EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0103

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2010 tal- 5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 35, 6.2.2010, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2010; Imħassar b' 32010R0350

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/103/oj

6.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2010

tal-5 ta’ Frar 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fil-15 ta’ Settembru 2009 (2) flimkien ma’ dik tal-15 ta’ April 2008 (3) jirriżulta li l-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent għat-tiġieġ għat-tismin. Skont l-opinjoni tal-15 ta’ April 2008, l-użu ta’ din il-preparazzjoni jista’ jitqies bħala sors ta’ manganiż disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta’ addittiv nutrittiv għat-tiġieġ għat-tismin. L-opinjoni tal-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. Hi ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal EFSA (2009) 7(9): 1316.

(3)  Il-Ġurnal EFSA (2008) 692, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċijiet jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti mikroelementi

3b5.10

Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina li fih minimu ta’ 13 % kelat manganiż u 76 % aċidu butanojku (2-hydroxy-4-methylthio)

 

Żejt minerali: ≤ 1 %

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija ta’ emissjoni atomika bi plażma akkopjata induttivament (ICP-AES) skont EN 15510:2007

Tiġieġ għat-tismin

 

150 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza għandhom jintlibsu waqt l-użu.

26.2.2020


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives


Top