This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0380
Commission Regulation (EU) No 380/2010 of 30 April 2010 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2010 tat- 30 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2010 tat- 30 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 112, 5.5.2010, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
5.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 380/2010
tat-30 ta’ April 2010
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||
|
Pilloli ta’ 1 772 mg, li jinbiegħu fil-ħwienet, li fihom (% bil-piż):
Barra minn hekk pillola waħda għandha kontenut ta’ 7 μg = 284 IU (unitajiet internazzjonali) vitamina D3 (kolecalciferol). Sustanzi oħra huma preżenti fi kwantitajiet iżgħar minn 1,0 % tal-piż Id-doża ta’ kuljum rakkomandata indikata fuq it-tabella hija ta’ pillola waħda kuljum. Skont l-informazzjoni li hemm fuq it-tabbella il-prodott jintuża bħala kura preventiv kontra pereżempju l-osteoporosi u għat-tisħiħ tal-għadam. |
2106 90 92 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 tal-Kapitolu 28, Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 . Minħabba l-preżenza ta’ sustanzi li mhumiex koperti min-Nota 1 (a), (d) jew (e) tal-Kapitolu 28, il-prodott għandu jiġi eskluż minn dak il-Kapitolu. Il-livell ta’ minerali u vitamini li jiġi kkonsmat (kalċju u vitamina D3) skont id-doża ta’ kuljum rakkomandata fuq it-tabella mhuwiex ogħla b’mod sinifikanti mil-livell ta’ kuljum rakkomandat għall-manteniment tas-saħħa jew il-benessri. Għalhekk il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżit tan-Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30, l-aħħar paragrafu, u ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 (ara wkoll in-noti ta’ Sjegazzjoni dwar in-Nomenklatura Kombinata (NM EN) għall-Kapitolu 30, Nota Addizzjonali 1, punt 3). B’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala prodott għall-preparazzjoni tal-ikel taħt l-intestatura 2106 . |