Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32010R0246

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2010 tat- 23 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 989/89 li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ta’ sdieri kkuttunati fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 77, 24.3.2010, p. 51/51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Estatuto jurídico del documento Vigente

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/246/oj

    24.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 77/51


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2010

    tat-23 ta’ Marzu 2010

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 989/89 li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ta’ sdieri kkuttunati fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 989/89 (2) jistipula l-kriterji ta' klassifikazzjoni applikabbli għal anoraks (li jinkludu ġgieget għall-iskijar), inċirati għar-riħ u oġġetti simili fil-kodiċi tan-NM 6101, 6102, 6201 u 6202

    (2)

    Ħwejjeġ tal-intestaturi hawn fuq imsemmija huma ġeneralment milbusa fuq ilbies ieħor u jiżguraw protezzjoni kontra l-maltemp (Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestaturi 6101, 6102, 6201 u 6202) u, konsegwentament, anoraks (li jinkludu ġgieget għall-iskijar), inċirati għar-riiħ, ġgieget għar-riħ u oġġetti simili li jaqgħu taħt dawk l-intestaturi jrid ikollhom il-kmiem twal. Madanakollu, sdieri kkuttunati, minkejja l-fatt li ma għandhomx kmiem, għandhom ikunu koperti minn dawk l-intestaturi għaliex jintlibsu fuq ilbies ieħor għall-protezzjoni kontra l-maltemp, u minħabba l-ikkuttunar tagħhom (Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestaturi 6101, 6102, 6201 u 6202, it-tieni paragrafu).

    (3)

    Sabiex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, dwar il-klassifikazzjoni tat-tariffa tas-sdieri kkutunati, huwa għalhekk neċessarju li jkun speċifikat li s-sdieri kkuttunati għandhom ikunu klassifikati fl-intestaturi 6101, 6102, 6201 jew 6202 minkejja li ma għandhomx kmiem.

    (4)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 989/89 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 989/89 il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

    “B'deroga mill-ewwel paragrafu dawk l-intestaturi għandhom jinkludu s-sdieri kkuttunati minkejja l-fatt li ma għandhomx kmiem.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 106, 18.4.1989, p. 25.


    Arriba