EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0168

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 168/2010 tal- 1 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

ĠU L 51, 2.3.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/168/oj

2.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 168/2010

tal-1 ta’ Marzu 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2010/128/PESK tal-1 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (2), għamel arranġamenti speċifiċi dwar pagamenti għal żejt mhux raffinat, prodotti ta’ żejt mhux raffinat u gass naturali esportati mill-Iraq, filwaqt li l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament għamel arranġamenti speċifiċi dwar l-immunità mill-proċedimenti legali ta’ xi assi Iraqini. Dawn l-arranġamenti speċifiċi applikaw sal-31 ta’ Diċembru 2008.

(2)

Ir-Riżoluzzjoni 1859 (2008) tal-KSNU pprevediet li ż-żewġ arranġamenti speċifiċi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2009. Skont il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/175/PESK (3), ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 ġie emendat kif meħtieġ permezz tar-Regolament (KE) Nru 175/2009 (4).

(3)

Ir-Riżoluzzjoni 1905 (2009) tal-KSNU pprevediet li ż-żewġ arranġamenti speċifiċi għandhom jiġu estiżi aktar sal-31 ta’ Diċembru 2010. Skont id-Deċiżjoni 2010/128/PESK, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Artikoli 2 u 10 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2010.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  Ara paġna 22 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.

(3)  ĠU L 62, 6.3.2009, p. 28.

(4)  ĠU L 62, 6.3.2009, p. 1.


Top