This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0222
Commission Regulation (EU) No 222/2010 of 17 March 2010 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Sedano Bianco di Sperlonga (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2010 tas- 17 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2010 tas- 17 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP)]
ĠU L 68, 18.3.2010, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
18.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 222/2010
tas-17 ta’ Marzu 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2)(1) u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Sedano Bianco di Sperlonga” tkun irreġistrata, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 185, 7.8.2009, p. 13.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Il-kategorija 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
L-ITALJA
Sedano Bianco di Sperlonga (IĠP)