Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0015

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 15/2010 tas- 7 ta’ Jannar 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 6, 9.1.2010, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Imħassar b' 32012R0649

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/15/oj

    9.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 6/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 15/2010

    tas-7 ta’ Jannar 2010

    li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ kunsens informat minn qabel (il-proċedura tal-PIC) għal ċerti kimiki u pestiċidi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali [kimiċi] u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (2).

    (2)

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti kimiki skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (3), id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4) u d-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (5).

    (3)

    Ġie deċiż li s-sustanzi 1,3-dikloropropan, benfurakarb u trifluralin ma jkunux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-listi ta' kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqu applikazzjonijiet ġodda li jeħtieġu deċiżjonijiet ġodda dwar l-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, ma għandhiex tapplika ż-żieda mal-lista ta’ kimiki li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawn il-kimiki.

    (4)

    Ġie deċiż li s-sustanza tal-metomil ma tkunx nkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u li ma tkunx inkluża s-sustanza tal-metomil bħala sustanza attiva fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE bl-effett li din is-sustanza attiva tiġi pprojbita għall-użu bħala pestiċida u għalhekk għandha tiżdied mal-listi ta' kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqet applikazzjoni ġdida li teħtieġ tittieħed deċiżjoni ġdida dwar l-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, ma għandhiex tapplika ż-żieda mal-lista ta’ kimiki li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawn il-kimiki.

    (5)

    Ġie deċiż li ma jkunux inklużi s-sustanzi tad-diazinon, tad-diklorvos u tal-fenitrothion bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi jiġu severament ristretti għall-użu bħala pestiċidi u b’hekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ kimiki li jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008, minħabba li kwalunkwe użu huwa effettivament ipprojbit minkejja l-fatt li dawk is-sustanzi ġew identifikati u notifikati sabiex jiġu evalwait skont id-Direttiva 98/8/KE u għaldaqstant jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri sakemm tittieħed deċiżjoni skont dik id-Direttiva.

    (6)

    Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi fl-Artikolu 8(2) għal terminu ta' żmien ta' 12-il sena li matulhom l-Istati Membri jitħallew jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ċerti sustanzi attivi. Dak il-perjodu ta' żmien ġie estiż bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 tal-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi t-terminu msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u dwar in-nuqqas ta' inklużjoni ta' xi sustanzi attivi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-irtirar ta' awtorizzazjonijiet ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (6). Madankollu, peress li s-sustanzi attivi ażinfos-metil u vinklożolin ma kinux approvati għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE qabel tmiem dak il-perjodu, l-Istati Membri kellhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi mill-1 ta’ Jannar 2007. Bħala riżultat is-sustanzi attivi ażinfos-metil u vinklożolin huma għalhekk ipprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta' kimiki li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (7)

    Ġie deċiż li l-użu tas-sustanzi tal-fenarimol, tal-metamidofos u tal-proċimidon ikun severament ristrett permezz ta’ bosta miżuri fosthom li dawk is-sustanzi attivi kienu inklużi biss għall-perjodu qasir ħafna fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Wara t-tmiem ta' dan il-perjodu dawk is-sustanzi attivi ma jkunux jistgħu jintużaw iktar bl-effett li jkunu pprojbiti fil-kategorija “Pestiċida” u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta' kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (8)

    Ġie deċiż li tkun inkluża s-sustanza tal-parakwat bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/112/KE tal-1 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex ikun inkluż il-parakwat bħala sustanza attiva (7). Madankollu, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/112/KE kienet annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-kawża T-229/04 tal-11 ta’ Lulju 2007 (8), bl-effett li din is-sustanza attiva hi pprojbita għall-użu bħala pestiċida u għaldaqstant għandha tiżdied mal-lista ta’ kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008,

    (9)

    Ġie deċiż li l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza tat-tolilfluwanid ikun ristrett taħt ċerti kundizzjonijiet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/322/KE tal-4 ta’ Mejju 2007 li tistipula miżuri ta’ ħarsien dwar l-użi ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tolilfluwanid li jwassal għall-kontaminazzjoni tal-ilma għax-xorb (9). Barra minn dan, ġie deċiż mill-industrija li din tirtira prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva tat-tolilfluwanid mis-suq sabiex tħares is-saħħa tal-bniedem bl-effett li din is-sustanza attiva hi pprojbita għall-użu fis-sottokategorija tal-pestiċidi fil-grupp ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Il-projbizzjoni f’din is-subkategorija titqies restrizzjoni severa fil-kategorija “Pestiċida” u għaldaqstant is-sustanza attiva għandha tiżdied mal-lista ta' kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (10)

    Ġie deċiż li tkun inkluża s-sustanza tad-dijuron bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li din is-sustanza attiva mhijiex ipprojbita iktar għall-użu fis-subkategorija “Pestiċida” fil-grupp tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Konsegwentament is-sustanza attiva għandha titħassar mill-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (11)

    Tressqet applikazzjoni ġdida għas-sustanzi attivi tal-kadusafos, karbofuran, karbosulfan u ħallossifop-R li jeħtieġ tittieħed deċiżjoni ġdida dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u għalhekk il-kimiki għandhom jitħassru mil-lista ta’ kimiki li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Id-deċiżjoni dwar iż-żieda mal-lista tal-kimiki fil-Parti 2 tal-Anness I ma għandhiex tittieħed qabel ma tkun disponibbli d-deċiżjoni l-ġdida li tkun ittieħdet dwar l-istatus tas-sustanzi fl-ambitu tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (12)

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq.

    (13)

    Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2010.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

    (3)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (5)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

    (6)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3.

    (7)  ĠU L 321, 6.12.2003, p. 32.

    (8)  ĠU C 199, 25.8.2007, p. 32.

    (9)  ĠU L 119, 9.5.2007, p. 49.


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 qed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    NM

    Subkategorija*

    Limitazzjoni fl-użu**

    Pajjiżi li għalihom l-ebda notifika ma hija meħtieġa

    “1,3-dikloropropan (2)

    542-75-6

    208-826-5

    2903 29 00

    p(1)

    b

     

    Benfurakarb

    82560-54-1

     

    2932 99 00

    p(1)

    b

     

    Fenarimol +

    60168-88-9

    262-095-7

    2933 59 95

    p(1)

    b

     

    Metamidofos (3) +

    10265-92-6

    233-606-0

    2930 50 00

    p(1)

    b

     

    Metomil

    16752-77-5

    240-815-0

    2930 90 85

    p(1)-p(2)

    b–b

     

    Parakwat +

    4685-14-7

    225-141-7

    2933 39 99

    p(1)

    b

     

    Proċmidon +

    32809-16-8

    251-233-1

    2925 19 95

    p(1)

    b

     

    Tolilfluwanid +

    731-27-1

    211-986-9

    2930 90 85

    p(1)

    b

     

    Trifluralin

    1582-09-8

    216-428-8

    2921 43 00

    p(1)

    b”

     

    (b)

    l-entrata li ġejja titħassar:

    Kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    NM

    Subkategorija*

    Limitazzjoni fl-użu**

    Pajjiżi li għalihom l-ebda notifika ma hija meħtieġa

    “Djuron

    330-54-1

    006-015-00

    2924 21 90

    p(1)

    b”

     

    (2)

    Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    NM

    Kategorija*

    Limitazzjoni fl-użu**

    “Azinphos-methyl

    86-50-0

    201-676-1

    2933 99 80

    p

    b

    Diażinon

    333-41-5

    206-373-8

    2933 59 10

    p

    sr

    Diklorvos

    62-73-7

    200-547-7

    2919 90 00

    p

    sr

    Fenarimol

    60168-88-9

    262-095-7

    2933 59 95

    p

    b

    Fenitrotijon

    122-14-5

    204-524-2

    2920 19 00

    p

    sr

    Metamidofos (1)

    10265-92-6

    233-606-0

    2930 50 00

    p

    b

    Parakwat

    1910-42-5

    217-615-7

    2933 39 99

    p

    b

    Proċmidon

    32809-16-8

    251-233-1

    2925 19 95

    p

    b

    Tolilfluwanid

    731-27-1

    211-986-9

    2930 90 85

    p

    sr

    Vinklożolin

    50471-44-8

    256-599-6

    2934 99 90

    p

    b”

    (b)

    l-entrati li ġejjin jitħassru:

    Kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    NM

    Kategorija*

    Limitazzjoni fl-użu**

    “Kadusafos

    95465-99-9

    n.a.

    2930 90 85

    p

    b

    Karbofuran

    1563-66-2

    216-353-0

    2932 99 85

    p

    b

    Karbosulfan

    55285-14-8

    259-565-9

    2932 99 85

    p

    b

    Ħalossifop-R

    (Ħalossifop-P-metil ester)

    95977-29-0

    (72619-32-0)

    n.a.

    (406-250-0)

    2933 39 99

    (2933 39 99 )

    p

    b”


    (2)  Din l-entrata ma taffettwax l-entrata eżistenti għal cis-1,3-dikloropropan (Nru CAS. 10061-01-5)

    (3)  Din l-entrata ma taffettwax l-entrata eżistenti għal formulazzjonijiet likwidi solubbli tal-metamidofos li jaqbżu s-600 g ta’ ingredjent attiv kull litru

    (1)  Din l-entrata ma taffettwax l-entrata fl-Anness I Parti 3 għal formulazzjonijiet likwidi solubbli tal-metamidofos li jaqbżu s-600 g ta’ ingredjent attiv kull litru


    Top