This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0255
Commission Regulation (EU) No 255/2010 of 25 March 2010 laying down common rules on air traffic flow management (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal- 25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal- 25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/12/2017
26.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 255/2010
tal-25 ta’ Marzu 2010
li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem ATFM) bil-ħsieb li tottimizza l-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u ttejjeb il-proċessi ATFM. |
(2) |
L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni talAjru (Eurocontrol) ingħatat il-mandat skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2) biex tiżviluppa regoli ta’ implimentazzjoni għall-ATFM. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq dak li rriżulta mir-rapport tal-mandat tas-7 ta’ Diċembru 2007. |
(3) |
L-applikazzjoni uniformi ta’ regoli u proċeduri speċifiċi fi ħdan l-ispazju tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew hija essenzjali għall-kisba tal-użu ottimali tal-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru disponibbli permezz tal-ġestjoni u l-operazzjoni effiċjenti tal-funzjoni tal-ATFM. |
(4) |
Dan ir-Regolament m’għandux ikopri l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Madankollu, l-inġenji tal-ajru militari li jkunu qed joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali għandhom ikunu suġġetti għall-miżuri tal-ATFM meta joperaw jew ikollhom l-intezjoni li joperaw fi spazju tal-ajru jew ajruporti li għalihom japplikaw il-miżuri tal-ATFM. |
(5) |
Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika tas-sigurtà jew tad-difiża għandhom jiġu salvagwardjati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ATFM. |
(6) |
Ġiet stabbilita unità ċentrali unika għall-ATFM, mill-Eurocontrol, sabiex ikollha kontroll tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-miżuri ATFM, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tottimizza l-effetti globali tal-miżuri ATFM fuq in-Netwerk Ewropew ta’ Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (minn hawn ‘il quddiem EATMN). |
(7) |
Il-miżuri ATFM iridu jkunu bbażati fuq prinċipji stabbiliti mill-ICAO u l-partijiet kollha fis-sistema ATFM għandhom jikkonformaw ruħhom mar-regoli li jiżguraw li l-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tintuża b’mod sigur u sal-limitu massimu possibbli. |
(8) |
Il-miżuri ATFM iridu jieħdu inkunsiderazzjoni d-disponibbiltà ta’ rotot u spazju tal-ajru permezz tal-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru mill-partijiet rilevanti kollha inkluża ċ-ċellola ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (3). |
(9) |
Sabiex tiġi ottimizzata l-kapaċità disponibbli tal-EATMN, inklużi l-ajruporti, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri mmirati lejn iż-żieda fil-konsistenza bejn is-slots tal-ajruporti u l-pjanijiet tat-titjiriet. |
(10) |
Huwa xieraq li l-Istati Membri u l-partijiet involuti fi proċessi ATFM jingħataw żmien suffiċjenti sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem ATFM) sabiex jottimizza l-kapaċità disponibbli tan-Netwerk Ewropew ta’ Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (minn hawn ‘il quddiem EATMN) u jtejjeb il-proċessi ATFM.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika ġewwa l-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 għal:
(a) |
it-titjiriet kollha intiżi sabiex joperaw jew li qed joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali u skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (minn hawn ‘il quddiem IFR) kollha jew parti minnhom; |
(b) |
il-fażijiet kollha tat-titjiriet imsemmija fil-punt (a) u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. |
3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-partijiet li ġejjin, jew għall-aġenti li jaġixxu f’isimhom, involuti fil-proċessi ATFM:
(a) |
l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, |
(b) |
l-unitajiet tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ‘il quddiem ATS), inklużi l-uffiċċji tar-rappurtar ATS u s-servizzi tal-kontroll tal-ajrudrom; |
(c) |
is-servizzi tat-tagħrif ajrunawtiku; |
(d) |
l-entitajiet involuti fil-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru; |
(e) |
il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport; |
(f) |
l-unità ċentrali għall-ATFM; |
(g) |
l-unitajiet ATFM lokali; |
(h) |
il-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti koordinati. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (4) għandhom japplikaw.
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
(1) |
“miżura ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM)” tfisser l-azzjonijiet meħuda għat-twettiq tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru u l-ġestjoni tal-kapaċità; |
(2) |
“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata fi jew li toffri li timpenja ruħha f’operazzjoni ta’ inġenju tal-ajru; |
(3) |
“regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR)” tfisser ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti kif definit fl-Anness 2 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tal-1944 (minn hawn ‘il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”); |
(4) |
“uffiċċju tar-rappurtar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser unità ATS stabbilita għall-iskop li tirċievi rapporti li jikkonċernaw l-ATS u pjanijiet tat-titjira mressqa qabel ma tingħata l-ewwel approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru; |
(5) |
“unità lokali ta’ ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM)” tfisser entità ta’ ġestjoni tal-fluss li topera f’isem entità waħda jew aktar ta’ ġestjoni tal-fluss bħala l-interface bejn l-unità ċentrali għall-ATFM u unità tal-ATS jew grupp ta’ tali unitajiet; |
(6) |
“avveniment kritiku” tfisser sitwazzjoni mhux tas-soltu jew kriżi li tinvolvi telf kbir tal-kapaċità EATMN, jew żbilanċ kbir bejn il-kapaċità EATMN u t-talba, jew nuqqas kbir fil-fluss tat-tagħrif f’parti waħda jew f’diversi partijiet tal-EATMN; |
(7) |
“slot tat-tluq tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM)” tfisser ħin tat-tluq ikkalkulat attribwit mill-unità ċentrali għall-ATFM b’tolleranza tal-ħin amministrata mill-unità ATS lokali; |
(8) |
“orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku” tfisser politiki u proċeduri għall-użu tar-rotot mill-inġenji tal-ajru; |
(9) |
“pjan tat-titjira multiplu” tfisser iktar minn pjan tat-titjira wieħed għall-istess titjira intenzjonata bejn żewġ ajruporti; |
(10) |
“konfigurazzjoni tas-settur tal-unità tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS)” tfisser id-deskrizzjoni ta’ erba’ dimensjonijiet ta’ settur tal-ispazju tal-ajru ta’ unità ATS, jew grupp ta’ setturi, li jistgħu jiġu operati fuq bażi permanenti jew temporanja; |
(11) |
“il-ħin taċ-ċirkulazzjoni fl-ajrudrom” tfisser il-valur tal-ħin predeterminat mill-preparament għat-titjira sat-tluq proprju, espress f’minuti u validu matul l-operazzjonijiet normali tal-ajruport; |
(12) |
“pożizzjoni aġġornata tat-titjira” tfisser il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru, aġġornata bid-dejta ta’ sorveljanza, id-dejta tal-pjan tat-titjira jew ir-rapporti tal-pożizzjoni; |
(13) |
“approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru” tfisser l-awtorizzazzjoni għall-inġenju tal-ajru biex jipproċedi taħt il-kondizzjonijiet speċifikati minn unità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru; |
(14) |
“sospensjoni tal-pjan tat-titjira” tfisser il-proċess inizjat minn entità li tkun qed twettaq l-ATFM biex tiżgura li ssir tibdila fil-pjan tat-titjira mill-operatur qabel l-eżekuzzjoni tat-titjira; |
(15) |
“servizz tal-ajru” tfisser titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru passiġġieri, tagħbija jew posta, bi ħlas jew kiri; |
(16) |
“reġistru tal-operazzjoni” tfisser reġistru tas-sistema ATFM, konvertit f’bażi tad-dejta biex jippermetti li d-dejta ATFM tinstab malajr. |
Artikolu 3
Qafas tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
1. L-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-miżuri ATFM mill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ICAO speċifikati fl-Anness.
2. L-ATFM għandha tkun regolata mill-prinċipji li ġejjin:
(a) |
Il-miżuri ATFM għandhom:
|
(b) |
l-unitajiet ATFM lokali u l-unità ċentrali għall-ATFM għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mill-funzjoni tal-ATFM. |
3. L-allokazzjoni tas-slots tat-tluq tal-ATFM għandha tagħti prijorità lit-titjiriet skont l-ordni tal-entrata ppjanata tagħhom fil-lok fejn se tapplika l-miżura ATFM, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi speċifiċi li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ regola ta’ prijorità differenti li tkun formalment maqbula u li tkun ta’ benefiċċju għall-EATMN.
L-ewwel subparagrafu jista’ japplika għal titjiriet li ma jistgħux jaċċettaw l-għażla ta’ rotta mill-ġdid biex jiġu evitati jew jitħaffu ż-żoni b’ħafna traffiku, fid-dawl tal-lok u l-estensjoni taż-żona b’ħafna traffiku.
Artikolu 4
Obbligi ġenerali tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-ATFM tkun disponibbli għall-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) matul l-24 siegħa kollha.
2. Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ATFM għandhom ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża tal-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza fl-ippjanar, fl-allokazzjoni u fl-użu tal-ispazju tal-ajru għall-benefiċċju tal-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3).
3. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri konsistenti għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet involuti fil-funzjoni tal-ATFM, l-unitajiet ATS u l-entitajiet involuti fil-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazju tal-ajru.
4. Għandu jinħoloq dokument ta’ referenza komuni li jkun fih il-politiki, il-proċeduri u deskrizzjoni għall-orjentazzjoni tar-rotot u tat-traffiku. Fejn applikabbli, il-pubblikazzjoni tad-disponibbiltà tar-rotot fil-pubblikazzjonijiet tat-tagħrif ajrunawtiku nazzjonali għandha tkun kompletament konsisteni ma’ dan id-dokument ta’ referenza komuni.
5. Għandhom jitħejjew proċeduri komuni għat-talba għal eżenzjoni minn slot tat-tluq tal-ATFM skont id-dispożizzjonijiet tal-ICAO speċifikati fl-Anness. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu koordinati mal-unità ċentrali għall-ATFM u ppubblikati fil-pubblikazzjonijiet tat-tagħrif ajrunawtiku nazzjonali.
Artikolu 5
Obbligi tal-Istati Membri rigward l-unità ċentrali għall-ATFM
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM:
(a) |
tottimizza l-effetti kumplessivi tal-prestazzjoni fuq l-EATMN permezz tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ATFM; |
(b) |
tikkonsulta mal-operaturi dwar id-definizzjoni tal-miżuri ATFM; |
(c) |
tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ATFM, flimkien mal-unitajiet ATFM lokali; |
(d) |
f’koordinazzjoni mal-unitajiet ATFM lokali tidentifika rotot alternattivi sabiex jiġu evitati jew jitħaffu ż-żoni b’ħafna traffiku, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti kumplessivi fuq il-prestazzjoni tal-EATMN; |
(e) |
toffri rotta mill-ġdid għal dawk it-titjiriet li tottimizza l-effett tal-punt (d); |
(f) |
tipprovdi tagħrif dwar l-ATFM fil-ħin lill-operaturi u l-unitajiet tal-ATS, inklużi:
|
(g) |
tagħmel monitoraġġ tal-okkorrenzi tal-pjanijiet tat-titjira neqsin u l-pjanijiet tat-titjira multipli li huma rreġistrati; |
(h) |
tissospendi pjan ta’ titjira meta, meħuda inkunsiderazzjoni t-tolleranza tal-ħin, ma tkunx tista’ tiġi sodisfatta s-slot tat-tluq ATFM u ma jkunx magħruf ħin ġdid stmat ta’ preparament għat-titjira; |
(i) |
tagħmel monitoraġġ tal-għadd ta’ eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 4(5). |
Artikolu 6
Obbligi ġenerali tal-unitajiet ATS
1. Meta miżura ATFM trid tiġi applikata, l-unitajiet ATS għandhom jikkoordinaw mal-unità ċentrali għall-ATFM permezz tal-unità ATFM lokali sabiex jiżguraw li l-għażla tal-miżura ssir billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-ottimizzazzjoni tal-effetti kumplessivi tal-prestazzjoni fuq l-EATMN.
2. Fejn meħtieġ, l-uffiċċji tar-rappurtar tal-ATS għandhom jiffaċilitaw l-iskambju tat-tagħrif bejn il-piloti jew l-operaturi u l-unità lokali jew ċentrali għall-ATFM.
3. L-unitajiet ATS għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-ATFM applikati għall-ajruporti jkunu kkoordinati flimkien mal-korp ta’ ġestjoni tal-ajruport ikkonċernat, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza fl-ippjanar u fl-użu tal-ajruport għall-benefiċċju tal-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3).
4. L-unitajiet ATS għandhom jinnotifikaw lill-unità ċentrali għall-ATFM l-avvenimenti kollha li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew fuq it-talba għat-traffiku tal-ajru, permezz tal-unità ATFM lokali.
5. L-unitajiet ATS għandhom jipprovdu lill-unità ċentrali għall-ATFM id-dejta li ġejja u l-aġġornamenti sussegwenti tagħha, fil-ħin u filwaqt li jiżguraw il-kwalità tagħha:
(a) |
id-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru u l-istrutturi tar-rotot, |
(b) |
il-konfigurazzjonijiet tas-settur u l-attivazzjonijiet tal-unità ATS, |
(c) |
il-ħinijiet taċ-ċirkulazzjoni fl-ajrudrom, |
(d) |
il-kapaċitajiet tas-settur tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u tal-ajruport, |
(e) |
id-disponibbilità tar-rotot inkluża d-disponibbilità permezz tal-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2005, |
(f) |
il-pożizzjonijiet aġġornati tat-titjira, |
(g) |
id-devjazzjonijiet mill-pjanijiet tat-titjira, |
(h) |
id-disponibbilità tal-ispazju tal-ajru inkluża d-disponibbilità permezz tal-applikazzjoni tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2150/2005, |
(i) |
il-ħinijiet attwali tat-tluq tat-titjira. |
Id-dejta għandha tkun disponibbli għall-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) u pprovduta mingħajr ħlas lill-, jew mill-unità ċentrali għall-ATFM.
6. L-unità ATS fl-ajruport tat-tluq għandha tiżgura li:
(a) |
fejn titjira hija suġġetta għal slot tat-tluq ATFM, dik is-slot tiġi inkluża bħala parti mill-approvazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru; |
(b) |
it-titjiriet iżommu mas-slots tat-tluq ATFM; |
(c) |
it-titjiriet li ma jżommux mal-ħin stmat tal-preparament għat-titjira, meħuda in kunsiderazzjoni t-tolleranza tal-ħin stabbilita, ma jingħatawx approvazzjoni għat-tluq; |
(d) |
it-titjiriet li l-pjan tat-titjira tagħhom ġie miċħud jew sospiż ma jingħatawx approvazzjoni għat-tluq. |
Artikolu 7
Obbligi ġenerali tal-operaturi
1. Kull titjira intenzjonata għandha tkun koperta minn pjan tat-titjira uniku. Il-pjan tat-titjira rreġistrat għandu jirrifletti b’mod korrett il-profil tat-titjira intenzjonata.
2. Il-miżuri rilevanti kollha tal-ATFM u t-tibdiliet fihom għandhom jiġu inkorporati fl-operazzjoni tat-titjira ppjanata u kkomunikati lill-pilota.
3. Meta jsir tluq minn ajruport li mhuwiex suġġett għal slot tat-tluq ATFM, l-operaturi huma responsabbli sabiex jikkonformaw ruħhom mal-ħin stmat tal-preparazzjoni tat-titjira, meħuda inkunsiderazzjoni t-tolleranza tal-ħin kif stipulat fid-dispożizzjonijiet rilevanti ICAO speċifikati fl-Anness.
4. Meta pjan tat-titjira jiġi sospiż skont l-Artikolu 5(h), l-operatur konċernat għandu jagħmel l-arranġamenti għall-aġġornament jew il-kanċellament tal-pjan tat-titjira.
Artikolu 8
Obbligi ġenerali tal-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport
Il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jinnotifikaw lill-unità ċentrali għall-ATFM, direttament jew permezz tal-unità ATFM lokali jew l-unitajiet ATS jew it-tnejn li huma, l-avvenimenti kollha li jista’ jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew fuq it-talba għat-traffiku tal-ajru. Meta n-notifika ssir direttament, għandhom jinfurmaw lill-unità ATFM lokali u l-unitajiet ATS.
Artikolu 9
Konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjira u l-islots tal-ajruport
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta mitluba minn koordinatur tas-slots tal-ajruport jew korp ta’ ġestjoni ta’ ajruport koordinat, l-unità ċentrali għall-ATFM jew l-unità ATFM lokali għandhom jipprovduhom bil-pjan tat-titjira aċċettat ta’ titjira li topera f’dak l-ajruport, qabel ma dik it-titjira sseħħ. Il-koordinaturi tas-slots tal-ajruport jew il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti koordinati għandhom jirranġaw l-aċċess għall-pjanijiet tat-titjira aċċettati pprovduti mill-unità ċentrali għall-ATFM jew l-unità ATFM lokali.
2. Qabel it-titjira, l-operaturi għandhom jipprovdu lill-ajruporti tat-tluq u tal-inżul it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex ikun possibbli li ssir korrelazzjoni bejn in-numru tat-titjira li jinsab fil-pjan tat-titjira u dak notifikat għas-slot korrispondenti tal-ajruport.
3. Kwalunkwe operatur, korp ta’ ġestjoni tal-ajruport u unità ATS għandhom ikunu intitolati li jirrappurtaw lill-koordinatur tas-slots tal-ajruport dwar l-operazzjoni ripetuta tas-servizzi tal-ajru f’ħinijiet li jkunu sinifikattivament differenti mis-slots tal-ajruport allokati jew dwar l-użu ta’ slots b’mod sinifikattivament differenti minn dak indikat fil-ħin tal-allokazzjoni, fejn dan joħloq preġudizzju għall-operazzjonijiet tal-ajruport jew tat-traffiku tal-ajru.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tirrapporta lill-koordinaturi tas-slots tal-ajruport dwar l-operazzjoni ripetuta tas-servizzi tal-ajru f’ħinijiet sinifikattivament differenti mis-slots tal-ajruport allokati jew dwar l-użu ta’ slots b’mod sinifikattivament differenti minn dak indikat fil-ħin tal-allokazzjoni, fejn dan joħloq preġudizzju għall-ATFM.
Artikolu 10
Obbligi li jikkonċernaw l-avvenimenti kritiċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tistabbilixxi u tippubblika proċeduri ATFM għall-ġestjoni tal-avvenimenti kritiċi, sabiex ikunu minimizzati d-disturbi lill-EATMN.
2. Fil-preparazzjoni għall-avvenimenti kritiċi, l-unitajiet ATS u l-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruport għandhom jikkoordinaw ir-rilevanza u l-kontenut tal-proċeduri ta’ kontinġenza, inkluż kwalunkwe aġġustament għar-regoli ta’ prijorità, mal-operaturi affettwati mill-avvenimenti kritiċi.
Il-proċeduri ta’ kontinġenza għandhom jinkludu:
(a) |
arranġamenti dwar l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni, |
(b) |
miżuri ATFM sabiex jiġġestixxu l-aċċess għall-oqsma affettwati biex tiġi evitata t-talba eċċessiva għat-traffiku tal-ajru meta mqabbla mal-kapaċità ddikjarata tal-ispazju tal-ajru jew tal-ajruporti kkonċernati kollha jew parti minnhom, |
(c) |
ċirkustanzi, kondizzjonijiet u proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ prijorità għat-titjiriet, li jħarsu l-interessi essenzjali tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika tas-sigurtà jew tad-difiża, |
(d) |
arranġamenti ta’ rkupru. |
Artikolu 11
Monitoraġġ tal-konformità mal-miżuri ATFM
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-konformità mas-slots tat-tluq ATFM f’ajruport tat-tluq hija 80 % jew inqas matul sena, l-unità ATS f’dak l-ajruport għandha tipprovdi t-tagħrif rilevanti dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet meħudin sabiex tiġi żgurata l-konformità mas-slots tat-tluq ATFM. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li jrid jitressaq mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni.
2. L-unità ATS f’dak l-ajruport ikkonċernat għandha tipprovdi t-tagħrif rilevanti dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rifjut jew mas-sospensjoni ta’ pjan tat-titjira f’dak l-ajruport u l-azzjonijiet meħudin biex tiġi żgurata l-konformità. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li jrid jitressaq mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-unità ċentrali għall-ATFM tinnotifika lil Stat Membru li jagħti eżenzjonijiet li jaqbżu l-0,6 % tat-tluq annwali ta’ dak l-Istat Membru; |
(b) |
meta Stat Membru jkun ġie notifikat skont il-punt (a), huwa għandu jipproduċi rapport li jipprovdi d-dettalji tal-eżenzjonijiet mogħtija li jridu jitressqu lill-Kummissjoni. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi identifikat nuqqas ta’ konformità mal-miżuri ATFM li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5(g), l-unità ċentrali għall-ATFM għandha tinnotifika lill-operatur dwar in-nuqqas ta’ konformità.
5. L-operaturi għandhom jippreżentaw rapport lill-unità ċentrali għall-ATFM dwar kull nuqqas ta’ konformità mal-miżuri ATFM li jipprovdi d-dettalji taċ-ċirkustanzi li rriżultaw fi pjan tat-titjira nieqes jew pjanijiet tat-titjira multipli u l-azzjonijiet meħudin sabiex jiġi kkoreġut dan in-nuqqas ta’ konformità.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tipproduċi rapport annwali li jipprovdi d-dettalji tal-pjanijiet tat-titjira neqsin, jew tal-pjanijiet tat-titjira multipli li ġew irreġistrati, u li dak ir-rapport jitressaq lill-Kummissjoni.
7. L-Istati Membri għandhom iwettqu reviżjoni annwali tal-konformità mal-miżuri ATFM sabiex jiżguraw li l-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) itejbu l-livell ta’ konformità ma’ dawk il-miżuri.
Artikolu 12
Valutazzjoni tal-prestazzjoni
1. Meta jkunu qed jimplimentaw l-Artikolu 11, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unità ċentrali għall-ATFM tipproduċi rapporti annwali li jindikaw il-kwalità tal-ATFM li għandhom jinkludu d-dettalji:
(a) |
tal-kawżi tal-miżuri ATFM; |
(b) |
tal-impatt tal-miżuri ATFM; |
(c) |
tal-konformità mal-miżuri ATFM; |
(d) |
tal-kontribuzzjonijiet mill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) għall-ottimizzazzjoni tal-effett kumplessiv tan-netwerk. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit u miżmum mill-unità ċentrali għall-AFTM arkivju tad-dejta ATFM elenkata fl-Artikolu 6(5), tal-pjanijiet tat-titjira, tar-reġistri tal-operazzjonijiet u tad-dejta kuntestwali rilevanti.
Id-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinżamm għal sentejn minn meta tiġi ppreżentata tkun disponibbli għall-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-unitajiet ATS u l-operaturi.
Dik id-dejta għandha tkun disponibbli għall-koordinaturi tal-ajruport u l-operaturi tal-ajruport sabiex tgħin fil-valutazzjoni regolari tagħhom tal-kapaċità ddikjarata.
Artikolu 13
Rekwiżiti tas-sigurezza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni tas-sigurezza, li tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni, qabel ma jsiru tibdiliet sinifikanti fis-sistemi ATFM u jiġu introdotti proċeduri, inkluża valutazzjoni ta’ proċess ta’ ġestjoni tas-sigurezza li jindirizza ċ-ċiklu komplet tal-ħajja tas-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.
Artikolu 14
Rekwiżiti addizzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) involut fl-attivitajiet ATFM ikun:
(a) |
konxju kif suppost tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
imħarreġ b’mod adegwat u kompetenti fil-funzjonijiet ta’ ħidmietu. |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-partijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3) bir-responsabbiltajiet għall-funzjonijiet ATFM:
(a) |
jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u t-tagħrif meħtieġ biex il-persunal tal-operazzjonijiet tagħhom ikun jista’ japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżguraw li dawn il-manwali jkunu konsistenti, aċċessibbli u miżmuma aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni xierqa ta’ kwalità u ta’ konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni; |
(c) |
jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri tal-operazzjoni jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 15
Penalijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Settembru 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-26 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(3) ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.
ANNESS
Lista tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
1. |
Kapitolu 3 paragrafu 3.7.5 (Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago – Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (it-13-il edizzjoni – Lulju 2001, li jinkorpora l-emenda Nru 47). |
2. |
Kapitolu 3 (Kapaċità ATS u l-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tad-Dok 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru – Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (il-15-il edizzjoni – 2007). |
3. |
Kapitolu 8.3 (eżenzjonijiet mill-allokazzjoni tas-slots ATFM) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2007). |
4. |
Kapitolu 8.4.1.c) (Konformità tal-operatur tal-inġenju tal-ajru mal-miżuri ATFM) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2007). |
5. |
Kapitolu 2 paragrafu 2.3.2 (Tibdiliet għall-EOBT) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2007). |