EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0347

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2010 tal- 21 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 104, 24.4.2010, p. 20–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/347/oj

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 347/2010

tal-21 ta’ April 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), deher li ċerti dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament kellhom jiġu emendati sabiex jiġu evitati impatti mhux maħsuba fuq id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tal-prodotti koperti b'dak ir-Regolament.

(2)

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiżdied il-koerenza, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti rigward l-informazzjoni dwar il-prodott, bejn min-naħa l-waħda r-Regolament (KE) Nru 245/2009 u min-naħa l-oħra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda (3).

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 245/2009

L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-13 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17.

(3)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3.


ANNESS

Emendi fl-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009

L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 245/2009 qegħdin jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Eżenzjonijiet”;

(b)

is-sentenza introduttorja fil-punt 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn il-bozoz għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Anness III, bil-kundizzjoni li l-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE jiddikjara liema mill-parametri tekniċi elenkati hawn taħt jipprovdi/u bażi għall-eżenzjoni tagħhom:”;

(c)

il-punti 1(c) u 1(d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

bozoz imħallta (blended) b'discharge ta’ intensità għolja li għandhom:

6 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 250 — 400 nm; u

11 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 630 — 780 nm; u

5 % jew aktar tar-radjazzjoni totali ta' firxa bejn 250 u 780 nm fil-firxa ta' 640 — 700 nm;

(d)

bozoz imħallta (blended) b'discharge ta’ intensità għolja li għandhom:

il-punt massimu tar-radjazzjoni bejn 315 u 400 nm (UVA) jew 280 u 315 nm (UVB);”;

(d)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Il-prodotti li ġejjin għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Anness III, bil-kundizzjoni li f'kull tip ta' informazzjoni dwar il-prodott jitniżżel li mhumiex maħsuba għall-użu bħala illuminazzjoni ġenerali fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament, jew li huma maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet elenkati fil-punti (b) sa (e):

(a)

prodotti maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet għajr l-illuminazzjoni ġenerali u l-prodotti inkorporati fi prodotti li ma jipprovdux funzjoni ta' illuminazzjoni ġenerali;

(b)

bozoz koperti bir-rekwiżiti tad-Direttivi 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(c)

lampi għal dawl ta' emerġenza u lampi għal sinjali ta' emerġenza skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(d)

ballasts maħsuba għall-użu f'lampi ddefiniti fil-paragrafu (c) u ddisinnjati sabiex iħaddmu l-bozoz f'kundizzjonijiet ta' emerġenza;

(e)

lampi koperti bir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/9/KE, id-Direttiva 1999/92/KE, id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (5), id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE (6) u l-lampi integrati f'tagħmir kopert b'dawn ir-rekwiżiti.

L-iskop maħsub għandu jitniżżel għal kull prodott fl-informazzjoni dwar il-prodott, u l-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mfassal għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li lid-disinn tal-prodott jagħmluh speċifiku għall-iskop maħsub imniżżel.

(1)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1."

(2)  ĠU L 23, 28.1.2000, p. 57."

(3)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10."

(4)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24."

(5)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1."

(6)  ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.”"

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza għandha titħassar;

(b)

Għandha tiżdied is-sentenza li ġejja mal-punt 1(c):

“Għall-finijiet tat-Tabella 6 fl-Anness III, l-LSF għandu jitkejjel waqt tħaddim bi frekwenza għolja b'ċiklu ta' swiċċjar ta' 11h/1h.”

(c)

Il-punt li ġej (o) għandu jiżdied mal-punt 3:

“(o)

‘Bozza mħallta’ tfisser lampa li jkun fiha bozza tal-fwar tal-merkurju u filament tal-bozza inkandexxenti konnessi f'serje fl-istess bozza.”

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied qabel it-Tabella 1:

“Bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenit għal jew akbar minn 16 mm (T5) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 5 għal bozoz ċirkolari T9.”

(b)

It-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 2

Valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda li jaħdmu fuq ballast elettromanjetika jew elettronika

Tubu wieħed parallel żgħir, kappa tal-bozza G23 (2 pinnijiet) jew 2G7 (4 pinnijiet)

Image Image

Tubi doppji paralleli, kappa tal-bozza G24d (2 pinnijiet) jew G24q (4 pinnijiet)

Image Image

Tubi tripli paralleli, kappa tal-bozza GX24d (2 pinnijiet) jew GX24q (4 pinnijiet)

Image Image

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

5

48

10

60

13

62

7

57

13

69

18

67

9

67

18

67

26

66

11

76

26

66

 

4 saqajn fi pjan wieħed, kappa tal-bozza 2G10

(4 pinnijiet)

Image

Tubu wieħed parallel twil, kappa tal-bozza 2G11

(4 pinnijiet)

Image Image

 

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

 

18

61

18

67

 

24

71

24

75

36

78

34

82

 

36

81 ”

(c)

It-Tabella 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 3

Valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda, li jaħdmu biss fuq ballast elettronika

Tliet tubi paralleli, kappa tal-bozza GX24q

(4 pinnijiet)

Image

Erba' tubi paralleli, kappa tal-bozza GX24q

(4 pinnijiet)

Image

Tubu wieħed parallel twil, kappa tal-bozza 2G11

(4 pinnijiet)

Image Image

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

Wattage nominali

(W)

Effikaċja speċifikata ta' luminożità (lm/W), 100 h valur inizjali

32

75

57

75

40

83

42

74

70

74

55

82

57

75

 

80

75

70

74 ”

 

(d)

It-Tabella 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 6

Perċentwali ta' tnaqqis għall-valuri minimi tal-effikaċja speċifikata għal bozoz fluworexxenti b'temperatura tal-kulur għolja u/jew apparenza tal-kulur għolja u/jew bit-tieni envelowp tal-bozza u/jew ħajja twila

Parametri tal-bozza

Tnaqqis mill-effikaċja ta' luminożità f'25 °C

Tc ≥ 5 000  K

–10  %

95 ≥ Ra > 90

–20  %

Ra > 95

–30  %

It-tieni envelowp tal-bozza

–10  %

Il-Fattur ta' Sopravivenza tal-Bozza ≥ 0,50 wara 40 000 siegħa tixgħel

–5  %”

(e)

Fl-Anness III.1.1.B, is-sentenza

“Il-korrezzjonijiet iddefiniti għall-ewwel stadju (Tabella 6) għandhom jibqgħu japplikaw.”

hija sostitwita bi

“Il-korrezzjonijiet (Tabella 6) u r-rekwiżiti speċifiċi għal bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali definiti għall-ewwel stadju għandhom jibqgħu japplikaw.”;

(f)

It-titolu tat-Tabella 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Tabella 7

Valuri minimi ta' effikaċja speċifikata għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'Ra ≤ 60”;

(g)

It-titolu tat-Tabella 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Tabella 8

Valuri minimi ta' effikaċja speċifikata għal Bozoz tal-Alidi tal-Metall b'Ra ≤ 80 u għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja b'Ra > 60”;

(h)

It-tieni paragrafu tal-Anness III.1.1.C huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrata għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu ma' ballasts ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-klassi A2 jew ballasts aktar effiċjenti skont il-punt 2.2 tal-Anness III. Barra minn jistgħu jitħaddmu wkoll ma' ballasts ta' klassijiet anqas effiċjenti minn A2.”;

(i)

It-Tabella 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 11

Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda u b'kappa doppja – Stadju 2

Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Sigħat jixegħlu

Tipi ta’ bozoz

2 000

4 000

8 000

16 000

Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,95

0,92

0,90

Bozoz Fluworexxenti T8 b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,96

0,92

0,91

0,90

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,95

0,92

0,90

0,90

Bozoz fluworexxenti ċirkolari b'kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza li ma tkunx għolja, bozoz fluworexxenti b'kappa doppja li għandhom il-forma ta' U tat-tip T8 u bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenti għal jew akbar minn 16 mm (T5)

0,80

0,74

0,72 wara 5 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti ċirkolari b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza għolja

0,85

0,83

0,80

0,75 wara 12 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,85

0,78

0,75

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,90

0,84

0,81

0,78 ”

(j)

Il-frażi introduttorja li ġejja u t-Tabella 11a għandhom jiżdiedu wara t-Tabella 11:

“It-tnaqqis kumulattiv li ġej għandu jiġi applikat lill-valuri fit-Tabella 11:

Tabella 11a

Perċentwali ta' tnaqqis għar-rekwiżiti ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Parametri tal-bozza

Tnaqqis mir-rekwiżit ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Bozoz b'95 ≥ Ra > 90

Wara sigħat jixegħlu ≤ 8 000 h: – 5 %

Wara sigħat jixegħlu > 8 000 h: – 10 %

Bozoz b'Ra > 95

Wara sigħat jixegħlu ≤ 4 000 h: – 10 %

Wara sigħat jixegħlu > 4 000 h: – 15 %

Bozoz b'temperatura tal-kulur ≥ 5 000 K

–10  %”

(k)

It-Tabella 12 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 12

Fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz fluworexxenti b'kappa waħda u b'kappa doppja – Stadju 2

Fattur ta' sopravivenza tal-bozza

Sigħat jixegħlu

Tipi ta’ bozoz

2 000

4 000

8 000

16 000

Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,99

0,97

0,90

Bozoz Fluworexxenti b’kappa doppja fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,99

0,97

0,92

0,90

Bozoz fluworexxenti ċirkolari b'kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza li ma tkunx għolja, bozoz fluworexxenti b'kappa doppja li għandhom il-forma ta' U tat-tip T8 u bozoz fluworexxenti b’kappa doppja li għandhom forma spirali ta' kull dijametru ekwivalenti għal jew akbar minn 16 mm (T5)

0,98

0,77

0,50 wara 5 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti ċirkolari b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts ta' frekwenza għolja

0,99

0,97

0,85

0,50 wara 12 000 siegħa jixegħlu

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda li jitħaddmu fuq ballasts li mhumiex ta' frekwenza għolja

0,98

0,90

0,50

Bozoz Fluworexxenti oħra b’kappa waħda fuq ballasts ta' frekwenza għolja b'warmstart

0,99

0,98

0,88

—”

(l)

It-Tabella 13 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 13

Fatturi ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza u fatturi ta' sopravivenza tal-bozza għal bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja - Stadju 2

Kategorija tal-bozoz tas-sodju taħt pressjoni għolja u sigħat jixegħlu għall-kejl

Fattur ta' manutenzjoni tal-lumen tal-bozza

Fattur ta' sopravivenza tal-bozza

P ≤ 75 W

LLMF u LSF li jitkejjel wara 12 000 siegħa jixegħlu

Ra ≤ 60

> 0,80

> 0,90

Ra > 60

> 0,75

> 0,75

il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja

> 0,75

> 0,80

P > 75 W

LLMF u LSF li jitkejjel wara 16 000 siegħa jixegħlu

Ra ≤ 60

> 0,85

> 0,90

Ra > 60

> 0,70

> 0,65

il-bozoz kollha retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja

> 0,75

> 0,55

Ir-rekwiżiti fit-Tabella 13 għall-bozoz retrofit iddisinjati biex jitħaddmu fuq ballast ta' bozza tal-fwar tal-merkurju taħt pressjoni għolja għandhom japplikaw sa 6 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.”;

(m)

l-Anness III.1.3(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

It-temperatura ambjentali ġol-lampa, li fiha l-bozza ġiet iddisjinata biex tilħaq il-massimu tal-fluss ta' luminożità. Jekk din it-temperatura tkun 0°C jew anqas jew inkella 50°C jew ogħla, għandu jitniżżel li l-bozza mhijiex adattata għall-użu fuq ġewwa f'temperaturi ambjentali standard.”;

(n)

Il-punt li ġej (j) għandu jiżdied mal-punt 1.3 tal-Anness III:

“(j)

Għal bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, l-indiċi(jiet) tal-effiċjenza fl-enerġija kif iddefinit fit-Tabella 17 li bih/bihom tista' titħaddem il-bozza.”;

(o)

It-Tabella 17 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 17

Rekwiżiti ta' indiċi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għal ballasts li ma jistgħux jitbaxxew għal bozoz fluworexxenti

DEJTA DWAR IL-BOZOZ

EFFIĊJENZA TAL-BALLAST (Bozza P / Input P)

Li ma jistgħux jitbaxxew

It-tip ta' bozza

Wattage Nominali

KODIĊI ILCOS

Wattage speċifikat/tipiku

A2 BAT

A2

A3

B1

B2

50  Hz

HF

W

W

W

 

 

 

 

 

T8

15

FD-15-E-G13-26/450

15

13,5

87,8  %

84,4  %

75,0  %

67,9  %

62,0  %

T8

18

FD-18-E-G13-26/600

18

16

87,7  %

84,2  %

76,2  %

71,3  %

65,8  %

T8

30

FD-30-E-G13-26/900

30

24

82,1  %

77,4  %

72,7  %

79,2  %

75,0  %

T8

36

FD-36-E-G13-26/1200

36

32

91,4  %

88,9  %

84,2  %

83,4  %

79,5  %

T8

38

FD-38-E-G13-26/1050

38,5

32

87,7  %

84,2  %

80,0  %

84,1  %

80,4  %

T8

58

FD-58-E-G13-26/1500

58

50

93,0  %

90,9  %

84,7  %

86,1  %

82,2  %

T8

70

FD-70-E-G13-26/1800

69,5

60

90,9  %

88,2  %

83,3  %

86,3  %

83,1  %

TC-L

18

FSD-18-E-2G11

18

16

87,7  %

84,2  %

76,2  %

71,3  %

65,8  %

TC-L

24

FSD-24-E-2G11

24

22

90,7  %

88,0  %

81,5  %

76,0  %

71,3  %

TC-L

36

FSD-36-E-2G11

36

32

91,4  %

88,9  %

84,2  %

83,4  %

79,5  %

TCF

18

FSS-18-E-2G10

18

16

87,7  %

84,2  %

76,2  %

71,3  %

65,8  %

TCF

24

FSS-24-E-2G10

24

22

90,7  %

88,0  %

81,5  %

76,0  %

71,3  %

TCF

36

FSS-36-E-2G10

36

32

91,4  %

88,9  %

84,2  %

83,4  %

79,5  %

TC-D / DE

10

FSQ-10-E-G24q=1

FSQ-10-I-G24d=1

10

9,5

89,4  %

86,4  %

73,1  %

67,9  %

59,4  %

TC-D / DE

13

FSQ-13-E-G24q=1

FSQ-13-I-G24d=1

13

12,5

91,7  %

89,3  %

78,1  %

72,6  %

65,0  %

TC-D / DE

18

FSQ-18-E-G24q=2

FSQ-18-I-G24d=2

18

16,5

89,8  %

86,8  %

78,6  %

71,3  %

65,8  %

TC-D / DE

26

FSQ-26-E-G24q=3

FSQ-26-I-G24d=3

26

24

91,4  %

88,9  %

82,8  %

77,2  %

72,6  %

TC-T / TE

13

FSM-13-E-GX24q=1

FSM-13-I-GX24d=1

13

12,5

91,7  %

89,3  %

78,1  %

72,6  %

65,0  %

TC-T / TE

18

FSM-18-E-GX24q=2

FSM-18-I-GX24d=2

18

16,5

89,8  %

86,8  %

78,6  %

71,3  %

65,8  %

TC-T / TC-TE

26

FSM-26-E-GX24q=3

FSM-26-I-GX24d=3

26,5

24

91,4  %

88,9  %

82,8  %

77,5  %

73,0  %

TC-DD / DDE

10

FSS-10-E-GR10q

FSS-10-L/P/H-GR10q

10,5

9,5

86,4  %

82,6  %

70,4  %

68,8  %

60,5  %

TC-DD / DDE

16

FSS-16-E-GR10q

FSS-16-I-GR8

FSS-16-L/P/H-GR10q

16

15

87,0  %

83,3  %

75,0  %

72,4  %

66,1  %

TC-DD / DDE

21

FSS-21-E-GR10q

FSS-21-L/P/H-GR10q

21

19,5

89,7  %

86,7  %

78,0  %

73,9  %

68,8  %

TC-DD / DDE

28

FSS-28-E-GR10q

FSS-28-I-GR8

FSS-28-L/P/H-GR10q

28

24,5

89,1  %

86,0  %

80,3  %

78,2  %

73,9  %

TC-DD / DDE

38

FSS-38-E-GR10q

FSS-38-L/P/H-GR10q

38,5

34,5

92,0  %

89,6  %

85,2  %

84,1  %

80,4  %

TC

5

FSD-5-I-G23

FSD-5-E-2G7

5,4

5

72,7  %

66,7  %

58,8  %

49,3  %

41,4  %

TC

7

FSD-7-I-G23

FSD-7-E-2G7

7,1

6,5

77,6  %

72,2  %

65,0  %

55,7  %

47,8  %

TC

9

FSD-9-I-G23

FSD-9-E-2G7

8,7

8

78,0  %

72,7  %

66,7  %

60,3  %

52,6  %

TC

11

FSD-11-I-G23

FSD-11-E-2G7

11,8

11

83,0  %

78,6  %

73,3  %

66,7  %

59,6  %

T5

4

FD-4-E-G5-16/150

4,5

3,6

64,9  %

58,1  %

50,0  %

45,0  %

37,2  %

T5

6

FD-6-E-G5-16/225

6

5,4

71,3  %

65,1  %

58,1  %

51,8  %

43,8  %

T5

8

FD-8-E-G5-16/300

7,1

7,5

69,9  %

63,6  %

58,6  %

48,9  %

42,7  %

T5

13

FD-13-E-G5-16/525

13

12,8

84,2  %

80,0  %

75,3  %

72,6  %

65,0  %

T9-C

22

FSC-22-E-G10q-29/200

22

19

89,4  %

86,4  %

79,2  %

74,6  %

69,7  %

T9-C

32

FSC-32-E-G10q-29/300

32

30

88,9  %

85,7  %

81,1  %

80,0  %

76,0  %

T9-C

40

FSC-40-E-G10q-29/400

40

32

89,5  %

86,5  %

82,1  %

82,6  %

79,2  %

T2

6

FDH-6-L/P-W4,3x8,5d-7/220

 

5

72,7  %

66,7  %

58,8  %

 

 

T2

8

FDH-8-L/P-W4,3x8,5d-7/320

 

7,8

76,5  %

70,9  %

65,0  %

 

 

T2

11

FDH-11-L/P-W4,3x8,5d-7/420

 

10,8

81,8  %

77,1  %

72,0  %

 

 

T2

13

FDH-13-L/P-W4,3x8,5d-7/520

 

13,3

84,7  %

80,6  %

76,0  %

 

 

T2

21

FDH-21-L/P-W4,3x8,5d-7/

 

21

88,9  %

85,7  %

79,2  %

 

 

T2

23

FDH-23-L/P-W4,3x8,5d-7/

 

23

89,8  %

86,8  %

80,7  %

 

 

T5-E

14

FDH-14-G5-L/P-16/550

 

13,7

84,7  %

80,6  %

72,1  %

 

 

T5-E

21

FDH-21-G5-L/P-16/850

 

20,7

89,3  %

86,3  %

79,6  %

 

 

T5-E

24

FDH-24-G5-L/P-16/550

 

22,5

89,6  %

86,5  %

80,4  %

 

 

T5-E

28

FDH-28-G5-L/P-16/1150

 

27,8

89,8  %

86,9  %

81,8  %

 

 

T5-E

35

FDH-35-G5-L/P-16/1450

 

34,7

91,5  %

89,0  %

82,6  %

 

 

T5-E

39

FDH-39-G5-L/P-16/850

 

38

91,0  %

88,4  %

82,6  %

 

 

T5-E

49

FDH-49-G5-L/P-16/1450

 

49,3

91,6  %

89,2  %

84,6  %

 

 

T5-E

54

FDH-54-G5-L/P-16/1150

 

53,8

92,0  %

89,7  %

85,4  %

 

 

T5-E

80

FDH-80-G5-L/P-16/1150

 

80

93,0  %

90,9  %

87,0  %

 

 

T5-E

95

FDH-95-G5-L/P-16/1150

 

95

92,7  %

90,5  %

84,1  %

 

 

T5-E

120

FDH-120-G5-L/P-16/1450

 

120

92,5  %

90,2  %

84,5  %

 

 

T5-C

22

FSCH-22-L/P-2GX13-16/225

 

22,3

88,1  %

84,8  %

78,8  %

 

 

T5-C

40

FSCH-40-L/P-2GX13-16/300

 

39,9

91,4  %

88,9  %

83,3  %

 

 

T5-C

55

FSCH-55-L/P-2GX13-16/300

 

55

92,4  %

90,2  %

84,6  %

 

 

T5-C

60

FSCH-60-L/P-2GX13-16/375

 

60

93,0  %

90,9  %

85,7  %

 

 

TC-LE

40

FSDH-40-L/P-2G11

 

40

91,4  %

88,9  %

83,3  %

 

 

TC-LE

55

FSDH-55-L/P-2G11

 

55

92,4  %

90,2  %

84,6  %

 

 

TC-LE

80

FSDH-80-L/P-2G11

 

80

93,0  %

90,9  %

87,0  %

 

 

TC-TE

32

FSMH-32-L/P-2GX24q=3

 

32

91,4  %

88,9  %

82,1  %

 

 

TC-TE

42

FSMH-42-L/P-2GX24q=4

 

43

93,5  %

91,5  %

86,0  %

 

 

TC-TE

57

FSM6H-57-L/P-2GX24q=5

FSM8H-57-L/P-2GX24q=5

 

56

91,4  %

88,9  %

83,6  %

 

 

TC-TE

70

FSM6H-70-L/P-2GX24q=6

FSM8H-70-L/P-2GX24q=6

 

70

93,0  %

90,9  %

85,4  %

 

 

TC-TE

60

FSM6H-60-L/P-2G8=1

 

63

92,3  %

90,0  %

84,0  %

 

 

TC-TE

62

FSM8H-62-L/P-2G8=2

 

62

92,2  %

89,9  %

83,8  %

 

 

TC-TE

82

FSM8H-82-L/P-2G8=2

 

82

92,4  %

90,1  %

83,7  %

 

 

TC-TE

85

FSM6H-85-L/P-2G8=1

 

87

92,8  %

90,6  %

84,5  %

 

 

TC-TE

120

FSM6H-120-L/P-2G8=1

FSM8H-120-L/P-2G8=1

 

122

92,6  %

90,4  %

84,7  %

 

 

TC-DD

55

FSSH-55-L/P-GRY10q3

 

55

92,4  %

90,2  %

84,6  %”

 

 

(4)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel paragrafu tal-Anness IV:

“L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, akkurati u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, inklużi l-metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”



Top