Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0343

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 343/2010 tat- 22 ta’ April 2010 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 102, 23.4.2010, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/343/oj

    23.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/39


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 343/2010

    tat-22 ta’ April 2010

    li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni tal-esportazzjoni.

    (2)

    Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)

    Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


    ANNESS

    Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-23 ta’ April 2010

    Il-kodiċi tal-prodott

    Id-destinazzjoni

    L-unità tal-kejl

    L-ammont tar-rifużjoni

    0210 11 31 9110

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 11 31 9910

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 19 81 9100

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 19 81 9300

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    1601 00 91 9120

    A00

    EUR/100 kg

    19,50

    1601 00 99 9110

    A00

    EUR/100 kg

    15,20

    1602 41 10 9110

    A00

    EUR/100 kg

    29,00

    1602 41 10 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    1602 42 10 9110

    A00

    EUR/100 kg

    22,80

    1602 42 10 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    1602 49 19 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


    Top