This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0024
Commission Regulation (EU) No 24/2010 of 13 January 2010 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Jihočeská Niva (PGI)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 24/2010 tat- 13 ta’ Jannar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jihočeská Niva (IĠP)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 24/2010 tat- 13 ta’ Jannar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jihočeská Niva (IĠP)]
ĠU L 9, 14.1.2010, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
14.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 24/2010
tat-13 ta’ Jannar 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jihočeská Niva (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), b’mod partikolari t-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 7(5), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) u f’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Jihočeská Niva”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Is-Slovakkja ressqet oġġezzjoni kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Din l-oġġezzjoni kienet meqjusa ammissibbli fuq il-bażi tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Fl-oġġezzjoni, is-Slovakkja indikat li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni kkonċernata tmur kontra l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u se xxekkel l-eżistenza ta’ trejdmarks reġistrati fit-territorju tas-Slovakkja. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, permezz tal-ittra tal-24 ta’ Ġunju 2008, stiednet lill-Istati Membri kkonċernati biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. |
|
(5) |
Minħabba li ma ntlaħaq l-ebda qbil bejn is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-informazzjoni provduta mis-Slovakkja, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Jihočeská Niva” tmur kontra l-Artikolu 3(4) tar-Regolament KE Nru 510/2006. Filwaqt li min oġġezzjona seta’ provda evidenza li d-denominazzjoni “Jihočeská Niva” tista’ tkun assoċjata mad-denominazzjoni “Niva”, ma kienet provduta l-ebda evidenza dwar il-grad ta’ distinzjoni li t-trejdmark akkwista minħabba r-reputazzjoni, il-fama u t-tul ta’ żmien li kien użat. Għalhekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, ma kienx hemm evidenza li r-reġistrazzjoni ta’ “Jihočeská Niva” kienet se tiżgwida lill-konsumaturi rigward l-identità reali tal-prodott. |
|
(7) |
Ma kienet preżentata l-ebda evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li wara li jkunu kkunsidrati l-użu ġust u tradizzjonali u l-probabbiltà reali ta’ konfużjoni, ir-reġistrazzjoni tal-isem “Jihočeská Niva” bħala indikazzjoni ġeografika protetta, kien imur kontra d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7. Skont l-evidenza preżentata lill-Kummissjoni, it-terminu “Niva” kien użat b’mod ġeneriku għal tip ta’ ġobon, fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja għal għexieren ta’ snin. Barra minn hekk, ir-reġistrazzjoni tal-isem imsemmi bħala indikazzjoni ġeografika protetta ma kinetx se tirrikjedi la l-kanċellazzjoni jew l-invalidazzjoni tat-trejdmarks, minħabba li kien hemm applikazzjoni għalihom qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni lill-Kummissjoni u lanqas ma kienet se xxekkel l-użu tal-istess. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, id-dritt esklussiv tal-proprjetarju tat-trejdmarks imsemmijin, ma jippermettilux li jipprojbixxi parti terza milli tuża matul il-kummerċjalizzazzjoni u skont prattiki onesti fi kwistjonijiet industrijali jew kummerċjali, indikazzjoni dwar l-oriġini ġeografika skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks [trejdmarks] (3) |
|
(8) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, id-denominazzjoni “Jihočeská Niva” għandha tiddaħħal fir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-13 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Kategorija 1.3. Ġobnijiet
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Jihočeská Niva (IĠP)]