EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0086
Commission Regulation (EU) No 86/2010 of 29 January 2010 amending Annex I to Council Regulation (EC) No 1005/2008 as regards the definition of fishery products and amending Commission Regulation (EC) No 1010/2009 as regards exchange of information on inspections of third country vessels and administrative arrangements on catch certificates
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi u arranġamenti tekniċi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet.
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 86/2010 tad- 29 ta’ Jannar 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi u arranġamenti tekniċi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet.
ĠU L 26, 30.1.2010, p. 1–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 86/2010
tad-29 ta’ Jannar 2010
li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi u arranġamenti tekniċi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1), 12(5), 51(3) u 52 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 japplika għall-prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness I għal dak ir-Regolament jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' prodotti tas-sajd. Dik il-lista tista' tiġi riveduta kull sena u issa għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva ma' pajjiżi terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 (2) tat-22 ta' Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistipula, inter alia, punti ta' riferiment għat-twettiq ta' spezzjonijiet fil-port mill-Istati Membri. Sabiex l-Istati Membri jimplimentaw il-punti ta' riferiment ta' spezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4(c) u (d) ta' dak ir-Regolament, informazzjoni dwar spezzjonijiet ta' bastimenti minn pajjiżi terzi għandha tintbagħat elettronikament lill-Kummissjoni, li għandha tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra. |
(3) |
L-arranġamenti amministrattivi li permezz tagħhom iċ-ċertifikati tal-qabdiet jiġu stabbiliti, validati jew imressqa b'mezzi elettroniċi inkella sostitwiti permezz ta' sistemi elettroniċi tat-traċċabilità li jiżguraw l-istess livell ta' kontroll mill-awtoritajiet għandhom jiġu elenkati fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009. Peress li ntlaħaq qbil dwar arranġamenti amministrattivi dwar iċ-ċertifikati tal-qabdiet, dak l-Anness għandu jiġi aġġornat. |
(4) |
Ir-Regolamenti (KE) Nri 1005/2008 u 1010/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “Fir-rigward tal-punti (c) u (d) tal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw mingħajr dewmien l-isem u l-bandiera tal-bastiment ta' pajjiż terz spezzjonat, u d-data ta' spezzjoni, lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra.” |
(2) |
L-Anness IX hu emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
“ex Kapitolu 3 ex 1604 ex 1605 |
Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi |
0301 10 (*) |
Ħut ornamentali, ħaj |
ex 0301 91 |
Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0301 92 00 |
Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
0301 93 00 |
Karpjun, ħaj |
ex 0301 99 11 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
0301 99 19 |
Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj |
ex 0302 11 |
Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0302 12 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu. |
ex 0302 19 00 |
Salmonidae oħra, friski jew imkessħin, bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0302 66 00 |
Sallur (Anguilla spp.), friski jew imkessħin, bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
0302 69 11 |
Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
0302 69 15 |
Tilapia (Oreochromis spp.), frisk jew imkessaħ, bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 : |
0302 69 18 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
ex 0302 70 00 |
Fwied u bajd, frisk jew imkessaħ ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
ex 0303 11 00 |
Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0303 19 00 |
Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0303 21 |
Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0303 22 00 |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0303 29 00 |
Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti al-ħut u laħam ieħor tal-ħut li jidher taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0303 76 00 |
Sallur (Anguilla spp.), iffriżati bl-eċċezzjoni ta’ fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbuda fl-ilma ħelu |
0303 79 11 |
Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
0303 79 19 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
ex 0303 80 |
Fwied u bajd, iffriżati ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 19 01 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus) |
0304 19 03 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.) |
ex 0304 19 13 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0304 19 15 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbuda fl-ilma ħelu. |
ex 0304 19 17 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħa, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta’ 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbuda fl-ilma ħelu |
0304 19 18 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 19 91 |
Laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta’ ħut tal-ilma ħelu |
0304 29 01 |
Fletti iffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus) |
0304 29 03 |
Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.) |
0304 29 05 |
Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.) |
ex 0304 29 13 |
Fletti ffriżati tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0304 29 15 |
Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0304 29 17 |
Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta’ 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbuda fl-ilma ħelu |
0304 29 18 |
Fletti ffriżati ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 99 21 |
Laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew le), iffriżat, ta’ ħut tal-ilma ħelu |
0305 10 00 |
Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajjeb għall-konsum mill-bniedem |
ex 0305 20 00 |
Fwied u bajd tal-ħut tal-ilma ħelu, imnixxfa, affumikati, immellħa jew fis-salmura |
ex 0305 30 30 |
Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 30 90 |
Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
ex 0305 41 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 45 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 50 |
Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti |
ex 0305 59 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux imma mhux affumikat: |
ex 0305 69 50 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbuda fl-ilma ħelu |
ex 0305 69 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat |
0306 19 10 |
Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat |
ex 0306 19 90 |
Dqiq, tħin u pellets ta’ krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem. |
0306 29 10 |
Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, imkessħa, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura, inkella le |
ex 0306 29 90 |
Dqiq, tħin u pellets ta’ krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem. |
0307 10 |
Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; |
0307 21 00 |
Arzell, inklużi mrewħi (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 29 |
Arzell, inklużi mrewħi (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, minbarra ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 31 |
Mussels (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 39 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), minbarra ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 60 00 |
Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura |
ex 0307 91 00 |
Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krostaċej u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi fis-sottointestaturi 0307 10 10 to 0307 60 00 , minbarra Illex spp. u siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, ħaj, frisk jew imkessaħ |
0307 99 13 |
Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati |
0307 99 15 |
Bram (Rhopilema spp.), iffriżati |
ex 0307 99 18 |
Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi fis-subintestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15 , minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, inklużi dqiq, tħin u pellets ta’ invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċej, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati |
ex 0307 99 90 |
Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi fis-subintestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp. u siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis, inklużi dqiq, tħin u pellets ta’ invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċej, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura |
ex 1604 11 00 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat: |
ex 1604 19 10 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbuda fl-ilma ħelu, ipproċessati jew ippriservati sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljati |
ex 1604 20 10 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (minbarra sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
ex 1604 20 30 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbuda fl-ilma ħelu, ipproċessati jew ippriservati mod ieħor, (minbarra sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
ex 1604 19 91 |
Fletti ta’ ħut tal-ilma ħelu, nejja, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija jew ma humiex fiż-żejt minn qabel, iffriżati |
ex 1605 40 00 |
Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat |
1605 90 11 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ipproċessati jew ippriservati f’kontenituri ssiġillati |
1605 90 19 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ipproċessati jew ippriservati minbarra f’kontenituri ssiġillati |
ex 1605 90 30 |
Arzell, gajdri u bebbux, ipproċessati jew ippreparati |
1605 90 90 |
Invertebrati akkwatiċi oħra, minbarra molluski, ipproċessati jew ippreservati: |
(*) Il-Kodiċijiet NM li jikkorrispondu għar-Regolament (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009).”
ANNESS II
It-test li ġej jiddaħħal fl-Annes IX tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009:
“Sezzjoni 1
IN-NORVEĠJA
SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDIET
In-Norveġja għandha tesiġi ċertifikat tal-qabda għall-ħatt l-art u importazzjoni fin-Norveġja ta' qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea.
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu, mill-1 ta' Jannar 2010, jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tan-Norveġja – minn ċertifikat Norveġiż tal-qabda bbażat fuq is-sistema Norveġiża ta' noti tal-bejgħ, li hija sistema elettronika tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Norveġiżi, li tiżgura l-istess livell ta' kontroll mill-awtorità bħal dak meħtieġ mill-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet.
Kampjun taċ-ċertifikat Norveġiż tal-qabda jidher fl-Anness.
Is-sistema Norveġiża ta' noti tal-bejgħ għandha tintuża biex jinareġ u jiġi vvalidat ċertifikat tal-qabda għal konsenji tal-esportazzjoni min-Norveġja għall-Komunità Ewropea ta' prodotti tas-sajd konvenzjonali inklużi stokk tal-ħut, ħut immellaħ u klippfix immellaħ u mnixxef, bl-użu ta' materja prima minn bastimenti żgħar tas-sajd u/jew bl-involviment ta' produzzjoni li tinkorpora diversi passi fil-proċess tal-produzzjoni, f'konformità mal-entrata 7.a tal-kampjun mehmuż.
Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu stabbiliti, ivvalidati u ppreżentati b'mezzi elettroniċi.
ASSISTENZA REĊIPROKA
Għandha tiġi żviluppata għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fin-Norveġja u fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, abbażi ta' regoli dettaljati dwar l-għajnuna reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.
Section 2
L-ISTATI UNITI
SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDIET
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istati Uniti – minn ċertifikat tal-qabdiet tal-Istati Uniti, appoġġat minn sistemi elettroniċi ta' rappurtar u ta' żamma tar-reġistri taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti, li jiżguraw l-istess livell ta' kontroll mill-awtorità bħal dak meħtieġ mill-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet.
Fl-Anness jinsab kampjun taċ-ċertifikat tal-qabdiet tal-Istati Uniti, li għandu jissostitwixxi ċ-Ċertifikat tal-Qabdiet u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea mill-1 ta' Jannar 2010.
ASSISTENZA REĊIPROKA
Għandha tiġi żviluppata għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fl-Istati Uniti u fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, abbażi ta' regoli dettaljati dwar l-għajnuna reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.
Sezzjoni 3
NEW ZEALAND
SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDIET
Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qabda previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 għandu jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' New Zealand – minn ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand, li hija sistema elettronika tat-traċċabilità u ċertifikazzjoni taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ta' New Zealand, li tiżgura l-istess livell ta' kontroll mill-awtorità bħal dak meħtieġ mill-iskema Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet.
Fl-Anness I, jinsab kampjun taċ-ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand, li għandu jieħu post iċ-Ċertifikat tal-Qabdiet u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea għal qabdiet minn bastimenti tas-sajd irreġistrati fi New Zealand u li jinħattu fi New Zealand mill-1 ta' Jannar 2010.
Fl-Appendiċi II, jingħataw bħala appoġġ noti ta' spegazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand.
Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu kkomunikati b'mezzi elettroniċi.
ASSISTENZA REĊIPROKA
Għandha tiġi żviluppata għajnuna reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fin-Norveġja u fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, abbażi ta' regoli dettaljati dwar l-għajnuna reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.
Appendiċi II
Noti ta' spegazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-qabdiet ta' New Zealand
Il-‘konsenjatur’ huwa l-‘esportatur’
Kwalunkwe informazzjoni ġdida inkluża fil-kaxxa ‘informazzjoni mhux uffiċjali’ u informazzjoni li ssegwi l-firem tal-gvern ta' New Zealand mhijiex ivvalidata mill-Gvern ta' New Zealand.