EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0182

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 tat- 3 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]

ĠU L 53, 4.3.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/182/oj

4.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 182/2010

tat-3 ta’ Marzu 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 (1) dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Belokranjska pogača” tkun irreġistrata, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata.

(3)

Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Belokranjska pogača” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Għandha tapplika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 17.6.2009, p. 19.


ANNESS

L-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 509/2006:

Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

IS-SLOVENJA

Belokranjska pogača (STG)

L-użu tad-denominazzjoni huwa rriżervat.


Top