prodott, minħabba li dawk ir-roti huma bażikament differenti mir-roti manifatturati għal vetturi bil-mutur oħra. Minkejja dan, ċerti ATVs jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-intestaturi tan-NM 8701 sa 8705 u għalhekk ir-roti tagħhom jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni. Bħala konsegwenza, din it-talba ġiet irrifjutata provviżorjament. |
2. Il-prodott simili
|
(25) |
Il-prodott ikkonċernat u r-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u fis-suq domestiku tat-Turkija, li serva b'mod provviżorju bħala pajjiż analogu, kif ukoll roti tal-aluminju għall-użu fit-triq prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li kellhom l-istess karatteristiċi u użi bażiċi, fiżiċi, kimiċi u tekniċi. Għalhekk dawn il-prodotti jitqiesu provviżorjament bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. It-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq
|
(26) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet ta’ anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li ssodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:
|
|
(27) |
Fl-investigazzjoni attwali, il-gruppi kollha ta' esportaturi fil-kampjun talbu TES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formula ta' talba tat-TES qabel ma skada ż-żmien preskritt: |
|
(28) |
Għall-gruppi kollha ta' esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għat-TES fl-uffiċċji tal-gruppi kkonċernati. |
|
(29) |
L-investigazzjoni żvelat li t-TES ma setax jingħata lil ħadd mill-erba' gruppi ta' kumpaniji Ċiniżi billi ħadd minnhom ma ssodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, għar-raġunijiet li ġejjin. |
Kriterju 1
|
(30) |
Il-gruppi ta' esportaturi inklużi fil-kampjun ma setgħux juru li jissodisfaw il-Kriterju 1 minħabba l-indħil tal-Istat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-materja prima prinċipali (l-aluminju). |
|
(31) |
Tabilħaqq, fil-gruppi kollha inklużi fil-kampjun, jidher li l-maġġoranza l-kbira ta' aluminju li ntuża għall-produzzjoni tar-roti tal-aluminju għall-użu fit-triq jinxtara fis-suq domestiku Ċiniż fuq bażi ta' kuntratti fit-tul. Il-prezzijiet huma bbażati fuq kwotazzjonijiet ta' almuniju primarju fuq is-swieq ta' provvista immedjati b'żieda ta' ħlas ta' trasformazzjoni (u fil-każ ta' kumpanija minnhom ukoll fuq ix-Shanghai Futures Exchange (SHFE)). F'dan ir-rigward, irid jiġi enfasizzat li l-kwotazzjoni fis-swieq ta' provvista immedjati jaħdmu f'parallel mal-SHFE. |
|
(32) |
F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-Istat Ċiniż għandu rwol ewlieni fl-iffissar tal-prezzijiet tal-aluminju primarju u l-ħin kollu jindaħal fis-suq permezz ta' għadd ta' strumenti. |
|
(33) |
L-ewwel nett, l-aluminju primarju għall-esportazzjoni huwa suġġett għal 17 % VAT (filwaqt li l-VAT fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti kompluti jiġi rimborżat) b'żieda ta' 15 % taxxa ta' esportazzjoni. |
|
(34) |
It-tieni nett, l-Istat jindaħal fil-mekkaniżmi tal-issettjar tal-prezzijiet fix-Shanghai Futures Exchange (SHFE) li hija aġenzija ta' skambju rriżervata għal kumpaniji rreġistrati fiċ-Ċina u għaċ-ċittadini Ċiniżi. Dan l-indħil tal-Istat fil-mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fl-SHFE huwa marbut mal-pożizzjoni tiegħu kemm bħala bejjiegħ tal-aluminju primarju kif ukoll bħala xerrej permezz tal-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat u korpi statali oħrajn. Barra minn hekk, l-Istat jiffissa l-limiti tal-prezzijiet ta’ kuljum permezz tar-regoli tax-SHFE li ġew approvati mir-Regolatur tal-Istat u l-Kummissjoni Regolatorja tas-Sigurtajiet taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission – CSRC). |
|
(35) |
Eżempju ieħor ta' ndħil mill-Istat huwa l-pakkett reċenti ta' stimolu tal-Gvern Ċiniż li jimmira li jillimita l-effetti tal-kriżi ekonomika. Fl-aħħar tal-2008, l-Aġenzija tar-Riżerva tal-Istat niedet skema biex tixtri l-aluminju minn funderiji biex tgħin l-operazzjonijiet tagħhom hekk kif il-kriżi ekonomika naqqset id-domanda. Dak ix-xiri mirfud mill-Istat assorba 'l biċċa l-kbira tal-istokkijiet fis-suq domestiku, li għolla l-prezzijiet waqt l-ewwel nofs tal-2009. |
|
(36) |
Dan tqies bħala fattur bażiku tal-indħil tal-Istat fid-deċiżjonijiet tad-ditti fir-rigward tal-materji primi. Tabilħaqq, is-sistema attwali Ċiniża ta' dazji għolja ta' esportazzjoni u nuqqas ta' rimborż tal-VAT għall-esportazzjoni tal-aluminju primarju u materji primi oħra, flimkien mat-taxxi ta' esportazzjoni u rimborż tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott iktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni fl-SHFE, essenzjalment waslet għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-aluminju Ċiniżi se jkomplu jkunu riżultat ta' interventi min-naħa tal-Istat. Dan wassal għal sitwazzjoni li, storikament, il-prezzijiet fl-LME ddiversifikaw b'mod sinifikanti minn dawk fis-suq Ċiniż (4). Bejn nofs l-2005 u l-aħħar tal-2008. Il-prezzijiet tal-LME kienu sinifikament ogħla meta mqabbla mas-swieq Ċiniżi, u dan jefasizza n-nuqqas ta' kwalunkwe arbitraġġ bis-sens bejn is-swieq Ċiniżi u s-swieq fil-bqija tad-dinja. |
|
(37) |
Għalhekk id-distorsjonijiet multipli kkawżati mill-Istat fil-prezzijiet primarji tal-aluminju Ċiniżi affettwaw id-deċiżjonijiet tal-produtturi Ċiniżi tar-roti tal-aluminju meta jinxtraw il-materji primi. Barra minn hekk, dawn igawdu minn vantaġġ minn dawn id-distorsjonijiet, fis-sens li normalment jixtru mis-suq Ċiniż minn fornituri lokali li jużaw prezzijiet mis-swieq ta' provvista immedjati (jew l-SHFE) bħala punt ta' riferiment iżda jistgħu jixtru wkoll ċerti kwantitajiet bi prezzijiet tal-LME meta l-prezzijiet fis-suq Ċiniż huwa għola b'riżultat tal-interventi tal-Istat. |
|
(38) |
Barra minn hekk, minbarra s-sitwazzjoni ġenerali deskritta hawn fuq, tliet gruppi oħra ma jissodisfawx xi rekwiżiti oħra tal-Kriterju 1 minħabba ndħil sinifikanti tal-Istat fir-rigward ta' deċiżjonijiet kummerċjali importanti. Għal wieħed mill-gruppi, kumpanija tal-Istat għandha drittijiet ta' veto li huma sproporżjonati mal-ishma tagħha fi tnejn mill-kumpaniji tagħha fuq ċerti deċiżjonijiet ewlenin. Għal bosta mill-kumpaniji ta' grupp ieħor, xi deċiżjonijiet ewlenin huma suġġetti għal indħil sinifikanti Barra minn hekk, minkejja l-asserzjoni tal-kumpaniji għal kuntrarju, l-investigazzjoni żvelat li d-Dipartiment Statali tax-xogħol lokali għandu drittijiet għall-veto fejn jikkonċerna l-impieg tal-ħaddiema fi tnejn minn dawn il-kumpaniji. Fl-aħħar nett, fil-każ tat-tielet grupp, il-familja li tikkontrolla l-grupp għandha rabtiet mal-partit li qed jiggverna u waħda mill-kumpaniji li tappartjeni għall-grupp hija soġġetta għal indħil sinifikanti mill-Istat għal ċerti deċiżjonijiet importanti minħabba li d-direttur li jirrappreżenta l-kwota statali għandu d-dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet fundamentali tal-kumpanija. |
Kriterju 2
|
(39) |
Għal grupp minnhom, hemm ksur ċar tal-prinċipji bażiċi tal-verifika fil-kumpaniji kollha tiegħu. B'mod partikolari l-IAS 1 (Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji), l-IAS 12 (Taxxi fuq id-dħul) u l-IAS 16 (Propjetà, Impjanti u Tagħmir) ma ġewx rispettati. Għalhekk huwa kkunsidrat li l-kontijiet ma tħejjewx u ma ġewx vverifikati skont l-istandards nazzjonali tal-kontabilità. Għal grupp ieħor is-servizzi tal-Kummissjoni sabu nuqqas ta' konformità mal-IAS 1 u l-IAS 31. |
Kriterju 3
|
(40) |
Għal grupp minnhom, hemm distorsjonijiet ċari marbuta mad-drittijiet għall-użu tal-art u l-akkwist tal-assi fissi għal diversi kumpaniji u l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji li jagħmlu parti mill-grupp ibbenefikaw minn reġimi ta' taxxa preferenzjali, rifużjonijiet ta' taxxa u sussidji li jikkostitwixxu distorsjonijiet ġejjin mis-sistema ekonomika mhux tas-suq. Dawn id-distorsjonijiet kienu sinifikanti, meta mkejla pereżempju f'termini ta' fatturat. |
|
(41) |
Tliet kumpaniji minn grupp ieħor inkluż , bbenefikaw minn reġimi ta' taxxa preferenzjali li jikkostitwixxu distorsjonijiet ġejjin minn sistema ekonomika mhux tas-suq. Dawn id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu sinifikanti, imkejla pereżempju f'termini ta' fatturat. |
|
(42) |
Jidher ukoll li tnejn mill-kumpaniji ta' grupp ieħor ma jikkonformawx mal-Kriterju 3. L-ewwel waħda ħallset id-dritt għall-użu tal-art b'dewmien twil wara d-data ta' skadenza, mingħajr ma ġarrbet l-ebda penali, minkejja l-fatt li l-penali ġew iddikjarati b'mod ċar fil-kuntratt. Dan fisser appoġġ dirett mill-Istat (li fl-aħħar mill-aħħar huwa s-sid tal-art) fil-fażi tal-bidu tal-kumpanija. It-tieni kumpanija ġiet stabbilita wara x-xiri tal-assi ta' produttur statali tar-roti tal-aluminju f'kundizzjonijiet li mhumiex tas-suq li wasslu biex tawh vantaġġ mhux mistħoqq fil-fażi inizjali tal-ħajja tal-kumpanija. |
|
(43) |
Grupp ieħor qal li x-xiri tal-assi minn produttur statali twettaq f'kundizzjonijiet ta' suq. Minkejja dan, il-parti naqset milli turi li l-operazzjoni kollha tista' titqies bħala ħielsa mid-distorsjonijiet trasferiti mis-sistema ekonomika mhux tas-suq preċedenti. |
|
(44) |
Finalment, kumpaniji li jagħmlu parti minn grupp ieħor gawdew minn eżenzjonijiet ta' taxxa sinifikanti u appoġġ finanzjarju li kellu impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, meta mkejjel pereżempju f'termini ta' fatturat. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni kixfet uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-gruppi esportaturi kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, il-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża u lill-kwerelant. Huma ngħataw opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu. |
|
(46) |
Kien hemm grupp li kkontesta l-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tiddeċiedi fuq it-TES fi żmien l-iskadenza ta' tliet xhur stabbilita fir-Regolament bażiku, u ddikjara li l-esportaturi kienu ħadu l-passi kollha meħtieġa qabel din l-iskadenza biex il-Kummissjoni tkun tista' ssir taf x'effett id-deċiżjoni tagħha dwar dak l-istatus jista' jkollha fuq il-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Fi kliem ieħor, huwa ddikjarat li t-TES għandu jiġi evalwat fi żmien tliet xhur meta t-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-anti-dumping jiġu pprovduti fi żmien dik l-iskadenza. Altrimenti, hemm ir-riskju li l-informazzjoni pprovduta fil-kwestjonarju tal-anti-dumping jista' jkollha impatt fuq id-deċiżjoni biex jingħata t-TES. |
|
(47) |
Madankollu, fiċ-ċirkostanzi tal-każ preżenti, għandu jiġi enfasizzat li ma setgħetx tittieħed deċiżjoni dwar it-TES fl-iskadenza ta' tliet xhur għaliex ħafna mill-informazzjoni dwar it-TES inġabret waqt iż-żjajjar ta' verifika li spiċċaw wara l-iskadenza ta' tliet xhur. Fi kwalunkwe każ, kif ġie spjegat iktar 'il fuq, id-deċiżjoni li jiġi rrifjutat TES lill-gruppi esportaturi inklużi fil-kampjun ġiet ibbażata esklussivament fuq evalwazzjoni bir-reqqa tal-ħames kriterji tat-TES stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-regolament bażiku. |
|
(48) |
B'rabta mal-Kriterju 1 ġie ddikjarat li tabilħaqq hemm arbitraġġ bejn is-swieq Ċiniżi u l-LME għaliex kien hemm xi esportazzjonijiet żgħar ta' aluminju lejn u miċ-Ċina waqt il-Perjodu ta' Investigazzjoni. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat minħabba d-diverġenzi tal-livelli tal-prezzijiet bejn is-swieq Ċiniżi u l-LME. |
|
(49) |
Tqajmu għadd ta' kwistjonijet fir-rigward tal-Kriterju 2 dwar xi inkompatibilitajiet mal-IAS differenti li nstabu mill-Kummissjoni fil-kontijiet ta' żewġ kumpaniji. Madankollu, ma kien hemm xejn fl-argumenti li tressqu li jippermetti l-konklużjoni li ż-żewġ kumpaniji għandhom sett ċar ta' rekords ta' kontabilità li ġew ivverifikati skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità. |
|
(50) |
Fir-rigward tal-Kriterju 3 tressqu diversi argumenti. L-ewwel nett ġie ddikjarat li l-impatt tal-appoġġ finanzjarju, id-drittijiet tal-art u vantaġġi oħra bħall-eżenzjonijiet tat-taxxa ma kkawżawx distorsjonijiet sinifikanti fuq il-qagħda finanzjarja tal-kumpaniji. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat billi l-impatt ta' dawk l-iskemi huwa sinifikanti jekk jitkejjel f'termini ta' fatturat. |
|
(51) |
Ġie nnutat ukoll li għadd ta' skemi ta' appoġġ u vantaġġi fiskali ma kinux speċifiċi għall-kumpaniji u għalhekk, ma jistax jitqies li huma riżultat ta' effett ta' trasferiment minn sistema ekonomika mhux tas-suq. F'dan ir-rigward, għandu jkun enfasizzat li l-analiżi tat-TES tirrigwarda l-indħil mill-Istat kemm jekk għal kumpanija speċifika kif ukoll ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-bażi fattwali tal-allegazzjoni hija inkorretta. Tabilħaqq, il-vantaġġi li gawdew il-kumpaniji fil-każ preżenti jistgħu jitqiesu bħala speċifiċi għall-kumpaniji minħabba li kollha huma mmirati għal ċerti tip ta' kumpaniji: eż.: tkun kumpanija barranija, tkun stabbilita f'żona speċifika u li wettqet negozjati ad hoc mal-awtoritajiet lokali biex tirċievi s-sussidji, tixtri tagħmir domestiku, taġġorna t-teknoloġija, tipparteċipa fil-fieri, tagħmel investiment fir-riċerka u l-iżvilupp eċċ. |
|
(52) |
Finalment, tqajmet il-kwistjoni li l-eżenzjonijiet tat-taxxa u t-tnaqqis għall-kumpaniji barranin li daħlu fis-seħħ fl-2005 ma jikkostitwixxux distorsjoni ttrasferita minn sistema ekonomika mhux tas-suq. Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Tabilħaqq, il-Kriterju 3 ma jirreferix għal azzjonijiet limitati fiż-żmien (sal-1998 meta ċ-Ċina bdiet tapplika r-regoli tal-Ekonomija tas-Suq) jew fl-ambitu tagħhom, iżda għal azzjonijiet li jimplikaw l-involviment tal-Istat fid-definizzjoni tal-ambjent tan-negozju permezz ta' miżuri li huma tipiċi ta' ekonomija mhux tas-suq, bħal rati ta' taxxa diskriminatorji. |
|
(53) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar 'il fuq, l-ebda waħda mill-kumpaniji tar-RPĊ li kienu talbu TES ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku. Għalhekk, tqies li t-TES għandu jiġi rrifjutat għal dawn il-kumpaniji kollha. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u ma oġġezzjonax għal dawn konklużjonijiet. |
2. Trattament Individwali
|
(54) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qed jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk hemm, gћal dawk il-pajjiżi li jaqgћu taћt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ћlief gћal dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru, skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet tagћhom kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgћ huma determinati b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe ndћil mill-Istat ma jkunx tali li jippermetti l-kontravenzjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi jingћataw rati differenti ta’ dazju. |
|
(55) |
Il-gruppi ta' esportaturi kollha li talbu t-TES talbu ukoll it-trattament individwali f’każ li ma jingħatawx it-TES. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit b’mod provviżorju li tnejn mill-erba' kumpaniji fir-RPĊ issodisfaw ir-rekwiżiti kollha għat-trattament individwali. Żewġ gruppi inklużi fil-kampjun ġew imċaħħda mit-trattament individwali. Tabilħaqq, l-indħil tal-Istat fis-CITIC Dicastal and Baoding huwa tali li jippermetti li wieħed jevita l-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta' dazju b'mod partikolari jekk wieħed iqis il-fatt li dawn iż-żewġ gruppi għandhom żewġ intrapriżi konġunti komuni li qed jipproduċu l-prodott ikkonċernat. |
|
(56) |
Mill-erba' gruppi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, għandu jiġi approvat eżami individwali lill-gruppi li ġejjin:
|
3. Valur normali
3.1. Għażla ta' pajjiż analogu
|
(57) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx it-TES, gћandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f’pajjiż analogu. |
|
(58) |
Fl-avviż ta’ bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lit-Turkija bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan. |
|
(59) |
Esportatur wieħed biss oġġezzjona għal din l-għażla u ppropona lill-Malasja bħala pajjiż alternattiv iżda ddikjara fi stadju iktar tard li l-kumpaniji tal-Malasja ma kinux lesti jikkooperaw mal-Kummissjoni.. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-Turkija kinitx għażla raġonevoli ta’ pajjiż analogu. Ġie konkluż li t-Turkija, b'ħames produtturi nazzjonali u importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi terzi huwa suq b'livell għoli ta' kompetizzjoni. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda differenza sinifikanti fil-proċess ta' produzzjoni bejn il-produtturi fit-Turkija u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Fir-rigward ta' dan ta' hawn fuq, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda raġuni għaliex it-Turkija ma kinitx adattata għall-għan biex jiġi stabbilit valur normali. Barra minn hekk, il-produtturi Torok ibiegħu tipi ta' prodotti komparabbli għal dawk esportati mir-RPĊ. |
|
(61) |
Żewġ produtturi fit-Turkija wieġbu għall-kwestjonarju mibgħut lill-produtturi kollha tar-roti tal-aluminju fit-Turkija. |
|
(62) |
Id-dejta ppreżentata fit-tweġibiet tal-produtturi Torok li kkooperaw kienet verifikata fuq il-post u nstabet li kienet informazzjoni affidabbli li fuqha seta' jiġi bbażat il-valur normali. |
|
(63) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li t-Turkija hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.1. Id-determinazzjoni tal-valur normali
|
(64) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata li ġiet provduta mill-produttur fil-pajjiż analogu kif stabbilit hawn taħt: |
|
(65) |
Il-prodott ikkonċernat inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fuq is-suq domestiku Tork. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni investigat jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
(67) |
Meta l-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew iktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dan it-tip matul il-PI, kien jew ma kienx bi profitt dan il-bejgħ. |
|
(68) |
Meta l-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien inqas mill-kost ta’ produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja differenzjata ta’ bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss. |
|
(69) |
Għal tip wieħed biss fejn ma jkun sar l-ebda bejgħ bi profitt, il-valur normali ġie bbażat fuq l-ispejjeż ta' manifattura tat-tip tal-prodott mibjugħ fis-suq domestiku, biż-żieda ta' spejjeż ta' bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A costs”) u valur raġonevoli għal profitt fuq is-suq domestiku. |
|
(70) |
Finalment, għal għadd limitat ta' tipi ta' prodotti, il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' valur normali għal tipi komparabbli ta' prodotti b'xi adattar għal differenzi fiżiċi. |
3.2. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni
|
(71) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti. |
|
(72) |
F'każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta' importatur relatat jew operatur tas-suq, il-prezzijiet ta' esportazzjoni ġew iffissati skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid ta' dak l-importatur relatat/l-importatur għall-ewwel konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li kien hemm bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, u l-profitt. Fir-rigward tal-marġni ta' profitt, il-profitt li jkun sar minn importatur/operatur tas-suq mhux relatat mill-prodott ikkonċernat intuża minħabba li l-profitt effettiv tal-importatur/operatur tas-suq ma tqiesx affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi u l-importatur/operatur tas-suq relatat. |
3.3. Tqabbil
|
(73) |
Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(74) |
It-tqabbil tal-prezzijiet bejn ir-roti esportati mir-RPĊ u dawk mibjugħa fis-suq Tork mill-produtturi Torok li kkooperaw sar billi saret distinzjoni bejn il-bejgħ għall-OEMs u l-bejgħ li sar fl-aftermarket. |
|
(75) |
Barra minn dan ta' hawn fuq, saru aġġustamenti xierqa dwar it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, it-tassazzjoni indiretta u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza vverifikata. |
4. Il-marġnijiet ta' dumping
4.1. Gћall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun u li ngћataw IT
|
(76) |
Għaż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun li ngħataw l-IT, il-marġnijiet tad-dumping ġew stabbiliti billi tqabbel il-medja tal-valur normali b'piż differenzjat stabbilit għall-produtturi Torok li kkooperaw bis-sħiħ mal-medja ta' kull prezz ta' esportazzjoni b'piż differenzjat għall-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
|
(77) |
Il-marġnijiet tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4.2. Gћall-produtturi esportaturi li jikkooperaw l-oћra kollha
|
(78) |
Il-marġni tad-dumping għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun li ma ngħatawx it-TES jew l-IT u għall-kumpaniji li kkooperaw iżda li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat bħala l-medja ta' piż differenzjat tar-riżultati tal-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun. Għaż-żewġ kumpaniji li ma ngħatawx it-TES jew l-IT il-kalkoli saru fl-istess mod kif deskritt fil-paragrafu 76. Dan il-marġni ta’ dumping espress bħal perċentwal tal-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea, mingħajr dazju mħallas huwa ta’ 48,7 %. |
4.3. Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha
|
(79) |
Billi l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet għolja ħafna, il-marġni tad-dumping mal-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ kien ikkalkulat bl-użu tal-ogħla marġni ta' dumping stabbilit fuq il-bażi ta' tranżazzjonijiet li saru minn produttur esportatur li kkoopera. Dan il-marġni ta’ dumping espress bħala perċentwal tal-prezz ta' importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea, mingħajr dazju mħallas huwa ta’ 69,3 %. |
D. DANNU
1. Produzzjoni tal-Unjoni
|
(80) |
L-ARWs huma prodotti minn madwar 30 kumpanija, li jinsabu f'bosta pajjiżi tal-UE. Il-kumpaniji li appoġġjaw l-ilment u kkooperaw fl-investigazzjoni irrappreżentaw iktar minn 85% tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-PI. |
|
(81) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-appoġġ għall-investigazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż informazzjoni pprovduta fl-ilment, dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara t-tnedija tal-investigazzjoni, l-informazzjoni miksuba mill-produtturi inklużi fil-kampjun, u produtturi oħra li kkooperaw. Din l-informazzjoni ppermettiet li tiġi kkonfermata l-eżistenza u l-livell ta' produzzjoni anke ta' dawk il-produtturi li ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
|
(82) |
Produttur inkluż fil-kampjun instab li importa u reġa' biegħ il-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni mir-RPĊ. Madankollu, bi tqabbil mal-bejgħ totali tiegħu, l-importazzjonijiet baqgħu marġinali u ma jaffettwawx il-kwalifika tiegħu bħala produttur tal-Unjoni. |
2. Konsum tal-Unjoni
|
(83) |
Waqt il-perjodu meqjus il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej.
|
|
(84) |
Il-konsum tal-Unjoni (5) ġie stabbilit billi żdiedu l-importazzjonijiet ibbażati fuq id-dejta tal-Eurostat għall-bejgħ tal-UE mill-produtturi tal-Unjoni. L-importazzjonijiet tal-ARWs ġew koperti b'żewġ ex kodiċi NM li jinkludu wkoll prodotti oħra. Sabiex tiġi evalwata l-parti tal-ARWs taħt kull kodiċi NM, is-sehem tagħhom impurtat taħt il-kodiċi NM 8708 70 10 u 8708 70 50 ġie stabbilit pajjiż pajjiż fuq bażi tal-metodoloġija suġġerita fl-ilment. Hekk kif l-importazzjonijiet ġew irreġistrati permezz tal-piż, il-konverżjoni fl-unitajiet sar ukoll b'referenza għall-metodoloġija ssuġġerita fl-ilment (li tuża l-piż medju għal kull unità). Din id-dejta ġiet iċċekkjata u kkonfermata bid-dejta fornuta mill-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Il-kunsinni tal-UE ġew ikkalkulati billi żdiedu dawk li saru mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma' dawk li saru minn produtturi oħra (id-dejta miġbura qabel il-ftuħ tal-inkjesta, miksuba mill-ilment, ċerti stimi li saru fuq il-bażi ta' dejta ta' produtturi inklużi fil-kampjun). |
|
(85) |
Kollox ma' kollox, il-konsum naqas bi 15,5 % fuq il-perjodu meqjus iżda segwiet andament irregolari, bi tnaqqis kbir ta' 15,1 % bejn l-2008 u l-PI. Dan żdied minn 58,6 miljun unità fl-2006, għal 62,4 miljun unità fl-2007 u mbagħad niżel għal 58,3 miljun unità fl-2008 u għal 49,5 % miljun unità fil-PI. |
3. L-importazzjonijiet mir-RPĊ
3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
|
(86) |
L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bħala volum u bħala sehem mis-suq kienet kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(87) |
Il-volum tal-importazzjoni Ċiniżi żdiedu minn 3,7 miljun unità fl-2006, għal 5,1 miljun unità fl-2007, 5,8 miljun unità fl-2008 u 6,1 miljun unità fl-IP. Għalhekk żdied iktar minn 66 % bejn l-2006 u l-PI. |
|
(88) |
Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi rdoppja. Dan żdied minn 6,3 % fl-2006, għal 8,2 % fl-2007, għal 10 % fl-2008 u 12,4 % fil-PI. Kollox ma' kollox, l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu 6,1 punti perċentwali tas-sehem tas-suq tul il-perjodu meqjus. |
3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet
|
(89) |
It-tabella ta' hawn taħt tqabbel il-medja prezzijiet Ċiniżi għall-importazzjoni (bbażata fuq l-Eurostat billi l-kwestjonarji tal-esportaturi jirrelataw biss għall-PI iżda mhux għas-snin preċedenti) mal-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.
|
|
(90) |
Il-medja tal-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ waqgħet kontinwament bejn l-2006 u l-2008 b'9,5 % u mbagħad telgħu ftit fil-PI b'0,5 %. Matul il-perjodu meqjus, dawn il-prezzijiet naqsu bi 8 %. |
|
(91) |
Fuq il-bażi ta' dan it-tqabbil fil-prezzijiet, jista' jiġi konkluż li l-prezzijiet Ċiniżi ta' importazzjoni, f'termini kumplessivi, kienu b'mod kontinwu u b'mod sinifikanti inqas mill-prezzijiet tal-produtturi tul il-perjodu kkunsidrat, li sforza lil dawn tal-aħħar li jnaqqsu sew il-prezzijiet tagħhom. |
3.3. Twaqqigħ tal-prezz
3.3.1. Kummenti ġenerali
|
(92) |
Il-każ attwali hu kkaratterizzat mill-qasma segmentali f'żewġ kanali ta' distribuzzjoni, jiġifieri s-segment OEM u dak AM. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni tikkonċentra fuq is-segment OEM, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi huma diretti prinċipalment għas-segment AM (madwar 70 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ). Għaldaqstant, hemm nuqqas ta' simetrija fid-direzzjoni segmentali tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fuq naħa u l-importazzjonijiet Ċiniżi fuq in-naħa l-oħra. |
3.3.2. Twaqqigħ tal-prezz
|
(93) |
Sar tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni bejn il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun u l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun kienu dawk lil konsumaturi indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell ex-works, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-merkanzija fl-Unjoni u wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-rifużjonijiet. |
|
(94) |
Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, bl-iskonti mnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћas-CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, b’aġġustament xieraq gћall-ispejjeż tal-approvazzjoni doganali u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(95) |
It-tqabbil wera li matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegħu fl-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, b'differenza f'perċentwali ta' bejn 22 u 37 %, imsejsa fuq id-dejta ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Minn dan il-livell ta' twaqqigħ u l-iżvilupp negattiv tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni, jidher ċar li kien seħħ tnaqqis sostanzjali tal-prezzijiet. |
|
(96) |
Xi partijiet iddikjaraw li l-livell ta' twaqqigħ għandu jiġi kkalkolat b'referenza għall-komponent “valur miżjud” tal-prezz biss (minbarra l-ispiża tal-aluminju). Tabilħaqq, l-użu ta' din il-metodoloġija jwassal għal livell saħansitra ogħla ta' twaqqigħ. Madankollu, meta jitqies li l-livelli ta' twaqqigħ ikkalkolati b'referenza għall-prezz sħiħ kienu diġà sostanzjali, dan il-metodu ma ġiex esplorat aktar. |
|
(97) |
Il-livell għoli ta' twaqqigħ flimkien mat-tnaqqis tal-prezzijiet (ara l-premessa 3.2 et seq) min-naħa tal-industrija tal-Unjoni juri l-effett qawwi ta' dumping f'dan il-każ. |
|
(98) |
Sabiex jiġu antiċipati xi mistoqsijiet possibbli dwar id-differenzi bejn iż-żewġ segmenti, saret analiżi separata għaż-żewġ segmenti, imsejsa fuq l-istess metodoloġija kif deskritta hawn fuq. It-twaqqigħ għadu sostanzjali fiż-żewġ segmenti (bejn 13 u 30 % għall-bejgħ OEM u bejn 56 u 63 % għall-bejgħ AM). |
4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
|
(99) |
It-tabella li ġejja turi l-iżviluppi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ.
|
|
(100) |
Kif jidher hawn fuq, it-Turkija hija t-tieni l-akbar importatur wara r-RPĊ b'sehem mis-suq sostanzjali iżda relattivament stabbli. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u t-Turkija naqqsu s-sehem mis-suq tagħhom minn 9 % fl-2006 għal 8,4 % fil-PI. L-impatt tal-prezzijiet ta' dawk l-importazzjonijiet fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hu diskuss fil-premessi 3.1.1 et seq. |
5. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni
5.1. Ġenerali
|
(101) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2006 sal-PI. |
|
(102) |
Kif spjegat hawn fuq, kellhom jintużaw id-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta' kampjuni. Għall-iskop tal-analiżi tad-dannu, l-indikaturi tad-dannu ġew analizzati fiż-żewġ livelli li ġejjin.
|
5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.2.1. Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(103) |
It-tabella hawn taħt tindika l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità fuq il-bażi tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni:
|
|
(104) |
Kif jidher fit-tabella hawn fuq, il-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli għal madwar 49,5 miljun unità fl-2006 u fl-2007, u mbagħad naqset għal 45,2 miljun unità fl-2008 u 37,6 miljun unità fil-PI, bi tnaqqis ta' 24 % matul il-perjodu meqjus. Il-kapaċità ta' utilizzazzjoni naqset b'19,4 punti perċentwali matul l-istess perjodu. |
|
(105) |
Il-kawża prinċipali tat-tnaqqis tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità, fil-preżenza ta' tnaqqis fil-kapaċità, tista' tiġi attribwita biss għat-tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni. |
5.2.2. Il-volumi ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(106) |
Iċ-ċifri hawn taħt jippreżentaw il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji ta' bejgħ fuq il-bażi tal-produtturi kollha tal-Unjoni.
|
|
(107) |
Il-bejgħ tal-UE żdied minn 45,4 miljun unità fl-2006 għal 46,6 miljun unità fl-2007 u mbagħad niżel għal 42,8 miljun unità fl-2008 u 35,7 miljun unità fil-PI. B'kollox, il-bejgħ tal-UE naqas b'21 % matul il-perjodu meqjus. |
|
(108) |
Il-produtturi kollha tal-UE komplew jitilfu s-sehem mis-suq, minn 78 % fl-2006 għal 75 % fl-2007, 74 % fl-2008 u 72 % fil-PI. It-total ta' telf hu ta' sitt punti perċentwali tul il-perjodu meqjus. Fl-istess żmien, l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu madwar sitt punti perċentwali tas-sehem mis-suq. |
5.2.3. L-impjiegi, il-produttività u l-pagi
|
|
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
|
Numru ta' impjegati |
14 204 |
14 818 |
14 309 |
12 981 |
|
Indiċijiet 2006 = 100 |
100 |
104 |
101 |
91 |
|
Produttività (unità/impjegat) |
3 500 |
3 341 |
3 164 |
2 903 |
|
Indiċijiet 2006 = 100 |
100 |
95 |
90 |
83 |
|
Pagi annwali (EUR) |
22 371 |
20 007 |
18 649 |
18 420 |
|
Indiċijiet 2006 = 100 |
100 |
89 |
83 |
82 |
|
(109) |
L-impjiegi żdiedu minn 14 204 impjegati fi tmiem l-2006 għal 14 818-il impjegat fit-tmiem l-2007, naqsu għal 14 309 impjegati fi tmiem l-2008 u komplew jonqsu għal 12 981 impjegat fi tmiem il-PI. B'mod partikolari bejn l-2008 u l-PI, kien hemm telf ta' 1 328 impjieg li jikkorrispondi għal aktar minn wieħed minn kull għaxar ħaddiema f'sitt xhur. |
|
(110) |
Fl-istess waqt, il-produttività żviluppat minn 3 500 unità għal kull impjegat fl-2006 għal 3 341 unità għal kull impjegat fl-2007, 3 164 unità għal kull impjegat fl-2008 u 2 903 unitajiet għal kull impjegat fil-PI. It-tnaqqis fil-produttività b'mod partikolari bejn l-2008 u l-PI jista' jiġi spjegat bil-fatt li t-tibdil fl-għadd ta' ħaddiema ma mexiex bl-istess pass bħat-tnaqqis fil-produzzjoni. Dan hu spjegat mill-possibbiltà limitata għal din l-industrija għall-konverżjoni mill-ġdid jew l-għeluq temporanju ta' makkinarju u s-sospensjoni tal-ispejjeż għoljin marbuta mal-kontribuzzjonijiet tal-persunal fil-każ ta' sensji. L-investigazzjoni wriet li b'mod partikolari bejn l-2008 u l-PI, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' impjiegi. L-ispiża tal-pagi naqset fil-perjodu meqjus. L-investimenti li saru mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI mistennija li jkomplu jżidu l-effiċjenza u l-produttività tagħha fil-medda medja u twila ta' żmien. |
5.2.4. Id-daqs tal-marġni effettiv ta' dumping
|
(111) |
Il-marġnijiet ta' dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġnijiet kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġni effettiv ta' dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli. |
5.2.5. Is-sitwazzjoni tal-kuntratti
|
(112) |
Kif indikat fil-premessa (19) et seq il-biċċa l-kbira tal-ARWs prodotti mill-Unjoni jinbiegħu permezz ta' proċeduri tal-offerti bħala medja sentejn qabel it-tnedija ta' mudell ġdid ta' karozza. Għaldaqstant, il-Kummissjoni investigat ukoll il-kuntratti konklużi fil-perjodu meqjus (li għandhom jitwettqu wara l-PI) sabiex tistabbilixxi jekk tistax tasal għal xi konklużjoni dwar l-iżvilupp probabbli tal-kunsinni min-naħa tal-industrija tal-Unjoni wara l-PI. Madankollu, id-dejta miġbura ma tippermettix li jintlaħqu konklużjonijiet sodi f'dan l-istadju u għalhekk se tiġi investigata aktar. |
5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.3.1. Kumment ġenerali
|
(113) |
Tlieta mis-sitt produtturi inklużi fil-kampjun huma gruppi kbar b'faċilitajiet ta' produzzjoni f'diversi Stati Membri filwaqt li t-tlieta l-oħra għandhom strutturi aktar limitati kkonċentrati f'wieħed jew f'żewġ Stati Membri. Matul il-perjodu investigat, ingħalqu tliet siti ta' produzzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun, l-ewwel wieħed fl-2006, it-tieni fl-2008 ftit qabel il-PI u l-aħħar wieħed lejn tmiem il-PI. |
5.3.2. Ħażniet
|
(114) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volum ta' ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, fi tmiem kull perjodu:
|
|
(115) |
Il-ħażniet baqgħu taħt it-12 % tal-produzzjoni. Ta' min ifakkar li dan l-indikatur mhuwiex rilevanti ħafna billi l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-ARWs issir mill-industrija fuq ordni; il-ħażniet fi żmien determinat jirrappreżentaw prinċipalment il-merkanzija mibjugħa iżda mhux ikkunsinjata. |
5.3.3. Prezzijiet tal-bejgħ
|
(116) |
Il-prezzijiet unitarji ta' bejgħ tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun kienu stabbli fl-2006 u l-2007 b'madwar EUR 49 kull unità iżda naqsu għal EUR 48 kull unità fl-2008 u EUR 46,5 kull unità fil-PI. Dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta' aktar minn 6 % tul il-perjodu meqjus, u juri wkoll tnaqqis sostanzjali fil-PI. (ara t-tabella fil-premessa 3.2). |
5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-likwidità, ir-redditu fuq l-investiment, il-possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investiment
|
(117) |
Il-profittabbiltà għall-prodott simili ġiet stabbilita billi l-qligħ nett tal-bejgħ tal-prodott simili qabel it-taxxa, mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, ġie espress bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Filwaqt li l-profittabbiltà għall-2006 u l-2007 kienet għadha fil-pożittiv, is-sitwazzjoni nbidlet drastikament fl-2008 u fil-PI minħabba tnaqqis fil-volum ta' bejgħ flimkien ma' tnaqqis fil-prezzijiet ta' bejgħ, bi struttura tal-ispejjeż riġida tal-industrija bi spejjeż fissi għoljin.
|
|
(118) |
Ix-xejra għall-investimenti fil-prodott ikkonċernat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun hi murija fit-tabella li ġejja.
|
|
(119) |
It-tabella turi li l-industrija tal-Unjoni żiedet l-investimenti tagħha fil-prodott ikkonċernat, anki meta ħabbtet wiċċha ma' tnaqqis fil-profittabbiltà. L-investimenti saru prinċipalment għall-makkinarju sabiex titjieb l-effiċjenza. Dawn l-investimenti li kull ma jmur dejjem jiżdiedu juru li l-industrija kien għad għandha l-kapaċità li tikseb il-kapital. |
|
(120) |
Madankollu, minkejja dawn l-isforzi, ir-redditu fuq l-investimenti (ROI) tal-prodott ikkonċernat ikkollassa matul il-perjodu meqjus, u laħaq - 40 % fil-PI. Dan jikkonferma l-erożjoni tal-profittabbiltà tal-industrija kif ukoll l-inkapaċità tagħha li tiġġenera qligħ mill-investimenti.
|
|
(121) |
Il-produtturi inklużi fil-kampjun esperjenzaw ukoll tnaqqis fil-fluss operattiv tal-likwidità ta' 8,1 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus li jirrifletti fil-biċċa l-kbira t-tnaqqis fil-profittabbiltà. Il-kollass ta' dan l-indikatur ma jistax jiġi attribwit għaż-żieda fl-investimenti iżda jrid jinħareġ min-negozju operattiv li jiġġenera inqas likwidità. Fil-fatt, billi l-industrija strutturalment teħtieġ injezzjonijiet kostanti ta' likwidità għall-assi fissi, it-tnaqqis fil-fluss tal-likwidità jiżvela d-dgħufija li kull ma tmur dejjem tikber tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-inkapaċità tagħha li tiddependi fuq finanzjar awtonomu. |
5.3.5. L-ispejjeż ta' produzzjoni u l-ispiża tal-materja prima
|
(122) |
It-tabella ta' hawn taħt tiżviluppa l-ispiża medja għal kull tunnellata tal-prodott ikkonċernat għall-produtturi inklużi fil-kampjun.
|
|
(123) |
L-ispiża medja baqgħet kostanti matul il-perjodu meqjus f'livell ta' madwar EUR 50 għal kull unità bħala medja. |
6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(124) |
Fid-dawl ta' dan kollu, ġie konkluż provviżorjament li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali. Din il-konklużjoni hi tabilħaqq imsaħħa permezz tal-għadd ta' kumpaniji jew siti ta' produzzjoni li kieku kienu jagħlqu (ħamsa fis-segment OEM) jew li kieku kienu jgħaddu minn proċeduri ta' insolvenza (21 fis-segment AM u erbgħa fis-segment OEM) matul il-perjodu meqjus. |
E. KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
|
(125) |
Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolamenti bażiku, ġie eżaminat jekk id-dannu sostanzjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ġiex ikkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, fatturi magħrufa, għajr l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping, li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġew eżaminati biex ikun żgurat li kull dannu kkawżat minn dawk il-fatturi ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. |
2. Impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
2.1. Ġenerali
|
(126) |
Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li kisbu sitt punti perċentwali tas-sehem mis-suq bejn l-2006 u l-PI, u t-telf tas-sehem mis-suq ta' sitt punti perċentwali li l-produtturi tal-Unjoni ġarrbu b'mod parallel matul l-istess perjodu. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll l-eżistenza ta' effetti negattivi fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li kontinwament iwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(127) |
Waħda mill-partijiet iddikjarat li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi hu żgħir wisq biex jikkawża dannu materjali. Madankollu, sehem kumplessiv mis-suq ta' 12 % f'suq sensittiv għall-prezzijiet (u dan speċjalment fis-segment OEM) ma jistax jitqies żgħir. |
|
(128) |
Ta' min ifakkar ukoll li l-volumi ta' importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'madwar 65 % u s-sehem mis-suq proġettat tagħhom kważi rdoppja matul il-perjodu meqjus. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa 3.1 et seq, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu bi 8 % (ara l-premessa 3.2 et seq) u kien qed iseħħ twaqqigħ sostanzjali tal-prezz (ara l-premessa 3.3.2 et seq). Tabilħaqq, il-fatturi ewlenin li għandhom jitqiesu f'dan il-każ huma ż-żieda qawwija ta' importazzjonijiet u t-twaqqigħ sostanzjali tal-prezz. |
|
(129) |
L-industrija tal-Unjoni rreaġixxiet għad-dumping dannuż billi naqqset il-prezzijiet tagħha sa mill-2007. Madankollu, minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li żżomm is-sehem tagħha mis-suq minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet. Fil-proċessi ta' sejħiet għal offerti dwar is-segment OEM, instab li l-offerti Ċiniżi bi prezzijiet baxxi kellhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-prezzijiet offrut mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet min-naħa tal-industrija tal-Unjoni, il-prezz ta' bejgħ medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqa' inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni naqas konsiderevolment matul il-perjodu meqjus. Meta jitqies li l-prezzijiet Ċiniżi fil-PI komplew naqsu meta mqabbla mal-2006, l-industrija tal-Unjoni kellha għal darb'oħra tnaqqas il-prezzijiet tagħha biex tkun tista' tissokta l-attività tagħha. Il-profittabbiltà tagħha waqgħet taħt il-punt fejn id-dħul jibbilanċja l-infiq – u għalhekk maż-żmien mhux se tkun tista' tissokta l-attività tagħha. |
|
(130) |
Għaldaqstant, jidher ċar li hemm rabta qawwija bejn iż-żieda sinifikanti fil-volumi ta' importazzjonijiet bi prezzijiet dejjem aktar baxxi u d-dannu osservat fl-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, wieħed jista' jikkonkludi, f'dan l-istadju, li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
2.2. Qasma segmentali fil-prodott ikkonċernat
|
(131) |
Ġie sostnut li l-OEM u l-AM huma żewġ kanali ta' bejgħ separati, mingħajr ebda interazzjoni sinifikanti bejniethom. Fuq bażi ta' dan, ġie ddikjarat b'mod partikolari li d-dannu tal-industrija tal-Unjoni, li talloka l-biċċa l-kbira tal-bejgħ tagħha lis-segment OEM (85 % għal produtturi inklużi fil-kampjun), ma setax ġie kkawżat minn importazzjonijiet Ċiniżi li jikkonċentraw b'mod predominanti fuq is-segment AM u għandhom preżenza limitata fis-segment OEM. |
|
(132) |
Għalkemm il-kanali ta' distribuzzjoni huma tabilħaqq separati, skont is-sejbiet tal-Kummissjoni, madankollu tista' sseħħ ċerta interazzjoni, anki jekk mhux diretta. Madankollu, sabiex tinkiseb l-aktar stampa kompluta possibbli tas-sitwazzjoni attwali, iż-żewġ segmenti tqiesu separatament. |
|
(133) |
Fir-rigward tas-segment AM, id-dannu li nstab jista' ċertament jiġi attribwit għall-volumi għoljin ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi li jirrappreżentaw sa 34 % ta' dan is-segment. Fis-segment OEM, li jikkostitwixxi l-parti kbira tal-konsum tal-UE (35 miljun unità minn madwar 50), il-preżenza Ċiniża f'termini ta' volumi hi ferm iżgħar (b'massimu ta' 6 %). Madankollu, kif diġà ġie spjegat wieħed għandu jżomm f'moħħu li d-dannu mġarrab b'rabta mal-bejgħ OEM hu dovut għall-prezzijiet Ċiniżi baxxi u hu tabilħaqq marbut mal-prezz. B'mod aktar speċifiku, hemm indikazzjonijiet li l-produtturi tal-karozzi jużaw l-offerti Ċiniżi bħala punt ta' riferiment u dan jobbligahom iwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-ARWs tal-UE fil-proċessi ta' sejħiet għal offerti. Sabiex jibqgħu preżenti fis-suq, il-produtturi tal-Unjoni ma għandhom tabilħaqq l-ebda għażla għajr dik li jċedu u jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom. |
|
(134) |
Barra minn hekk, wieħed ma jistax jeskludi li x-xejriet negattivi tal-prezzijiet fis-segment AM għandhom effett fuq il-prezzijiet tas-segment OEM. Fil-fatt, tqabbil tal-prezzijiet medji AM u OEM juri li filwaqt li dawn tal-aħħar kienu bħala medja ogħla minn dawk ta' qabel sal-2007, din ix-xejra nbidlet fl-2008 u fil-PI. Dan juri li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fuq is-segment OEM kienet aktar qawwija matul l-aħħar snin. |
|
(135) |
Għaldaqstant, qed jitqies b'mod provviżorju li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni kemm fuq is-segmenti AM kif ukoll fuq dawk OEM. Dan, fi kwalunkwe każ se jiġi investigat aktar fil-fond. |
3. Effetti ta’ fatturi oħra
3.1. L-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ
3.1.1. L-impatt tal-importazzjonijiet mit-Turkija
|
(136) |
Kif jidher fil-premessa 4 et seq, it-Turkija hija t-tieni l-akbar importatur wara ċ-Ċina. Matul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet Torok kellhom sehem mis-suq ta' madwar 7 % fis-suq tal-UE. It-tabella ta' hawn taħt tqabbel il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha ma' dawk tal-produtturi tal-UE.
|
|
(137) |
Matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet Torok kienu kontinwament aktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun, ħlief fl-2008. Fil-PI, id-differenzjali tal-prezz bejn il-prezzijiet tal-produtturi Torok u dawk tal-produtturi tal-Unjoni kienet tammonta għal EUR 5,7 (+/- 12,3 % tal-prezzijiet tal-UE) filwaqt li d-differenzjali tal-prezz korrispondenti għaċ-Ċina kienet tammonta għal EUR 14,5 (+/- 31 %). Fid-dawl ta' dan, hu raġonevoli li wieħed jikkonkludi b'mod provviżorju li fil-PI, il-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjonijiet mit-Turkija kellhom xi impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-UE, iżda mhux tali li jħassru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
3.1.2. L-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr it-Turkija
|
(138) |
Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina u t-Turkija, is-sehem tas-suq kumulattiv tagħhom naqas minn 9 % fl-2006 għal 8,3 % fil-PI (ara l-premessa 4). Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet korrispondenti baqgħu simili għal dawk tal-produtturi tal-Unjoni. Fid-dawl ta' dan kollu, jitqies li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina u t-Turkija ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
3.2. L-impatt tal-kriżi ekonomika
|
(139) |
Xi partijiet iddikjaraw li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ġew assorbiti minn żieda fil-konsum tal-UE fl-2007 u li t-tnaqqis fil-konsum fl-2008 ħabat mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u t-tnaqqis parallel tal-bejgħ tal-industrija tal-karozzi. Skont dan l-argument, dawn il-fatturi kienu l-kawżi ewlenin tar-prestazzjoni dgħajfa mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(140) |
Il-kriżi ekonomika tabilħaqq affettwat ħażin il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis fil-livelli ta' konsum u l-effetti negattivi fuq il-prezzijiet. Bejn l-2008 u l-PI, il-konsum naqas b'14,5 %. |
|
(141) |
Il-produtturi tal-ARWs joperaw f'simbjożi mal-industrija tal-karozzi li ntlaqtet serjament mill-kriżi. It-tabella ta' hawn taħt turi l-iżvilupp tal-volumi ta' produzzjoni tal-karozzi fl-Ewropa fil-perjodu meqjus. Huwa veru li l-karozzi jinkorporaw ARWs tal-aluminju jew tal-azzar, u huwa diffiċli biex wieħed jistabbilixxi f'liema proporzjon. Madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li dan il-proporzjon inbidel b'mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li t-tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni tal-karozzi, li tabilħaqq naqas konsiderevolment mit-tmiem l-2008 sal-PI, seta' kellu impatt fuq il-volum ta' bejgħ tal-produtturi tal-ARWs. It-tabella ta' hawn taħt turi li t-tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni kien tabilħaqq aktar minn 15 % bejn l-2008 u l-PI.
|
|
(142) |
Madankollu, l-analiżi tal-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni turi li x-xejra negattiva bdiet ferm qabel il-kriżi ekonomika u ħabtet fiż-żmien mal-bidu tal-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq. Iċ-ċifri tal-profittabbiltà, pereżempju, juru li x-xejra negattiva bdiet bejn l-2006 u l-2007 (tnaqqis ta' 2,5 punti perċentwali), issoktat bejn l-2007 u l-2008 (tnaqqis ieħor ta' 2,2 punti perċentwali) sakemm laħqet valur minimu ta' 6,9 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. |
|
(143) |
Barra minn hekk, il-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq kompliet tiżdied minkejja t-tnaqqis fil-konsum, u laħqet it-12,4 % fil-PI. Il-volumi u s-sehem mis-suq tagħhom żdiedu b'mod stabbli u l-prezzijiet tagħhom kienu dejjem inferjuri għal dawk tal-industrija tal-UE. Madankollu, wieħed kien jistenna raġonevolment li l-kriżi kienet se taffettwa bl-istess mod l-operaturi kollha fis-suq. Minkejja dan, kif spjegat hawn fuq, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi minn dawk tal-UE fis-sitwazzjoni kkonċernata. Għaldaqstant, hu raġonevoli li wieħed jikkonkludi li kieku ma seħħitx il-kriżi ekonomika, il-volumi u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu se jiżdiedu saħansitra aktar. |
|
(144) |
Fid-dawl ta' dan kollu, wieħed jista' jassumi li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, anki jekk ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, ma jidhirx li fih innifsu huwa fattur li jista' jħassar ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping u d-dannu materjali. Għall-kuntrarju, f'kundizzjonijiet normali l-volumi ta' importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom jonqsu b'konformità mat-tnaqqis fil-konsum, bħalma għamlu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u b'mod partikolari l-bejgħ mill-industrija tal-UE (li, ta' min ifakkar, naqas b'mod parallel maż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi). |
3.3. L-impatt tat-tibdil fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni mill-industrija tal-Unjoni
|
(145) |
L-attività ta' esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni baqgħet baxxa matul il-perjodu meqjus (inqas minn 2 % tat-total ta' bejgħ tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun). Għaldaqstant, din ma setax kellha impatt negattiv fuq il-qagħda dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni u ma tistax tħassar ir-rabta kawżali. |
3.4. Il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni u l-konċentrazzjoni fuq is-suq tal-UE
|
(146) |
L-għadd ta' produtturi ta' ARWs (madwar 30) li joperaw fis-suq tal-UE jagħti x'wieħed jifhem li s-suq tal-UE hu kompetittiv ħafna għalkemm hu karatterizzat ukoll minn livell għoli ta' konċentrazzjoni industrijali fejn it-tliet l-akbar kumpaniji għandhom sehem ta' 60 % tat-total ta' produzzjoni, tnejn oħra għandhom sehem ta' madwar 8 % u mbagħad erbgħa ta' madwar 4 %. Id-dejta disponibbli dwar il-volumi ta' produzzjoni turi li l-produtturi l-oħra huma kumpaniji ta' daqs żgħir jew medju. |
|
(147) |
Ta' min jinnota li għadd ta' produtturi żgħar temmew il-produzzjoni tagħhom qabel l-2008, fl-2008 u fil-PI. Dan jista' jissuġġerixxi li l-kompetizzjoni fost il-produtturi tal-Unjoni u l-proċess evidenti ta' konċentrazzjoni li għaddej, ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, id-dejta tal-investigazzjoni turi li mhumiex il-produtturi żgħar biss li sfaw milquta. Fil-fatt, il-produtturi kbar u żgħar huma influwenzati b'mod simili mill-iżviluppi li għaddejjin. Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-kompetizzjoni fost il-produtturi tal-Unjoni kkontribwiet b'xi mod sinifikanti għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
3.5. Il-preferenzi tal-konsumaturi fir-rigward tar-roti tal-aluminju u tal-azzar
|
(148) |
Ġie argumentat li t-tnaqqis fid-domanda għal ARWs jista' jkun relatat mal-kriżi ekonomika u mal-bidla fil-preferenzi tal-konsumaturi li jistgħu jagħżlu roti tal-azzar li jiswew inqas. Madankollu, ma tressaq l-ebda element li jsostni din l-allegazzjoni. F'dan l-istadju, u fin-nuqqas ta' kull dejta rreġistrata li tista' ssostni dan l-argument, dan l-iżvilupp ma jistax jiġi kkonfermat. |
3.6. Firxa ta' prodotti
|
(149) |
Xi partijiet iddikjaraw li ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi kienet dovuta għal żieda fid-domanda għal tipi speċifiċi ta' roti ta' livell teknoloġiku għoli manifatturati fir-RPĊ (jiġifieri roti manifatturati permezz ta' forġa jew dawk flow-formed), li ma jkunux manifatturati (fi kwantità sinifikanti) fl-UE. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma setgħux jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li dawk l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu biss frazzjoni żgħira ħafna tat-total ta' importazzjonijiet mir-RPĊ. Għaldaqstant, l-argument ma setax jintlaqa'. |
4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(150) |
Ta' min ifakkar li f'dan il-każ, instab li kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni u fil-bejgħ, telf fis-sehem mis-suq, kif ukoll twaqqigħ tal-prezzijiet li jwasslu għal telf fl-industrija tal-Unjoni. Matul l-istess perjodu ta' żmien żdiedu l-volumi ta' importazzjonijiet mir-RPĊ, u dan waqqa' sostanzjalment il-prezzijiet tal-industrija tal-UE, kif ukoll is-sehem tagħha mis-suq. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll il-fatturi l-oħra kollha li setgħu kkontribwew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, instab li l-kriżi ekonomika, l-importazzjonijiet mit-Turkija u l-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni li wasslet għal proċess ta' konċentrazzjoni, setgħu influwenzaw is-sitwazzjoni ta' dannu. Madankollu, hu konkluż b'mod provviżorju li l-impatt tagħhom mhuwiex tali li jħassar ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping u d-dannu li nstab, kif spjegat fid-dettall hawn fuq. |
|
(152) |
Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq tal-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, wieħed għalhekk jikkonkludi b'mod provviżorju li hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
F. INTERESS TAL-UNJONI
1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(153) |
F'dan il-każ instab livell għoli ta' kooperazzjoni u appoġġ mill-produzzjoni tal-Unjoni (aktar minn 70 %). Dan jissuġġerixxi li l-impożizzjoni ta' miżuri hi biċ-ċar fl-interess tal-produtturi tal-UE. |
|
(154) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed iġġarrab dannu materjali minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping li waqqgħu l-prezzijiet tagħha, kif spjegat fil-premessa 3.3.2 et seq. |
|
(155) |
L-industrija tal-Unjoni mistennija tibbenefika mill-miżuri li x'aktarx se jipprevjenu mewġa oħra ta' importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li huma oġġett ta' dumping. |
|
(156) |
Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, wieħed jista' jistenna li ż-żieda fl-ARWs bi prezzijiet baxxi u li huma oġġett ta' dumping, b'mod partikolari fis-segment AM, se tibqa' għaddejja jekk mhux tiżdied. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-pressjoni li kull ma tmur dejjem tiżdied tal-prezzijiet u l-penetrazzjoni tas-segment AM se jkollhom mill-inqas effett indirett fuq il-qagħda tas-segment OEM. F'dan ir-rigward, instab li ċerti produtturi fil-pajjiż ikkonċernat qed jersqu jew diġa resqu lejn prodotti ta' livell għoli u medju tas-segment AM u mbagħad lejn is-segment OEM, bi prezzijiet baxxi ferm. Dan l-iżvilupp mistenni jissokta u x'aktarx li dan jipperikola wkoll il-grupp kbir ta' produtturi tal-Unjoni attiv fis-segment OEM. Billi l-qagħda finanzjarja u l-profittabbiltà ta' dawk il-produtturi mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu pressjoni ulterjuri tal-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping li waqqgħu konsiderevolment il-prezzijiet tagħhom, dan x'aktarx li jwassal għat-tmiem progressiv ta' għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, jekk mhux kollha kemm huma. |
2. Interess tal-importaturi
|
(157) |
Fl-eżerċizzju ta' teħid ta' kampjuni (ara l-premessa (12) hawn fuq), ħames importaturi mhux relatati u żewġ utenti importaturi ntgħażlu fuq il-bażi tal-volum tagħhom ta' importazzjonijiet. |
|
(158) |
Il-kooperazzjoni tal-importaturi mhux relatati b'mod ġenerali tirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali ta' importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(159) |
L-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-importaturi huma operaturi tas-suq speċjalizzati f'aċċessorji tal-karozzi. Fosthom, wieħed jista' jiddistingwi żewġ kategoriji. Kategorija waħda tikkonsisti f'kumpaniji li jimportaw jew ibiegħu mill-ġdid l-ARWs bil-marka kummerċjali tagħhom stess, li l-produzzjoni tagħhom huma jkunu ttrasferew lejn ir-RPĊ. Madankollu, dawn mhumiex relatati mal-esportaturi Ċiniżi. Din il-kategorija ta' importaturi normalment ikollha attivitajiet mhux insinifikanti b'“valur miżjud” fl-UE (eż. id-disinn, ir-riċerka u l-iżvilupp) u xi kultant anki l-katina ta' distribuzzjoni tagħhom stess, b'livell korrispondenti ta' impjieg. It-tieni kategorija tikkonsisti f'importaturi/distributuri li huma operaturi tas-suq li jiffokaw aktar fuq il-volumi u inqas fuq il-marka kummerċjali. Dawn l-importaturi ġeneralment ikollhom strutturi ta' spejjeż inferjuri u inqas attivitajiet b'valur miżjud fl-Unjoni. |
|
(160) |
Il-livell baxx ta' kooperazzjoni ta' importaturi mhux relatati jissuġġerixxi li l-impożizzjoni ta' miżuri ma jkollha l-ebda impatt sinifikanti fuq l-attività tagħhom. Tabilħaqq, fir-rigward tal-importaturi/id-distributuri li kkooperaw instab li l-bejgħ mill-ġdid ta' ARWs Ċiniżi jirrappreżenta bejn 1 % u 6 % tal-fatturat totali tagħhom. Il-qagħda tal-kumpaniji ta' esternalizzazzjoni hija aktar kumplessa billi l-bejgħ mill-ġdid ta' ARWs Ċiniżi jista' jirrappreżenta kważi t-totalità tan-negozju tagħhom. Jekk jiġu imposti xi miżuri, dawn ċertament iħallu impatt fuq l-attività tagħhom, anki jekk huwa diffiċli li wieħed jivvaluta d-daqs eżatt f'dan l-istadju. Din il-kwistjoni se tiġi investigata aktar. |
3. Interess tal-utenti
3.1. Ġenerali
|
(161) |
Intbagħtu kwestjonarji tal-utenti lil madwar 20 utent identifikat. Fl-investigazzjoni kkooperaw 13-il manifattur tal-karozzi. Żewġ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-utenti u l-importaturi ta' ARWs “OEM u AM” ikkooperaw ukoll. |
|
(162) |
L-importazzjonijiet ta' utenti li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 19 % tat-total ta' importazzjonijiet mir-RPĊ imsejsa fuq id-dejta tal-Eurostat. Iċ-ċifri tal-Eurostat ma jippermettux li jiġi identifikat b'mod preċiż jekk il-bejgħ tal-prodotti importati sarx fis-segment OEM jew AM. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (132), jista' jsir, madankollu, divrenzjar bejn is-segmenti OEM u AM, li juri li s-segment OEM jista' jirrappreżenta bejn 20 u 30 % tat-total ta' importazzjonijiet mir-RPĊ. Fid-dawl ta' dan kollu, wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li l-kooperazzjoni mis-segment OEM kienet kbira ħafna. |
|
(163) |
Jidher li l-produtturi tal-karozzi bħala medja jiddependu biss sa ċertu punt fuq il-provvisti Ċiniżi. Meta jitqiesu individwalment, il-produtturi tal-karozzi li kkooperaw jużaw mudelli tan-negozju differenti. Xi wħud ma jimportawx miċ-Ċina, oħrajn jimportaw inqas minn 5 % iżda oħrajn jimportaw sa 30 % tal-ħtiġijiet tagħhom. |
|
(164) |
Kemm l-utenti importaturi kif ukoll dawk mhux importaturi qed jopponu l-miżuri. Wieħed mill-argumenti ewlenin tagħhom hu li l-produtturi tal-karozzi għandhom interess li jżommu sorsi differenti ta' provvisti u li jibbenefikaw mill-kompetizzjoni fis-suq tar-roti. Il-miżuri jagħmluhom dipendenti wisq fuq numru limitat ta' produtturi Ewropej. Madankollu, dan l-argument fih innifsu ma jidhirx deċiżiv minħabba l-eżistenza ta' importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi terzi oħra. |
3.2. L-ispiża tal-miżuri
|
(165) |
L-ARWs jirrappreżentaw madwar 1 % tal-ispiża tal-karozza. Għalhekk, miżura ta' 20 % fuq l-ARWs tista' twassal għal żieda fl-ispiża ta' 0,2 %. Għal dawk il-produtturi tal-karozzi li jimportaw massimu ta' 5 % tal-ARWs tagħhom miċ-Ċina, iż-żieda fl-ispiża totali f'termini ta' produzzjoni ġenerali tal-karozzi tammonta għalhekk għal 5 % ta' 0,2 %, jiġifieri 0,01 %. Iżda anki għal dawk il-produtturi tal-karozzi li jimportaw sa 30 % tal-ARWs tagħhom miċ-Ċina, iż-żieda fl-ispiża totali tkun 30 % ta' 0,2 %, jiġifieri 0,06 %. Għaldaqstant, il-miżuri jkollhom impatt limitat ħafna fuq l-ispiża. Barra minn hekk, jidher li huwa fattur komuni li l-ARWs importati mill-produtturi tal-karozzi bi prezz stabbilit (pereżempju EUR 50) jinbiegħu lill-konsumatur aħħari bi prezz tlieta jew erba' darbiet ogħla (jiġifieri EUR 200). |
3.3. Spiża tal-bdil tal-fornitur
|
(166) |
Kif spjegat hawn fuq, l-ARWs tas-segment OEM normalment jiġu żviluppati sentejn qabel ma jitnieda mudell ġdid ta' karozza. Kull bdil tal-fornitur jeħtieġ iż-żmien (mill-inqas sitt xhur) u jista' jwassal ukoll għal spejjeż addizzjonali tal-għodda. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-karozzi jiddiversifikaw is-sorsi tagħhom tal-provvisti bħala proċedura normali, jiġifieri dawn jaqsmu l-produzzjoni ta' ARWs speċifika bejn żewġ produtturi (jew aktar). Dawn is-sorsi doppji qed jiġu applikati wkoll għal dawk il-mudelli li joriġinaw mir-RPĊ, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għaldaqstant, jidher li r-riskju li jitbiddel il-fornitur diġà hu kkalkolat fid-deċiżjoni ta' importazzjoni mir-RPĊ. Barra minn hekk, il-kuntratti miġbura matul l-investigazzjoni juru li l-produtturi tal-karozzi ġeneralment jistgħu jtemmu l-kuntratt fi kwalunkwe żmien mingħajr multi. |
3.4. Argumenti addizzjonali mqajma mill-partijiet
|
(167) |
Xi partijiet iddikkjaraw li l-impożizzjoni ta' dazji fuq l-ARWs li joriġinaw fir-RPĊ jagħtu vantaġġ lill-produtturi tal-karozzi mill-Korea t'Isfel, flimkien mad-dazju ta' 0 % fuq il-karozzi skont il-Ftehim għall-Kummerċ Ħieles (FTA). Skont dan l-argument, il-produtturi tal-karozzi mill-Korea t'Isfel se jibqgħu jkollhom aċċess għal ARWs Ċiniżi bi prezzijiet baxxi, u jistgħu jitolbu wkoll ir-rimborż tad-dazju doganali għall-karozzi esportati lejn l-UE (fil-waqt tal-esportazzjoni ta' karozza hu possibbli li jintalab ir-rimborż tad-dazju mħallas fuq l-importazzjoni ta' ċerti parts tal-karozzi). Impożizzjoni ta' miżura anti-dumping fuq l-ARWs Ċiniżi tista' tpoġġi l-produtturi tal-karozzi Ewropej f'pożizzjoni ta' żvantaġġ kompetittiv fil-konfront tal-karozzi mill-Korea t'Isfel importati fl-UE b'dazju ta' 0 %. |
|
(168) |
F'dan ir-rigward ta' min jinnota li s-sehem mis-suq tal-karozzi li joriġinaw mill-Korea t'Isfel bħalissa jammonta biss għal 3 % tas-suq tal-karozzi tal-UE. Huwa diffiċli li wieħed jipprevedi l-evoluzzjoni tal-importazzjoni għall-karozzi Koreani. Iżda meta jitqies li l-miżuri għandhom impatt dirett limitat ħafna fuq il-produtturi tal-karozzi tal-UE, wieħed ma jistax, f'dan l-istadju, jikkonkludi li l-impożizzjoni ta' dazju anti-dumping fuq l-ARWs miċ-Ċina jista' jkollha xi rwol sinifikanti f'dak ir-rigward. |
4. L-interess tal-konsumaturi
|
(169) |
Ma tqajjem l-ebda argument fir-rigward tal-impatt tal-miżuri fuq il-konsumaturi aħħarija. Dan il-fatt, kif ukoll l-impatt limitat fuq l-ispejjeż u l-istrateġiji tal-ipprezzar tal-produtturi tal-karozzi li nstabu fl-investigazzjoni, jindikaw tabilħaqq li x'aktarx mhux se jkun hemm effetti konsiderevoli fuq il-prezzijiet tal-konsumaturi. |
5. L-interess tal-fornituri
|
(170) |
Ħames fornituri tal-materja prima/tat-tagħmir għall-produtturi tal-ARWs fl-Unjoni wieġbu għall-kwestjonarju tal-fornituri. Dawn qed ifornu lingotti tal-fonderiji primarji/tal-aluminju, żebgħa/l-ewwel passata jew magni bi pressjoni baxxa. Fir-rigward tal-fornituri tal-lingotti, il-bejgħ lill-industrija tal-Unjoni jikkostitwixxi biss frazzjoni żgħira tal-attività tagħhom (inqas minn 6 % tal-fatturat totali tagħhom) li juri l-interess relattivament moderat fl-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping fuq ARWs miċ-Ċina. Għal fornituri oħra (ta' makkinarju jew żebgħa jew magni bi pressjoni baxxa), il-bejgħ tagħhom lill-industrija tal-Unjoni jvarja bejn 30 % u 50 % tal-fatturat totali tagħhom. Meta jitqies li dawn il-kumpaniji huma SMEs, il-vijabilità tal-industrija tal-Unjoni hi essenzjali għall-operazzjonijiet tagħhom. |
6. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(171) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li ġeneralment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġuni serja kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ARWs li joriġinaw mir-RPĊ. |
G. MIŻURI PROVVIŻORJI
1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu
|
(172) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, id-dannu li rriżulta, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji biex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
|
(173) |
Sabiex ikun stabbilit il-livell ta’ dawn id-dazji, tqiesu l-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(174) |
Kif indikat fil-premessa (19), is-suq tal-ARWs hu kkaratterizzat mill-eżistenza ta' żewġ segmenti tas-suq relattivament distinti. L-investigazzjoni sabet ukoll li l-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkonċentrat fis-segment OEM, u jirrappreżenta 85 % tal-bejgħ kumplessiv tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(175) |
Għaldaqstant, sabiex jiġu imposti l-miżuri provviżorji, instab li hu xieraq li jiġi vvalutat il-marġni ta' dannu li jqis il-qagħda speċifika tas-suq. |
|
(176) |
Fis-segment OEM, ix-xerrejja tal-ARWs (li huma l-produtturi tal-karozzi) normalment jagħmlu l-ordnijiet tagħhom skont il-proċeduri tal-offerti. B'riżultat ta' dan, l-istess mudell ta' rota, maħsub biex jiġi mmuntat fuq l-istess mudell ta' karozza, jista' jiġi ordnat, f'għadd mhux ħażin ta' każijiet, minn diversi sorsi, ħafna drabi minn fornitur Ċiniż u fornitur mill-UE fl-istess waqt. Tqies b'mod provviżorju li dan il-proċess tal-offerti kien joffri riflessjoni preċiża u affidabbli tal-kompetizzjoni fuq il-prezzijiet medji eżistenti matul il-PI bejn il-fornituri Ċiniżi u dawk tal-Unjoni meta jikkompetu għall-istess offerta. |
|
(177) |
Għaldaqstant, instab li hu xieraq li jiġi kkalkolat il-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ fuq il-bażi tal-prezzijiet identifikati mid-dejta mressqa mill-produtturi tal-UE u l-esportaturi Ċiniżi meta jikkompetu għal dawn l-offerti. |
|
(178) |
Meta ġie kkalkolat l-ammont ta' dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, tqies li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tagħha ta' produzzjoni u tikseb qligħ raġonevoli. Fir-rigward tal-ispiża ta' produzzjoni, sar aġġustament għat-telf effettiv imġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI (-5,4 %). Barra minn hekk, tqies li qligħ raġonevoli qabel it-taxxa, li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta' dan it-tip f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni, għandu jiġi vvalutat b'referenza għall-profittabbiltà miksuba fl-2006 li kienet tammonta għal +3,2 %. Fil-fatt, matul din is-sena il-volum ta' importazzjonijiet miċ-Ċina kienu għadhom relattivament baxxi. Fuq bażi ta' dan, ġie kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. |
|
(179) |
Fuq dik il-bażi, il-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ huwa 20,6 %. |
|
(180) |
Dan ir-riżultat kompla ġie kkonfermat permezz ta' kalkolu addizzjonali msejjes fuq tqabbil ta' xi kuntratti ta' offerti pprovduti minn ċerti produtturi tal-karozzi matul l-investigazzjoni. Fil-fatt, meta l-produtturi tal-karozzi ordnaw l-istess mudell ta' ARWs kemm lill-produttur Ċiniż kif ukoll lill-produttur tal-Unjoni, il-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ li nstab, meta jitqiesu l-aġġustamenti li saru kif spjegat fil-premessa 3.3.2 et seq hawn fuq, kien tal-istess daqs bħal dak stabbilit fil-premessa preċedenti. |
|
(181) |
Ta' min jinnota li l-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ hu aktar baxx mill-marġnijiet ta' dumping stabbiliti hawn fuq fil-premessa 4.1 et seq u għandu għalhekk iservi bħala l-bażi biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju skont ir-regola tad-dazju inferjuri. |
|
(182) |
Meta wieħed jikkunsidra l-metodoloġija applikata f'dan il-każ biex jiġi determinat il-livell ta' tneħħija ta' dannu, jitqies li mhuwiex prattiku li jiġu speċifikati rati tad-dazju anti-dumping skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Dan hu dovut, b'mod partikolari, għan-nuqqas ta' dejta affidabbli biex titwettaq l-analiżi fuq bażi ta' kumpaniji speċifiċi. Għaldaqstant, qed jiġi deċiż b'mod provviżorju li jiġi impost dazju anti-dumping f'livell nazzjonali fuq l-importazzjonijiet kollha miċ-Ċina fil-livell tal-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ ta' 20,6 %. |
2. Il-miżuri provviżorji
|
(183) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jitqies li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ. F'dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tal-marġni ta' dannu li nstab. |
|
(184) |
Id-dazju anti-dumping li ġie propost jammonta, għalhekk, għal 20,6 %. |
H. ŻVELAR
|
(185) |
Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna juru fehmiethom bil-miktub u jitolbu smigħ. Il-kummenti tagħhom se jkunu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunkwe determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, ta' min jgħid li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkollhom bżonn jitqiesu mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'dan qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi NM 8701 sa 8705 , bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u mgħammra bit-tajers jew mingħajrhom, li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50 (kodiċi TARIC 8708 70 10 10 u 8708 70 50 10) u joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju li japplika għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 20,6 %.
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, iressqu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu bil-fomm mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.
Ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2010
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 190, 13.8.2009, p. 22.
(3) Roti fonduti, iffurmati, mikwijin fil-forġa u roti b'żewġ jew tliet partijiet.
(4) Eċċezzjonalment, dan ma kienx il-każ għal xi xhur mill-perjodu tal-investigazzjoni tal-proċedura attwali. Din il-qabża fil-prezzijiet fis-swieq Ċiniżi tal-aluminju kien ir-riżultat ta' pakkett ta' stimolu tal-Gvern Ċiniż li jimmira li jillimita l-effetti tal-kriżi ekonomika (Fl-aħħar tal-2008, l-Aġenzija ta' Riżerva tal-Istat niedet skema biex tixtri l-aluminju minn funderiji biex tgħin l-operazzjonijiet tagħhom hekk kif il-kriżi finanzjarja naqqset id-domanda. Dak ix-xiri mirfud mill-Istat assorba 'l biċċa l-kbira tal-istokkijiet fis-suq domestiku f'Marzu u April, li għolla l-prezzijiet waqt l-ewwel nofs tal-2009).
(5) Tqabblu żewġ kalkoli ta' konsum u wasslu għal riżultati simili. Billi l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ssir “fuq ordni” l-istokkijiet m'għandhomx sehem importanti mil-lat ta' volumi meta mqabbla mal-konsum totali. Fl-ewwel kalkolu, il-produzzjoni tal-UE żdiedet mal-importazzjonijiet u tnaqqsu l-esportazzjonijiet. Fit-tieni kalkolu, l-importazzjonijet tal-kalkolu u l-bejgħ tal-UE (dejta minn produtturi inklużi fil-kampjun, kwestjonarji qosra, u suppożizzjoni għall-bqija tal-produtturi) iddaħħlu fis-somma. It-tieni alternattiva kienet preferuta għax tippermetti livell ogħla ta' preċiżjoni f'dan il-każ.