EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0215

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2010 tal- 5 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 76, 23.3.2010, p. 1–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/215/oj

23.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 000/2010

tal-5 ta’ Marzu 2010

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 26(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma għall-konsum mill-bniedem (2), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1), Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (3) jistabbilixxi li l-prodotti koperti b’dak ir-Regolament jistgħu biss jiġu importati jew fi tranżitu fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 fl-Anness I tiegħu. Jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn il-prodotti u l-mudelli ta' ċertifikati veterinarji li jakkumpanjawhom huma stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness.

(2)

Skont l-Artikolu 24(1)(b) tad-Direttiva 2009/158/KE, ma għandhomx jiġu importati prodotti fl-Unjoni minn pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment fejn tkun instabet tifqigħa tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle u li għalhekk ma jiġux aktar iċċertifikati bħala ħielsa minn waħda minn dawn il-mard, sakemm l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju ma japplikax miżuri biex jikkontrollahom li huma talanqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (4) u fid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ Newcastle (5).

(3)

Parti mit-territorju tal-Brażil u t-territorji tal-Kanada, iċ-Ċilì, il-Kroazja, l-Iżrael u l-Istati Uniti tal-Amerika, kif elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, huma fil-preżent awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni ta’ tjur ħajjin u tar-ratiti, tal-bajd għat-tifqis tat-tjur u ratiti kif ukoll għal-laħam tat-tjur u tar-ratiti.

(4)

Dawk is-sitt pajjiżi terzi japplikaw miżuri ta’ kontroll għall-marda ta’ Newcastle ekwivalenti għal dawk implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 92/66/KEE, inkluż it-tqegħid ta’ żoni fit-territorju tagħhom taħt restrizzjonijiet uffiċjali fil-każ tat-tfaqqigħ ta’ dik il-marda.

(5)

Rigward l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur u tar-ratiti fl-Unjoni, l-ekwivalenza tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-marda ta’ Newcastle applikati f’partijiet tal-Brażil u wkoll fl-Iżrael diġà ġiet rikonoxxuta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/659/KE tas-6 ta’ Awwissu 2001 li temenda d-Deċiżjoni 94/984/KE rigward l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk mill-Brażil (6) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/593/KE tad-29 ta’ Lulju 1997 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk mill-Iżrael (7).

(6)

Waqt li titqies l-ekwivalenza tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda ta’ Newcastle u l-kapaċità ta’ dawk il-pajjiżi terzi biex b’mod effettiv jittrattaw tifqigħa ta’ dik il-marda kif ukoll is-sejbiet u l-azzjonijiet segwenti għall-missjonijiet ta’ spezzjoni għal dawn il-pajjiżi, huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi fir-rigward tal-ħelsien minn dik il-marda.

(7)

Għall-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u bajd għat-tifqis tat-tjur u r-ratiti fl-Unjoni l-annotazzjonijiet fil-kolonna 6 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi fil-Parti 1 tal-Anness I u ċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom jiġu emendati, sabiex f’każ ta’ tifqigħat futuri tal-marda ta’ Newcastle fil-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċilì, il-Kroazja, l-Iżrael u l-Istati Uniti tal-Amerika, kif elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti tista’ titkompla mill-partijiet ta’ dawk il-pajjiżi terzi li ma tqegħdux taħt restrizzjonijiet uffiċjali minħabba l-marda ta’ Newcastle.

(8)

Għall-importazzjoni tal-laħam tat-tjur u l-laħam tar-ratiti fl-Unjoni l-annotazzjonijiet fil-kolonna 6 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi fil-Parti 1 tal-Anness I u ċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom jiġu emendati, sabiex f’każ ta’ tifqigħat futuri tal-marda ta’ Newcastle fil-Kanada, iċ-Ċilì, il-Kroazja, l-Iżrael u l-Istati Uniti tal-Amerika, kif elenkati fil-Parti I tal-Anness 1 ta’ dak ir-Regolament, l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti tista’ titkompla mill-partijiet ta’ dawk il-pajjiżi terzi li ma tqegħdux taħt restrizzjonijiet uffiċjali minħabba l-marda ta’ Newcastle.

(9)

Barra minn hekk, iċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti l-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott miksub mit-tjur tal-qatla li joriġina minn pajjiż terz ieħor elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2009 tat-18 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 798/2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (8) applikati mill-Kanada għall-influwenza tat-tjur b’patoġenità baxxa diġà ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ġew emendati kif xieraq; huwa għalhekk xieraq għal raġunijiet ta’ konsistenza biex jiġu allinjati dawn ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ma’ dawk li għandhom jiġu introdotti mir-Regolament preżenti.

(11)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għaldaqstant għandu jiġi emendat.

(12)

Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex jippermetti li l-Istati Membri u l-industrija jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli pprovduti f’dan ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prodotti li għalihom iċ-ċertifikati veterinarji rilevanti ħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistgħu jkomplu jiġu importati jew isir tranżitu fl-Unjoni sal-1 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2010

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 232, 30.8.2001, p. 19.

(7)  ĠU L 239, 30.8.1997, p. 51.

(8)  ĠU L 124, 20.5.2009. p. 3.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, żoni jew kumpartimenti

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

A

 

S4

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

S0

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

Stati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

N

 

 

A

 

 

BR-2

Stati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

N

 

 

 

S0

BR-3

Distrito Federal u Stati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

N

 

 

 

 

S4

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOR, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1

DOC, HEP

 

L, N

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CH – L-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

A

 

 (3)

CL –Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CN –Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Provinċja ta’ Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

S4

GL – Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

It-territorju sħiħ tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S2

EP, E, POU, RAT, WGM

 

N

 

 

 

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

 

N

 

 

A

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

KR – Ir-Repubblika tal-Korea

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

ME – Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

S4

MY –Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Peninżulari tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6.2.2004

 

 

 

S4

MK –Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX –Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

S4

NC – New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ – New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

S0

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

PM – Saint Pierre u Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS – Is-Serbja (5)

RS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG – Singapor

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23.1.2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23.1.2004

 

 

 

S4

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

 

 

 

 

 

 

S1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S3

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

N

 

 

 

 

S4

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

S4

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPR

I

 

 

 

A

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima Kundizzjonijiet Speċifiċi, l-annotazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda wara l-annotazzjoni ’P3’:

“‘N’:

Ingħataw garanziji li l-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-marda ta’ Newcastle fil-pajjiż terz jew it-territorju hija ekwivalenti għal dik applikata fl-Unjoni. F’każ ta’ tifqigħa tal-marda ta’ Newcastle, l-importazzjonijiet jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-pajjiż terz jew it-territorju mingħajr bdil fil-kodiċi tal-pajjiż terz jew il-kodiċi tat-territorju. Madankollu, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miż-żoni kollha li jitqegħdu taħt restrizzjonijiet uffiċjali mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew tat-territorju kkonċernati minħabba t-tifqigħa ta’ dik il-marda għandhom jiġu awtomatikament ipprojbiti.

‘L’:

Ingħataw garanziji li l-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-influwenza tat-tjur fil-pajjiż terz jew fit-territorju hija ekwivalenti għal dik applikata fl-Unjoni. F’każ ta’ tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġenità baxxa, l-importazzjonijiet jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-pajjiż terz jew mit-territorju mingħajr bdil fil-kodiċi tal-pajjiż terz jew fil-kodiċi tat-territorju. Madankollu, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miż-żoni kollha li jitqegħdu taħt restrizzjonijiet uffiċjali mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju kkonċernati minħabba t-tifqigħa ta’ dik il-marda għandhom jiġu awtomatikament ipprojbiti.”

(b)

Il-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji BPP, BPR, DOC, DOR, HEP u HER huma mibdula minn dawn li ġejjin:

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(c)

Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji SRP, SRA u POU qed jinbidlu b’dawn li ġejjin:

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(d)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju RAT qed jinbidel b’dan li ġej:

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)  Il-prodotti, inklużi dawk li jinġarru fuq l-ibħra, magħmula qabel din id-data jistgħu jiġu importati fl-Unjoni waqt perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Huma biss il-prodotti li ġew magħmula wara din id-data li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni.

(3)  Skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Ma jinkludux il-Kosovo, kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”


Top