Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0309

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 309/2010 tad- 9 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 94, 15.4.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/309/oj

    15.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/25


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 309/2010

    tad-9 ta’ April 2010

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi tan-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Pannell tal-injam żnuber bi tliet filati b’qisien ġenerali ta’ 1 000  × 500 × 27 mm.

    Il-filati ta’ barra huma wesgħin 8,5 mm u magħmulin minn biċċiet tal-injam imwaħħlin bil-kolla xifer ma' xifer, b'tali mod li huma paralleli ma’ xluxin.

    Il-filata ta’ ġewwa, li l-qagħda tagħha hija perpendikulari mal-vina tal-filati ta' barra, hija wiesgħa 10 mm u magħmula minn biċċiet tal-injam (blokkok/strixxi) imwaħħlin bil-kolla xifer ma' xifer, b'tali mod li huma paralleli ma' xulxin.

    Il-filati ta’ barra u t-truf huma miksija bir-reżina.

    Ara l-istampa (*).

    4412 94 90

    Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kitba fil-kodiċi NM 4412 , 4412 94 u 4412 94 90 .

    Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 4418 bħala xogħol ta' mastrudaxxa magħmul mill-injam, b'mod aktar speċifiku, xatters għall-kostruzzjoni bil-konkos hija eskluża, peress li l-prodott ma għandu l-ebda karatteristika oħra minn barra l-kisja tar-reżina li permezz tagħha jista’ jitqies li ġie diżinjat għall-finijiet ta’ kostruzzjoni. Ara wkoll is-Sistema Armonizzata tan-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 4418 (b’mod partikolari l-aħħar sentenza tal-paragrafu 3). Għalhekk, l-użu maħsub ta' xuttering għall-kostruzzjoni mhuwiex marbut direttament mal-prodott. Għaldaqstant, il-prodott ma għandux il-karatteristiċi u l-kwalitajiet obbjettivi biex jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 4418 .

    Fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 4412 94 90 bħala blokkboard, laminboard u battenboard oħra (Ara wkoll is-Sistema Armonizzata tan-Noti ta’ Spjegazzjoni għall-intestatura 4412 , (3)).

    Image

    (*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


    Top