EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0317

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 317/2010 tas- 16 ta’ April 2010 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2011 dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà għall-istħarriġ permezz ta' kampjuni dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 97, 17.4.2010, p. 3–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/317/oj

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2010

tas-16 ta’ April 2010

li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2011 dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà għall-istħarriġ permezz ta' kampjuni dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni tan-NU”, iffirmata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, tistipula fl-Artikolu 31 tagħha dwar l-istatistika u l-ġbir tad-dejta li l-Partijiet Statali jimpenjaw irwieħhom li jiġbru l-informazzjoni xierqa, inkluża dejta statistika u dwar ir-riċerka li tippermettilhom ifasslu u jimplimentaw politiki li jdaħħlu fis-seħħ il-Konvenzjoni tan-NU, inklużi d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 27 konnessi max-xogħol u l-impjiegi.

(2)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabbiltajiet fl-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill jenfasizza li l-istatistika dwar id-diżabbiltà hija meħtieġa biex tistabbilixxi stampa tas-sitwazzjoni ġenerali tal-persuni b'diżabbiltajiet fl-Ewropa u li din it-tip ta' dejta statistika u tar-riċerka tippermetti li jitfasslu u jiġu implimentati politiki informati dwar id-diżabbiltà fil-livelli differenti tat-tmexxija. Il-Kunsill isejjaħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ħalli, skont is-setgħat rispettivi tagħhom, jiżguraw li jibdew ħidmiet fuq strateġija Ewropea dwar id-diżabbiltà li tieħu post il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar id-Diżabbiltà 2004-2010 preżenti, billi fost affarijiet oħra jivvalutaw kif l-azzjonijiet nazzjonali jirriflettu l-impenji magħmula mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni tan-NU fil-livell Ewropew, bil-kunsiderazzjoni li jiġu ffissati miri nazzjonali konsistenti u paragunabbli għal dak il-għan.

(3)

Hija meħtieġa ġabra ta' dejta komprensiva u paragunabbli dwar l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltajiet biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni tan-NU u l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabbiltà kif ukoll biex titkejjel l-evoluzzjoni tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni b'diżabbiltajiet.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (3) jinkludi modulu ad hoc dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà. Il-lista ta' varjabbli għal dan il-modulu għandha tiġi ddefinita.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ddettaljata ta’ varjabbli li għandha tinġabar fl-2011 mill-modulu ad hoc dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà għandha tkun kif jistipula l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  ĠU C 75, 26.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22.


ANNESS

STĦARRIĠ TA' KAMPJUNI TAL-FORZA TAX-XOGĦOL

Speċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc għas-sena 2011 dwar l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltà

1.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: kollha.

2.

Il-varjabbli għandhom ikunu kkodifikati kif ġej:

Il-kodiċijiet tal-varjabbli tal-Istħarriġ ta' Kampjuni dwar il-Forza tax-Xogħol fil-kolonna “Filtru” jirreferu għall-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni tad-dejta mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-perjodi ta' tliet xhur ta’ referenza (1).

Isem

Kolonna

Kodici

Deskrizzjoni

Filtru

HEALTHMA

197-198

 

Tip ta' kundizzjoni tas-saħħa jew marda fit-tul (ikkodifika l-1 tip ewlieni)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena

01

Problemi tad-dirgħajn jew l-idejn (inklużi l-artrite jew ir-rewmatiżmu)

02

Problemi tar-riġlejn jew is-saqajn (inklużi l-artrite jew ir-rewmatiżmu)

03

Problemi tad-dahar jew l-għonq (inklużi l-artrite jew ir-rewmatiżmu)

04

Il-kankru

05

Kundizzjonijiet tal-ġilda, inklużi reazzjonijiet allerġiċi u sfigurament serju

06

Problemi tal-qalb, il-pressjoni tad-demm jew iċ-ċirkulazzjoni

07

Problemi tas-sider jew tan-nifs, inklużi l-ażżma u l-bronkite

08

Problemi tal-istonku, il-fwied, il-kliewi jew is-sistema diġestiva

09

Id-dijabete

10

L-epilessija (inklużi l-aċċessjonijiet/puplesija)

11

Uġigħ ta' ras serju bħall-migranja

12

Id-diffikultajiet fit-tagħlim (diżabbiltà fil-qari, il-kitba jew il-matematika)

13

L-ansjetà kronika

14

Id-dipressjoni

15

Problemi mentali, emozzjonali jew newroloġiċi oħra

16

Mard ieħor progressiv (li jinkludi l-isklerożi multipla, l-HIV, il-marda ta' Alzheimer, il-marda ta' Parkinson)

17

Problemi tas-saħħa fit-tul oħrajn

18

L-ebda mard jew kundizzjonijiet tas-saħħa fit-tul

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

HEALTHSE

199-200

 

Tip ta' kundizzjoni tas-saħħa jew marda fit-tul (ikkodifika t-2 tip ewlieni)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u HEALTHMA = 1-17

01

Problemi bid-dirgħajn jew l-idejn (inklużi l-artrite jew ir-rewmatiżmu)

02

Problemi bir-riġlejn jew is-saqajn (inklużi l-artrite jew ir-rewmatiżmu)

03

Problemi bid-dahar jew l-għonq (inklużi l-artrite jew ir-rewmatiżmu)

04

Il-kankru

05

Kundizzjonijiet tal-ġilda, inklużi reazzjonijiet allerġiċi u sfigurament gravi

06

Problemi tal-qalb, il-pressjoni tad-demm jew iċ-ċirkulazzjoni

07

Problemi tas-sider jew tan-nifs, inklużi l-ażżma u l-bronkite

08

Problemi tal-istonku, il-fwied, il-kliewi jew is-sistema diġestiva

09

Id-dijabete

10

L-epilessija (inklużi l-aċċessjonijiet/puplesija)

11

Uġigħ ta' ras serju bħall-migranja

12

Id-diffikultajiet fit-tagħlim (diżabbiltà fil-qari, il-kitba jew il-matematika)

13

L-ansjetà kronika

14

Id-dipressjoni

15

Problemi mentali, emozzjonali jew newroloġiċi oħra

16

Mard ieħor progressiv (li jinkludi l-isklerożi multipla, l-HIV, il-marda ta' Alzheimer, il-marda ta' Parkinson)

17

Problemi tas-saħħa fit-tul oħrajn

18

L-ebda mard jew kundizzjonijiet tas-saħħa fit-tul oħrajn

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

DIFFICMA

201-202

 

L-1 diffikultà bażika fl-attivitajiet (ikkodifika l-aktar diffikultà importanti)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena

01

Il-vista, anki jekk jintlibes nuċċali

02

Is-smigħ, anki jekk jintuża apparat għas-smigħ

03

Il-mixi, it-tlugħ ta' turġien

04

Li wieħed ipoġġi bil-qiegħda jew iqum bil-wieqfa

05

Il-memorja, il-konċentrazzjoni

06

Il-komunikazzjoni, pereżempju li wieħed jifhem jew jinftiehem

07

Li wieħed jiġġebbed jew jitmattar

08

It-tqandil u l-ġarr

09

It-tgħawwiġ

10

Iż-żamma, il-qabda, jew it-tidwir

11

Xejn

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

DIFFICSE

203-204

 

It-2 diffikultà bażika fl-attivitajiet (ikkodifika t-tieni l-aktar diffikultà importanti)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u DIFFICMA = 1-10

01

Il-vista, anki jekk jintlibes nuċċali

02

Is-smigħ, anki jekk jintuża apparat għas-smigħ

03

Il-mixi, it-tlugħ ta' turġien

04

Li tpoġġi bil-qiegħda jew tqum bil-wieqfa

05

Il-memorja, il-konċentrazzjoni

06

Il-komunikazzjoni, pereżempju li wieħed jifhem jew jinftiehem

07

Li wieħed jiġġebbed jew jitmattar

08

It-tqandil u l-ġarr

09

It-tgħawwiġ

10

Iż-żamma, il-qabda, jew it-tidwir

11

Xejn

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

LIMHOURS

205

 

Il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa jew il-mard(a) jew diffikultà(jiet) li tikkawża/jikkawżaw il-limitazzjoni tal-persuna fin-numru ta' sigħat li hu/hi jista'/tista' jaħdem/taħdem kull ġimgħa

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (HEALTHMA = 1-17 jew DIFFICMA = 1-10)

1

Iva, il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa jew il-mard(a)

2

Iva, id-diffikultà(jiet) fl-attivitajiet

3

Iva, it-tnejn li huma, il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa/mard(a) u d-diffikultà(jiet) fl-attivitajiet

4

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

LIMTYPEW

206

 

Il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa jew il-mard(a) jew diffikultà(jiet) li tikkawża/jikkawżaw il-limitazzjoni tal-persuna fit-tip ta' xogħol (pereżempju, problemi fi tqandil ta' oġġetti tqal, ix-xogħol estern, xogħol ta' bil-qiegħda fit-tul) li jista'/tista' jagħmel/tagħmel

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (HEALTHMA = 1-17 jew DIFFICMA = 1-10)

1

Iva, il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa jew il-mard(a)

2

Iva, id-diffikultà(jiet) fl-attivitajiet

3

Iva, it-tnejn li huma, il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa/mard(a) u d-diffikultà(jiet) fl-attivitajiet

4

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

LIMTRANS

207

 

Il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa jew il-mard(a) jew diffikultà(jiet) li tikkawża/jikkawżaw il-limitazzjoni tal-persuna biex tasal ix-xogħol u tirritorna d-dar

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (HEALTHMA = 1-17 jew DIFFICMA = 1-10)

1

Iva, il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa jew il-mard(a)

2

Iva, id-diffikultà(jiet) fl-attivitajiet

3

Iva, it-tnejn li huma, il-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa/mard(a) u d-diffikultà(jiet) fl-attivitajiet

4

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

NEEDHELP

208

 

Minħabba l-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa/mard(a) jew diffikultà(jiet) fl-attivitajiet il-persuna teħtieġ (persuni mhux impjegati)/tutilizza (persuni impjegati) assistenza personali sabiex tkun tista' taħdem

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (HEALTHMA = 1-17 jew DIFFICMA = 1-10)

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

NEEDADAP

209

 

Minħabba l-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa/mard(a) jew diffikultà(jiet) fl-attivitajiet il-persuna teħtieġ (persuni mhux impjegati)/tutilizza (persuni impjegati) apparat speċjali jew teħtieġ (persuni mhux impjegati)/sarulha (persuni impjegati) adattazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol sabiex tkun tista' taħdem

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (HEALTHMA = 1-17 jew DIFFICMA = 1-10)

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

NEEDORGA

210

 

Minħabba l-kundizzjoni(jiet) tas-saħħa/mard(a) jew diffikultà(jiet) fl-attivitajiet il-persuna teħtieġ (persuni mhux impjegati)/għandha (persuni impjegati) arranġamenti tax-xogħol speċjali li jippermettulha taħdem (pereżempju, xogħol sedentarju, xogħol mid-dar, sigħat flessibbli jew xogħol eħfef)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (HEALTHMA = 1-17 jew DIFFICMA = 1-10)

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

LIMREAS

211-212

 

Raġuni ewlenija għal-limitazzjoni fix-xogħol (numru ta’ sigħat, tip, trasport lejn ix-xogħol u lura d-dar) li mhix ikkawżata mill-kundizzjonijiet tas-saħħa/mard fit-tul jew mid-diffikultajiet fl-attivitajiet bażiċi

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena

01

Nuqqas ta’ kwalifiki/esperjenza

02

Nuqqas ta’ opportunitajiet xierqa ta’ xogħol

03

Nuqqas ta' trasport lejn ix-xogħol u lura d-dar, jew trasport mhux effiċjenti

04

Nuqqas ta’ flessibbiltà min-naħa ta’ min iħaddem

05

Effett fuq l-eliġibilità għall-benefiċċji

06

Responsabiltajiet familjari/kura ta’ persuni oħra

07

Raġunijiet personali

08

Raġuni oħra

09

M’hemmx limitazzjoni fix-xogħol

99

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba


Isem

Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

 

213/218

 

Fattur ta’ differenzjazzjoni għall-modulu ad hoc tal-2010 (opzjonali)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena

0000-9999

Il-kolonni 213-216 fihom numri sħaħ

00-99

Il-kolonni 217-218 fihom punti deċimali


(1)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.


Top